<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑342/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CO0342</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1857">EU:C:2014:1857</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20140403">3.4.2014</DATE> — KAWŻA C‑342/13</P><P>SEBESTYÉN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ bank</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola li tipprovdi għall-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ tribunal ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni dwar il-proċedura ta’ arbitraġġ ipprovduta mill-bank waqt il-konklużjoni tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑342/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Szombathelyi Törvényszék (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20130624">24 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Katalin Sebestyén</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Zsolt Csaba Kővári,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">OTP Bank,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Raiffeisen Bank Zrt,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano (Relatur), President tal-Awla, A. Borg Barthet, E. Levits, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, K. Sebestyén u, min-naħa l-oħra, Zsolt Csaba Kővári, OTP Bank, OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt u Raiffeisen Bank Zrt, dwar talba sabiex tiġi kkonstatata n-nullità tal-klawżoli ta’ arbitraġġ li jinsabu f’kuntratt konkluż ma’ Raiffeisen Bank Zrt bil-għan li jingħata self ipotekarju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit-tnax-il premessa tad-Direttiva 93/13 jingħad:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>billi b’mod partikolari, din id-Direttiva tkopri biss klawżoli kuntrattwali li ma jkunux ġew innegozjati individwalment; [...]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ <HT TYPE="ITALIC">buona fede</HT>, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola għandha dejjem tiġi kkunsidrata li ma tkunx ġiet innegozjat individwalment meta din tkun ġiet abbozzata minn qabel u l-konsumatur b’hekk ma jkunx seta’ jinfluwenza s-sustanza tal-klawżola, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel.</ALINEA><ALINEA>Il-fatt li ċerti aspetti ta’ klawżola jew klawżola speċifika waħda tkun ġiet innegozjata individwalment m’għandux jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-bqija ta’ kuntratt jekk stima globali tal-kuntratt tindika li dan ikun madankollu kuntratt standard ippreparat minn qabel.</ALINEA><ALINEA>Meta xi bejjiegħ jew fornitur jippretendi li klawżola standard ikun ġie nnegozjat b’mod individwali, il-piż tal-prova f’dan ir-rigward għandu jaqa’ fuqu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Anness għandu jkun fih lista indikattiva u mhux eżawrjenti tal-klawżoli li jistgħu jiġu kkunsidrati inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu, […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ klawżola, għandha tirbaħ l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur. [...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Anness tal-istess direttiva jelenka l-klawżoli msemmija fl-Artikolu 3(3) tagħha. Il-punt 1(q) ta’ dan l-anness jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Klawżoli li għandhom l-għan jew l-effett li:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(q)</NO.P><TXT>jeskludu jew ifixklu d-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjon legali jew jeżerċita kull rimedju legali ieħor, b’mod partikolari billi jeħtieġ lill-konsumatur li jieħu kwistjoni esklussivament għall-arbitraġġ mhux kopert b’disposizzjonijiet legali, [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 209 tal-Liġi Nru IV tal-1959, li tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili (Polgári törvénykönyvről szóló 1959. évi IV. törvény), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="209.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kundizzjoni kuntrattwali standard jew klawżola ta’ kuntratt konkluż ma’ konsumatur li ma tkunx ġiet innegozjata individwalment hija inġusta meta tiddetermina, unilateralment u mingħajr ġustifikazzjoni, u bi ksur tar-rekwiżiti ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fides</HT> u ta’ lealtà, id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għad-detriment tal-parti li tikkonkludi l-kuntratt mal-persuna li timponi tali kundizzjoni jew klawżola kuntrattwali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tiġi evalwata n-natura inġusta tal-klawżola, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li fihom ikun ġie konkluż il-kuntratt u li jkunu wasslu għal tali konklużjoni, kif ukoll tan-natura tas-servizzi previsti u tar-rabtiet bejn, minn naħa, il-klawżola kkonċernata, u min-naħa l-oħra, il-klawżoli l-oħra tal-kuntratt jew ta’ kuntratti oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dispożizzjonijiet speċjali jistgħu jiddefinixxu l-klawżoli li jitqiesu li huma inġusti f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur jew li għandhom jitqiesu bħala tali sakemm ma tingħatax prova kuntrarja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet relattivi għall-klawżoli kuntrattwali inġusti la għandhom japplikaw għall-klawżoli li jiddefinixxu s-servizz prinċipali u lanqas għal dawk li jiddeterminaw il-proporzjon bejn is-servizz u l-korrispettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="209.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali ma tistax titqies li hija inġusta jekk tiġi imposta permezz jew bis-saħħa ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru LXXI tal-1994, dwar l-arbitraġġ, tipprovdi, fl-Artikolu 3(1) tagħha, li tilwima tista’ tiġi riżolta permezz ta’ arbitraġġ minflok bil-qorti meta:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>a)</NO.P><TXT>tal-inqas waħda mill-partijiet tkun persuna li twettaq attività ekonomika b’mod professjonali u t-tilwima tkun marbuta ma’ din l-attività, u meta</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-partijiet ikunu jistgħu jittranżiġu s-suġġett tat-tilwima liberament, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ikunu pprovdew għall-arbitraġġ fi klawżola ta’ arbitraġġ.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-imsemmija liġi jiddefinixxi bħala ftehim ta’ arbitraġġ ftehim konkluż bejn il-partijiet li permezz tiegħu tilwimiet li jqumu jew li jistgħu jqumu minn relazzjonijiet kuntrattwali jew mhux kuntrattwali jitressqu quddiem tribunal ta’ arbitraġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(1) tal-Liġi Nru LXXI tal-1994, qorti li quddiemha jitressaq rikors dwar kwistjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim ta’ arbitraġġ għandha, ħlief fil-każ tar-rikorsi previsti fl-Artikolu 54 ta’ din il-liġi, tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli mingħajr ma tħarrek il-partijiet għas-smigħ, jew għandha, fuq talba ta’ parti, ittemm il-kawża sakemm ma tikkonstatax li l-ftehim ta’ arbitraġġ huwa ineżistenti, null, bla effett jew impossibbli li jiġi implementat.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 54 tal-Liġi Nru LXXI tal-1994, deċiżjoni arbitrali ma tistax tiġi appellata. Jista’ jitressaq rikors quddiem qorti biss sabiex jintalab l-annullament ta’ deċiżjoni għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 55 ta’ din il-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-Digriet tal-Gvern Nru 18/1999, dwar klawżoli kkunsidrati inġusti f’kuntratti mal-konsumatur [A fogyasztóval kötött szerződésben tisztességtelennek minősülő feltételekről szóló 18/1999. (II. 5.) Kormányrendelet], jipprovdi, fl-Artikolu 1(1) tiegħu, li hija kkunsidrata inġusta kull klawżola f’kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[...]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>teskludi jew tillimita l-possibbiltajiet għall-konsumatur li jirrikorri għar-rimedji legali previsti mil-liġi jew miftiehma mill-partijiet, ħlief jekk tissostitwixxi dawn ir-rimedji simultanjament b’mezzi oħra ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim stabbiliti bil-liġi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE>, K. Sebestyén ikkonkludiet kuntratt ta’ self ipotekarju u ftehim ta’ ipoteka ma’ Raiffeisen Bank Zrt. F’dawn l-atti, il-partijiet ftiehmu li, fil-każ li tinqala’ tilwima bejniethom dwar l-imsemmi kuntratt jew l-imsemmi ftehim, bord ta’ tliet arbitri tal-Pénz- és Tőkepiaci Állandó Választottbíróság (Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital) ikollu ġurisdizzjoni esklużiva, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet previsti speċifikament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-imsemmija atti, il-partijiet ipprovdew ukoll għall-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Pesti Központi kerületi bíróság (Qorti distrettwali taċ-Ċentru ta’ Pest) jew tal-Fővárosi Bíróság (Qorti ta’ Budapest), skont l-ammont inkwistjoni fit-tilwima, għall-proċeduri għal ordni għal ħlas u għall-eventwali proċedura ordinarja fil-każ ta’ oppożizzjoni min-naħa tad-debitur.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt ta’ self ipotekarju u l-ftehim ta’ ipoteka, il-bank ipprovda informazzjoni lil K. Sebestyén dwar id-differenzi bejn ir-regoli proċedurali applikabbli għat-tribunali ta’ arbitraġġ u għall-qrati ordinarji, rispettivament. Barra minn hekk, waqt il-firma ta’ dan il-kuntratt u ta’ dan il-ftehim, il-bank, b’mod partikolari, ġibed l-attenzjoni ta’ K. Sebestyén għall-fatt li l-proċedura ta’ arbitraġġ kienet tinkludi istanza waħda biss u li ma setgħux jiġu ppreżentati appelli u indikalha li l-ispejjeż marbuta mal-preżentata u mal-iżvolġiment ta’ proċedura ta’ arbitraġġ ġeneralment jeċċedu dawk tal-proċedura ordinarja.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, billi qieset li l-klawżoli ta’ arbitraġġ li jinsabu fl-imsemmi kuntratt u fl-imsemmi ftehim, minn naħa, kienu qiegħdu lil Raiffeisen Bank Zrt f’sitwazzjoni vantaġġuża u, min-naħa l-oħra, kienu llimitaw, b’mod inġustifikat, id-dritt kostituzzjonali tagħha ta’ aċċess għal qorti, K. Sebestyén talbet lis-Szombathelyi Törvényszék tikkonstata n-nullità tal-imsemmija klawżoli.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Szombathelyi Törvényszék iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>Għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-[Direttiva 93/13], klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital (Pénz- és Tőkepiaci Állandó Választottbíróság)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital, bir-riżervi previsti mill-imsemmi kuntratt, għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, minkejja l-fatt li l-imsemmi kuntratt jinkludi informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura rregolata mil-Liġi Nru LXXI tal-1994 [...] u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’din il-kawża hemm lok li tiġi applikata l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju titlob essenzjalment jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li klawżola li tinsab f’kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn bank u konsumatur, li tagħti ġurisdizzjoni esklużiva lil tribunal ta’ arbitraġġ permanenti, li d-deċiżjonijiet tiegħu ma jistgħux jiġu appellati skont id-dritt nazzjonali, sabiex jieħu konjizzjoni ta’ kull tilwima li tqum fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, għandha titqies li hija inġusta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u dan minkejja li, qabel ma ġie ffirmat l-imsemmi kuntratt, il-konsumatur irċieva informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura ta’ arbitraġġ u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, huma biss il-klawżoli f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur li ma jkunux ġew innegozjati individwalment li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (sentenza Constructora Principado, C‑226/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:10">EU:C:2014:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li klawżola għandha dejjem tiġi kkunsidrata li ma tkunx ġiet innegozjata individwalment meta tkun ġiet abbozzata minn qabel u l-konsumatur b’hekk ma jkunx seta’ jinfluwenza l-kontenut tal-klawżola, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel (digriet Pohotovosť, C‑76/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:685">EU:C:2010:685</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam tkopri l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>klawżola inġusta<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva u fl-Anness tagħha, kif ukoll il-kriterji li l-qorti nazzjonali tista’ jew għandha tapplika fl-eżami ta’ klawżola kuntrattwali fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, filwaqt li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi, billi tieħu inkunsiderazzjoni dawn il-kriterji, dwar il-klassifikazzjoni konkreta ta’ klawżola kuntrattwali partikolari skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni. Minn dan jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha sempliċement tipprovdi lill-qorti tar-rinviju indikazzjonijiet li din tal-aħħar hija mistennija tieħu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola kkonċernata (sentenza Aziz, C‑415/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Dan premess, għandu jiġi rrilevat li, meta jirreferi għall-kunċetti ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fides</HT> u ta’ żbilanċ sinjifikattiv għad-detriment tal-konsumatur bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva jiddefinixxi biss b’mod astratt l-elementi li jagħtu natura inġusta lil klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet innegozjata individwalment (ara s-sentenzi Freiburger Kommunalbauten, C‑237/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:209">EU:C:2004:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19, u Pannon GSM, C‑243/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:350">EU:C:2009:350</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex jiġi stabbilit jekk klawżola toħloqx, għad-detriment tal-konsumatur, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>żbilanċ sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw minn kuntratt, għandhom b’mod partikolari jittieħdu inkunsiderazzjoni r-regoli applikabbli fid-dritt nazzjonali fl-assenza ta’ qbil f’dan is-sens bejn il-partijiet. Huwa permezz ta’ tali analiżi komparattiva li l-qorti nazzjonali tkun tista’ tevalwa jekk, u jekk dan ikun il-każ, sa fejn, il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’sitwazzjoni legali inqas favorevoli meta mqabbla ma’ dik prevista mid-dritt nazzjonali fis-seħħ. Bl-istess mod, għal dan l-iskop, jidher rilevanti li jitwettaq eżami tas-sitwazzjoni legali li fiha jinsab l-imsemmi konsumatur fid-dawl tal-mezzi li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, sabiex iwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti (ara s-sentenza Aziz, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar f’liema ċirkustanzi jinħoloq tali żbilanċ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kontra l-ħtieġa ta’ buona fede [minkejja r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fides</HT>]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tas-sittax-il premessa tad-Direttiva 93/13, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika għal dan l-iskop jekk il-bejjiegħ jew il-fornitur, filwaqt li jkun ittratta mal-konsumatur b’mod leali u ġust, setax raġonevolment jistenna li dan tal-aħħar jaċċetta tali klawżola wara negozjati individwali (ara s-sentenza Aziz, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali għandha tiġi evalwata billi tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u billi jsir riferiment, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha l-oħra li fihom ikun ġie konkluż (sentenzi Pannon GSM, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:350">EU:C:2009:350</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39, u VB Pénzügyi Lízing, C‑137/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:659">EU:C:2010:659</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42). Minn dan jirriżulta li, f’din il-perspettiva, għandhom jiġu evalwati wkoll il-konsegwenzi li l-imsemmija klawżola jista’ jkollha fil-kuntest tad-dritt applikabbli għall-kuntratt, u dan jimplika eżami tas-sistema legali nazzjonali (ara s-sentenza Freiburger Kommunalbauten, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:209">EU:C:2004:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21, u d-digriet Pohotovosť, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:685">EU:C:2010:685</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kriterji li s-Szombathelyi Törvényszék għandha tevalwa n-natura inġusta tal-klawżola ta’ arbitraġġ inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Anness tad-Direttiva 93/13, li l-Artikolu 3(3) tagħha jagħmel riferiment għalih, fih lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta’ klawżoli li jistgħu jiġu ddikjarati inġusti (ara s-sentenza Invitel, C‑472/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:242">EU:C:2012:242</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata), li jinkludu preċiżament, fil-punt 1(q) ta’ dan l-anness, il-klawżoli li għandhom l-għan jew l-effett li jeskludu jew ifixklu d-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjoni legali jew jeżerċita kull rimedju legali ieħor, b’mod partikolari billi jobbligawh jieħu kwistjoni esklużivament għall-arbitraġġ mhux kopert b’dispożizzjonijiet legali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalkemm il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva 93/13 ma huwiex ta’ natura li jistabbilixxi awtomatikament u fih innifsu n-natura inġusta ta’ klawżola kontenzjuża, madankollu, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa jikkostitwixxi element essenzjali li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola (sentenza Invitel, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:242">EU:C:2012:242</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni jekk klawżola bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax titqies li hija inġusta minkejja l-fatt li, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-konsumatur irċieva informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura ta’ arbitraġġ u l-proċedura<?PAGE NO="7"?> ġudizzjarja ordinarja, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-kuntest tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, li l-informazzjoni, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-konsegwenzi tal-imsemmija konklużjoni għandha, għal konsumatur, importanza fundamentali. Huwa, b’mod partikolari, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni li dan tal-aħħar jiddeċiedi jekk jixtieqx jintrabat bil-kundizzjonijiet abbozzati minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur (sentenza Constructora Principado, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:10">EU:C:2014:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, u anki jekk jiġi aċċettat li informazzjoni ġenerali li l-konsumatur irċieva qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ trasparenza li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, dan il-fatt ma jistax, waħdu, jippermetti li tiġi eskluża n-natura inġusta ta’ klawżola bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Jekk il-qorti nazzjonali kkonċernata tasal għall-konklużjoni li l-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies li hija inġusta fis-sens tad-Direttiva 93/13, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, l-imsemmija qorti għandha sussegwentement tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minnha skont id-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li l-konsumatur ma jkunx marbut bl-imsemmija klawżola (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Asturcom Telecomunicaciones, C‑40/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 93/13 u l-punt 1(q) tal-Anness ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija l-qorti nazzjonali kkonċernata li għandha tiddetermina jekk klawżola li tinsab f’kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn bank u konsumatur, li tagħti ġurisdizzjoni esklużiva lil tribunal ta’ arbitraġġ permanenti, li d-deċiżjonijiet tiegħu ma jistgħux jiġu appellati skont id-dritt nazzjonali, sabiex jieħu konjizzjoni ta’ kull tilwima li tqum fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, għandhiex, fid-dawl taċ-ċirkustanzi li fihom ikun ġie konkluż l-imsemmi kuntratt, titqies li hija inġusta fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, il-qorti nazzjonali kkonċernata għandha b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tivverifika jekk il-klawżola inkwistjoni għandhiex l-għan jew l-effett li teskludi jew tfixkel id-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjoni legali jew jeżerċita kull rimedju legali ieħor; u</P></ITEM><ITEM><P>tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-komunikazzjoni lill-konsumatur, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni, ta’ informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura ta’ arbitraġġ u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja ma tistax, waħedha, tippermetti li tiġi eskluża n-natura inġusta ta’ din il-klawżola.</P></ITEM></LIST></P><P>Fil-każ ta’ konklużjoni affermattiva, l-imsemmija qorti għandha tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minnha skont id-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li dan il-konsumatur ma jkunx marbut bl-imsemmija klawżola.</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u l-punt 1(q) tal-Anness ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija l-qorti nazzjonali kkonċernata li għandha tiddetermina jekk klawżola li tinsab f’kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn bank u konsumatur, li tagħti ġurisdizzjoni esklużiva lil tribunal ta’ arbitraġġ permanenti, li d-deċiżjonijiet tiegħu ma jistgħux jiġu appellati<?PAGE NO="8"?> skont id-dritt nazzjonali, sabiex jieħu konjizzjoni ta’ kull tilwima li tqum fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, għandhiex, fid-dawl taċ-ċirkustanzi li fihom ikun ġie konkluż l-imsemmi kuntratt, titqies li hija inġusta fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, il-qorti nazzjonali kkonċernata għandha b’mod partikolari:</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tivverifika jekk il-klawżola inkwistjoni għandhiex l-għan jew l-effett li teskludi jew tfixkel id-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjoni legali jew jeżerċita kull rimedju legali ieħor; u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-komunikazzjoni lill-konsumatur, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni, ta’ informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura ta’ arbitraġġ u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja ma tistax, waħedha, tippermetti li tiġi eskluża n-natura inġusta ta’ din il-klawżola.</HT></P></ITEM></LIST><P><HT TYPE="BOLD">Fil-każ ta’ konklużjoni affermattiva, l-imsemmija qorti għandha tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minnha skont id-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li dan il-konsumatur ma jkunx marbut bl-imsemmija klawżola.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>