<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑160/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0160</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:390">EU:C:2015:390</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT – KAWŻA C‑160/14</P><P>FERREIRA DA SILVA E BRITO <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑160/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">João Filipe Ferreira da Silva e Brito et</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Estado português</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varas Cíveis de Lisboa (il-Portugall)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-liġijiet</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ impriża</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal kumpens għad-dannu mġarrab minħabba tali ksur għall-kundizzjoni li l-ewwel tiġi annullata d-deċiżjoni li tkun ikkawżat dak id-dannu</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23/KE tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2001">ĠU L 82, p. 16</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE>, kif ukoll it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mar-responsabbiltà tal-Istati minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-domandi li saru mill-Varas Cíveis de Lisboa (il-Portugall) tqajmu fil-kuntest ta’ kawża għad-danni mressqa minn Ferreira da Silva e Brito kif ukoll minn rikorrenti oħrajn kontra l-Estado português, ibbażata fuq allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lis-Supremo Tribunal de Justiça.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-eżami tal-ewwel domanda ser iwassalna biex ninterpretaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva. Jiena ser nikkonkludi, għall-kuntrarju tas-soluzzjoni deċiża mis-Supremo Tribunal de Justiça, li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju jkopri sitwazzjoni li fiha impriża attiva fis-suq tat-titjiriet tiġi stralċata b’deċiżjoni tal-azzjonist maġġoritarju tagħha, li jkun huwa stess impriża attiva fis-settur tal-avjazzjoni u li, fil-kuntest tal-likwidazzjoni tal-ewwel impriża:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jieħu post il-kumpannija stralċata fil-kuntratti ta’ kiri ta’ ajruplani u fil-kuntratti tat-titjiriet ċarter għaddejjin mal-operaturi turistiċi;</P></ITEM><ITEM><P>iwettaq attivitajiet li qabel kienu jitwettqu mill-kumpannija likwidata;</P></ITEM><ITEM><P>jerġa’ jdaħħal ċerti ħaddiema li sadakinhar kienu ssekondati mal-kumpannija likwidata u jagħtihom l-istess funzjonijiet, u</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>jieħu xi tagħmir żgħir tal-kumpannija stralċata.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Wara, ser nagħti, fil-kuntest tal-analiżi tat-tieni domanda, ir-raġunijiet għal xiex it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, bħas-Supremo Tribunal de Justiça, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kienet obbligata li tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-analiżi tat-tielet domanda, ser nispjega għalfejn, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Köbler<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>C‑224/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, għandu jkun interpretat fis-sens li jipprekludi sistema nazzjonali dwar ir-responsabbiltà tal-Istat li tissuġġetta d-dritt għal kumpens għall-kundizzjoni li l-ewwel tiġi annullata d-deċiżjoni li tkun ikkawżat id-dannu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-direttiva kkodifikat id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-<DATE ISO="19980214">14 ta’ Frar 1998</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet tal-impjegati f’każ ta’ trasferimenti ta’ impriża, kummerċ jew partijiet minn impriżi jew kummerċ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1998">ĠU L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 8 tad-Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u trasparenza legali kienu jeħtiegu li l-kunċett legali ta’ trasferiment għandu jigi ċċarat fid-dawl tal-gurisprudenza tal-Qorti tal-Gustizzja. Din il-kjarifika ma biddlitx il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/187/KEE skont kif interpretat mill-Qorti tal-Gustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>a)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ mpriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjiega bhala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (a) u għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Artikolu, ikun hemm trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva meta jkun hemm trasferiment ta’ xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jigifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tas-sistema ta’ responsabbiltà ċivili mhux kuntrattwali tal-Istat u ta’ entitajiet pubbliċi oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>SRMKI<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></NOTE>, adottata bil-Liġi Nru 67/2007 (Lei que aprova o Regime da Responsabilidade Civil Extracontractual do Estado e Demais Entidades Públicas), tal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT>, l-ewwel Serje, Nru 251, tal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>.</P></NOTE>, kif emendata bil-Liġi Nru 31/2008, tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT>, l-ewwel Serje, Nru 137, tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>.</P></NOTE>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għas-sitwazzjonijiet ta’ kundanna kriminali inġusta u ta’ ċaħda mhux iġġustifikata tal-libertà, l-Istat huwa ċivilment responsabbli għad-danni li jirriżultaw minn deċiżjonijiet ġudizzjarji manifestament mhux kostituzzjonali jew illegali jew mhux iġġustifikati minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-talba għal kumpens għandha tkun ibbażata fuq l-annullament minn qabel tad-deċiżjoni li kkawżat ħsara mill-qorti kompetenti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="19930219">19 ta’ Frar 1993</DATE>, Air Atlantis SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>AIA<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), stabbilita fl-1985 u attiva fis-settur tat-trasport bl-ajru mhux regolari (titjiriet ċarter), ġiet stralċata. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ġew suġġetti għal tkeċċija kollettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="19930501">1 ta’ Mejju 1993</DATE>, il-kumpannija Transportes Aéreos Portugueses (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>TAP<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li kienet l-azzjonista ewlenija ta’ AIA, bdiet topera parti mit-titjiriet li AIA kienet impenjat ruħha li twettaq għall-perijodu bejn l-1 ta’ Mejju u l-<DATE ISO="19931031">31 ta’ Ottubru 1993</DATE>. TAP għamlet ukoll ċertu numru ta’ titjiriet ċarter, suq li ma kinitx attiva fih sa dakinhar, peress li dawn qabel kienu rotot koperti minn AIA. Għal dan il-għan, TAP użat parti mit-tagħmir li AIA kienet tuża għall-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari erba’ ajruplani. TAP assumiet ukoll il-ħlas tal-kirjiet korrispondenti għall-kuntratti ta’ kiri relatati u ħadet it-tagħmir tal-uffiċċju li AIA kellha u li kienet tuża fil-bini tagħha ta’ Lisbona (il-Portugall) u ta’ Faro (il-Portugall) kif ukoll oġġetti materjali oħrajn. Barra minn hekk, TAP impjegat magħha ċerti ħaddiema li qabel kienu jaħdmu ma’ AIA.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqu kawża quddiem it-tribunal de trabalho de Lisboa (Tribunal Industrijali ta’ Lisbona) kontra din it-tkeċċija kollettiva waqt li talbu li jiddaħħlu jaħdmu mill-ġdid ma’ TAP u li jitħallsu remunerazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tat-tribunal de trabalho de Lisboa mogħtija fis-<DATE ISO="20070206">6 ta’ Frar 2007</DATE>, l-azzjoni ppreżentata kontra t-tkeċċija kollettiva ġiet parzjalment ikkonfermata, billi l-istess tribunal ordna li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jerġgħu jiddaħħlu fil-kategoriji ta’ xogħol korrispondenti kif ukoll il-ħlas ta’ kumpens. Insostenn tas-sentenza tiegħu, it-tribunal de trabalho de Lisboa kkunsidra li, f’dan il-każ, kien hemm trasferiment ta’ negozju, tal-inqas parzjalment, peress li l-identità tan-negozju nżammet u l-attivitajiet tiegħu tkomplew, filwaqt li TAP ħadet post il-persuna li timpjega preċedenti fil-kuntratti tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Din is-sentenza ġiet appellata quddiem it-Tribunal da Relação de Lisboa (Qorti tal-Appell ta’ Lisbona) li, fis-sentenza tiegħu tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>, annulla s-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, inkwantu din kienet ikkundannat lil TAP biex terġa’ ddaħħal jaħdmu lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u tħallashom kumpens, billi kkonkluda li kien skada d-dritt ta’ azzjoni kontra t-tkeċċija kollettiva inkwistjoni u billi kkunsidra li ma kienx hemm trasferiment ta’ negozju jew ta’ parti bejn AIA u TAP.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqu appell ta’ kassazzjoni quddiem is-Supremo Tribunal de Justiça li, fis-sentenza tiegħu tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE>, iddeċieda li t-tkeċċija kollettiva ma kienet ivvizzjata b’ebda illegalità. L-istess qorti osservat, waqt li tenniet l-argument żviluppat mit-Tribunal da Relação de Lisboa, li ma huwiex biżżejjed li attività kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>sempliċiment titkompla<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> biex wieħed jikkonkludi li sar trasferiment ta’ negozju, peress li jeħtieġ ukoll li tinżamm l-identità tan-negozju. Iżda f’dan il-każ, meta TAP operat it-titjiriet matul is-sajf tas-sena 1993, hija ma użatx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>entità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> bl-istess identità bħall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>entità<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li qabel kienet tappartjeni lil AIA, iżda użat l-istrument ta’ intervent tagħha stess fis-suq inkwistjoni, jiġifieri l-kumpannija tagħha stess. Skont is-Supremo Tribunal de Justiça, fin-nuqqas ta’ identiċità bejn iż-żewġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>entitajiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, ma jistax jitqies li kien hemm trasferiment ta’ negozju.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, is-Supremo Tribunal de Justiça nnota li l-Qorti tal-Ġustizzja, iffaċċjata b’sitwazzjonijiet li fihom impriża kompliet attivitajiet li sadakinhar kienu jitwettqu minn impriża oħra, kienet iddeċidiet li din is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>sempliċi ċirkustanza<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ma twassalx għall-konklużjoni li seħħ trasferiment ta’ entità ekonomika, inkwantu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>entità ma tistax tiġi ridotta għall-attività li hija twettaq<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Is-Supremo Tribunal de Justiça jirreferi, f’dan ir-rigward, għall-punt 15 tas-sentenza Süzen (C‑13/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:141">EU:C:1997:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Meta wħud mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu talbu lis-Supremo Tribunal de Justiça biex jippreżenta rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, dan tal-aħħar irrimarka li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[l]-obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, li jaqa’ fuq il-qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, jeżisti biss meta dawn l-istess qrati jikkunsidraw li r-rikors għad-dritt [tal-Unjoni] huwa meħtieġ biex tiġi deċiża l-kwistjoni pendenti quddiemhom u, barra minn hekk, meta tqum kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ dan id-dritt<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Is-Supremo Tribunal de Justiça kkunsidra wkoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>l-Qorti nnifisha rrikonoxxiet espressament li ’l-applikazzjoni korretta tad-dritt [tal-Unjoni] tista’ tkun meħtieġa b’mod tant evidenti li ma tħalli ebda dubju raġonevoli dwar kif għandha tiġi riżolta l-kwistjoni’, u għalhekk teskludi wkoll f’din l-ipoteżi l-obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, fid-dawl tal-kontenut tad-[dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni] iċċitati [mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali], minħabba l-interpretazzjoni li ngħatat mill-Qorti tal-Ġustizzja [...] lil dawn tal-aħħar u minħabba l-elementi tal-każ [...] li ġew ikkunsidrati [...], ma hemm l-ebda dubju rilevanti fl-interpretazzjoni li teħteġ li jsir rinviju għal deċiżjoni preliminari<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Is-Supremo Tribunal de Justiça enfasizza, barra minn hekk, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-Qorti tal-Ġustizzja [kienet] żviluppat ġurisprudenza stabbilita dwar il-kwistjoni tal-interpretazzjoni tar-regoli [tad-dritt tal-Unjoni] dwar it-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>trasferiment tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>, minħabba li d-[...] Direttiva [...] tittraduċi diġà l-konsolidazzjoni tal-kunċetti li fiha skont din il-ġurisprudenza u minħabba li dawn issa huma ċari f’termini ta’ interpretazzjoni ġudizzjarja (Komunitarja kif ukoll nazzjonali), li jimplika li f’dan il-każ mhux meħtieġ li tiġi kkonsultata minn qabel il-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għalhekk ippreżentaw azzjoni għal responsabbiltà ċivili mhux kuntrattwali kontra l-Estado português bl-għan li dan tal-aħħar jiġi kkundannat jagħti kumpens għal ċerti danni patrimonjali kkawżati. Insostenn tar-rikors tagħhom, huma sostnew li s-sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça hija manifestament illegali, peress li tinkludi interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju skont it-tifsira mogħtija fid-Direttiva u peress li din il-qorti kisret l-obbligu tagħha li tirrinvija lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi ta’ interpretazzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Estado português isostni li, skont l-Artikolu 13(2) tas-SRMKI, it-talba għall-kumpens għandha tkun ibbażata fuq l-annullament minn qabel tad-deċiżjoni dannuża mill-qorti kompetenti, filwaqt li jfakkar li, billi s-sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça ma ġietx annullata, ma hemmx lok li jitħallas il-kumpens mitlub.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li huwa importanti li wieħed ikun jaf jekk is-sentenza mogħtija mis-Supremo Tribunal de Justiça hijiex manifestament illegali inkwantu interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>trasferiment ta’ negozju <QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fid-dawl tad-Direttiva u tal-fatti li kellu quddiemu. Barra minn hekk, huwa importanti li wieħed ikun jaf jekk is-Supremo Tribunal de Justiça kellux l-obbligu li jagħmel ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari kif mitlub.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Varas Cível de Lisboa ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva [...], b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) [tagħha], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>trasferiment ta’ negozji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jinkludi sitwazzjoni fejn impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter hija stralċata permezz ta’ deċiżjoni tal-azzjonist maġġoritarju tagħha, li huwa nnifsu huwa impriża attiva fis-settur tal-avjazzjoni u, fil-kuntest tal-istralċ, l-impriża parent:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tassumi l-pożizzjoni tal-kumpannija stralċata fil-kuntratti ta’ kiri ta’ ajruplani u fil-kuntratti ta’ titjiriet ċarter li jkunu għadhom fis-seħħ ma’ operaturi turistiċi;</P></ITEM><ITEM><P>tiżviluppa l-attività li qabel kienet tipprattika l-kumpannija stralċata;</P></ITEM><ITEM><P>terġa’ timpjega ċerti ħaddiema li sa dak il-mument kienu tkeċċew mill-kumpannija stralċata u tqiegħdhom jeżerċitaw funzjonijiet identiċi;</P></ITEM><ITEM><P>tirċievi tagħmir żgħir mill-kumpannija stralċata?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 267 [...] TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-Supremo Tribunal de Justiça, fid-dawl tal-fatt deskritt fid-domanda preċedenti u l-fatt li l-qrati nazzjonali inferjuri li quddiemhom tressaq il-każ adottaw deċiżjonijiet kunfliġġenti, kellu l-obbligu li jressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja [...] dwar l-interpretazzjoni korretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>trasferiment ta’ negozji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva [...]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-Dritt [tal-Unjoni] u, b’mod partikolari, il-prinċipji fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja [...] fis-sentenza Köbler (C‑224/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) dwar ir-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati fuq l-individwi bis-saħħa ta’ ksur tad-Dritt Komunitarju imwettaq minn organu ġudizzjarju nazzjonali li jiddeċiedi fl-aħħar istanza, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li tirrikjedi bħala bażi għal talba għal kumpens kontra l-Istat ir-revoka minn qabel tad-deċiżjoni dannuża?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva, sitwazzjoni fejn impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter tiġi stralċata permezz ta’ deċiżjoni tal-azzjonist maġġoritarju tagħha, li jkun huwa stess impriża attiva fis-settur tal-avjazzjoni u li, fil-kuntest tal-istralċ tal-ewwel impriża:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jassumi l-pożizzjoni tal-kumpannija stralċata fil-kuntratti ta’ kiri ta’ ajruplani u fil-kuntratti ta’ titjiriet ċarter li jkunu għadhom fis-seħħ ma’ operaturi turistiċi;</P></ITEM><ITEM><P>jiżviluppa l-attività li qabel kienet tipprattika l-kumpannija stralċata;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>jerġa’ jimpjega ċerti ħaddiema li sa dak il-mument kienu tkeċċew mill-kumpannija stralċata u jqegħidhom jeżerċitaw funzjonijiet identiċi, u</P></ITEM><ITEM><P>jirċievi tagħmir żgħir mill-kumpannija stralċata.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 3 u mill-Artikolu 3 tagħha, id-Direttiva hija maħsuba biex tipproteġi lill-ħaddiema billi tiżgura li jinżammu d-drittijiet tagħhom f’każ ta’ trasferiment ta’ impriża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, b’mod partikolari, id-digriet Gimnasio Deportivo San Andrés (C‑688/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:46">EU:C:2015:46</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva jipprovdi li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg eżistenti fid-data ta’ trasferiment ta’ negozju għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu ttrasferiti liċ-ċessjonarju. Rigward l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, dan jipproteġi lill-ħaddiema kontra kull tkeċċija deċiża miċ-ċedent jew miċ-ċessjonarju unikament fuq il-bażi tat-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1)(a) tagħha, id-Direttiva tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta’ trasferiment jew fużjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat il-kunċett ta’ ċessjoni konvenzjonali b’mod flessibbli sabiex tikseb l-għan tad-Direttiva li huwa li jiġu mħarsa l-impjegati f’każ ta’ trasferiment tal-impriża tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Jouini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑458/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:512">EU:C:2007:512</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. B’dan il-mod, hija tikkunsidra li din id-direttiva hija applikabbli f’kull ipoteżi ta’ tibdil, fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali, tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-operazzjoni tal-impriża, li tikkuntratta l-obbligi tal-persuna li timpjega fil-konfront tal-impjegati tal-impriża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Amatori <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑458/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:124">EU:C:2014:124</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li d-Direttiva 77/187 kienet applikabbli għat-trasferiment bejn kumpanniji fi ħdan l-istess grupp<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Allen <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑234/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:594">EU:C:1999:594</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 17, 20 u 21).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija speċifikat il-kundizzjonijiet li fihom id-Direttiva 77/187 tapplika f’każ ta’ trasferiment ta’ impriża fi stat ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja jew volontarja. Għalhekk, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha Abels<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>135/83, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:55">EU:C:1985:55</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li din id-direttiva ma tapplikax għat-trasferiment ta’ impriża, ta’ negozju jew ta’ parti ta’ negozju fil-kuntest ta’ proċedura ta’ falliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Punt 30.</P></NOTE>, min-naħa l-oħra hija ddeċidiet, fis-sentenza tagħha Dethier Équipement<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>C‑319/94, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:99">EU:C:1998:99</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li l-imsemmija direttiva tapplika f’każ ta’ trasferiment ta’ impriża f’likwidazzjoni ġudizzjarja meta l-attività tal-impriża titkompla<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Punt 32.</P></NOTE>. Fis-sentenza tagħha Europièces<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>C‑399/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:532">EU:C:1998:532</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, hija waslet għall-istess konklużjoni fir-rigward ta’ impriża ttrasferita li kienet tinsab f’likwidazzjoni volontarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Punt 35.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Jirriżulta kemm mill-interpretazzjoni flessibbli li għandha ssir tal-kunċett ta’ ċessjoni konvenzjonali kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja speċifikament dwar l-ipoteżi ta’ likwidazzjoni tal-entità mibjugħa li l-istralċ u l-likwidazzjoni ta’ AIA jistgħu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>It-trasferiment għandu, madankollu, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva, jiġifieri irid ikun ta’ entità ekonomika, iddefinita bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li żżomm l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>identità<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tagħha, wara t-trasferiment.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ impriża, jeħtieġ għalhekk li l-kriterju deċiżiv għall-eżistenza ta’ tali trasferiment jiġi ssodisfatt, jiġifieri li l-entità inkwistjoni żżomm l-identità tagħha wara li tkun ittieħdet mill-persuna ġdida li timpjega<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Amatori <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑458/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:124">EU:C:2014:124</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfatta, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha li jikkaratterizzaw it-tranżazzjoni inkwistjoni, fosthom, b’mod partikolari, it-tip ta’ impriża jew negozju kkonċernat, it-trasferiment jew le ta’ assi tanġibbli, bħalma huma l-bini jew proprjetà, il-valur tal-elementi intanġibbli fil-mument tat-trasferiment, it-teħid lura jew le tal-parti l-kbira tal-impjegati mill-prinċipal il-ġdid, it-trasferiment jew le tal-klijentela, kif ukoll il-livell ta’ xebh tal-attivitajiet eżerċitati qabel u wara t-trasferiment u t-tul ta’ żmien ta’ eventwali sospensjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Madankollu, dawn iċ-ċirkustanzi kollha huma sempliċement aspetti parzjali tal-evalwazzjoni globali li għandha ssir u għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati b’mod iżolat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Spijkers (24/85, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:127">EU:C:1986:127</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 13); Redmond Stichting (C‑29/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:220">EU:C:1992:220</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24); Süzen (C‑13/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:141">EU:C:1997:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14), kif ukoll Abler <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑340/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:629">EU:C:2003:629</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-qorti nazzjonali, fl-evalwazzjoni tagħha taċ-ċirkustanzi fattwali li jikkaratterizzaw it-tranżazzjoni inkwistjoni, għandha b’mod partikolari tikkunsidra t-tip ta’ impriża jew negozju involut. Fil-fehma tagħha, jirriżulta li l-importanza rispettiva li għandhom jiġu attribwiti d-diversi kriterji tal-eżistenza ta’ trasferiment fis-sens tad-Direttiva tvarja neċessarjament skont l-attività mwettqa, saħansitra l-metodi ta’ produzzjoni jew ta’ operat użati fl-impriża, fin-negozju jew fil-parti tan-negozju inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Liikenne (C‑172/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:59">EU:C:2001:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Id-diversi fatturi li jippermettu li jiġi vverifikat jekk l-entità inkwistjoni żżommx l-identità tagħha wara li tkun inxtrat mill-persuna ġdida li timpjega u sabiex b’hekk tikkwalifika bħala operazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva, għandhom għalhekk piż li jvarja skont it-tip ta’ attività mwettqa mill-impriża inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Huwa deċiżiv il-fatt li wieħed ikun jaf jekk l-entità inkwistjoni żżommx l-identità tagħha, li jirriżulta b’mod partikolari mill-eżistenza ta’ trasferiment ta’ attiv, tanġibbli jew mhux tanġibbli, sinjifikattiv, u mill-fatt li l-operat ta’ din l-entità effettivament jitkompla jew jittieħed f’idejn il-persuna l-ġdida li timpjega għall-istess attivitajiet jew għal attivitajiet simili. Dawn iż-żewġ elementi huma preżenti f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-trasferiment ta’ attiv, tanġibbli jew mhux tanġibbli, sinjifikattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament irrelevat li entità ekonomika tista’, f’ċerti setturi, tiffunzjona mingħajr elementi bħal dawn, b’mod li ż-żamma tal-identità ta’ entità bħal din lil hinn mit-tranżazzjoni involuta fiha ma tkunx tiddependi, loġikament, miċ-ċessjoni ta’ dawn l-elementi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija madankollu storja differenti għall-impriżi li joperaw f’setturi li jeħtieġu l-użu ta’ attiv sinjifikattiv. Dan huwa l-każ. pereżempju, fis-settur tat-trasport bil-karozzi tal-linja li jeħtieġ impjanti u tagħmir sostanzjali. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-assenza ta’ trasferiment, mingħand il-proprjetarju ta’ qabel lill-proprjetarju l-ġdid tal-kuntratt, tal-attiv tanġibbli użat għall-operat tar-rotot tal-karozzi tal-linja kkonċernati, huwa fattur li għandu jitqies<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li, f’settur bħalma huwa dak tat-trasport pubbliku regolari bil-karozzi tal-linja, fejn l-elementi tanġibbli jikkontribwixxu b’mod<?PAGE NO="8"?> importanti għat-twettiq tal-attività, in-nuqqas ta’ trasferiment f’livell sinjifikattiv mingħand il-proprjetarju ta’ qabel lill-proprjetarju l-ġdid tal-kuntratt ta’ tali elementi, li huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-entità, iwassal biex wieħed jikkunsidra li din tal-aħħar ma żammitx l-identità tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Jirriżulta minn din il-ġurisprudenza li, f’każ bħal dan inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jirrigwarda wkoll is-settur tat-trasport, it-trasferiment ta’ attiv tanġibbli sinjifikattiv għandu jitqies bħala element essenzjali biex wieħed jistabbilixxi jekk hemmx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni tagħha taċ-ċirkustanzi fattwali li jirrigwardaw it-tranżazzjoni inkwistjoni, il-qorti tar-rinviju għandha għalhekk tagħti importanza partikolari lill-fattur li jirriżulta miċ-ċessjoni tal-attiv tanġibbli sinjifikattiv lil TAP.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li TAP akkwistat il-kuntratti ta’ kiri ta’ erba’ ajruplani li qabel kienu jintużaw minn AIA bħala parti mill-attività tagħha. Jirriżulta mir-reġistru li dan l-akkwist kien immotivat, b’mod partikolari, mix-xewqa ta’ TAP li tinnewtralizza l-konsegwenzi finanzjarji negattivi li setgħu jirriżultaw mit-terminazzjoni bikrija ta’ dawn il-kuntratti. Ir-raġunijiet għad-deċiżjoni ta’ TAP li takkwista l-kuntratti ta’ kiri ta’ erba’ ajruplani li sadakinhar kienu jintużaw minn AIA huma, madankollu, irrilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ tranżazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva. Hija importanti biss il-konstatazzjoni oġġettiva li dawn il-kuntratti kienu effettivament ittrasferiti lil TAP meta AIA ġiet stralċata, u li TAP kompliet tuża l-ajruplani inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Kif ġustament jindikaw ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, wieħed ma jistax jikkunsidra li, minħabba l-fatt li TAP hija azzjonist maġġoritarju u kreditur ewlieni ta’ AIA, din hija libera li tiddisponi minn kumpannija tal-grupp tagħha u li takkwista l-attiv tagħha, mingħajr ma tassumi l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa wkoll irrelevanti li l-ajruplani akkwistati minn TAP intużaw kemm għat-trasport skedat kif ukoll għat-trasport mhux skedat. Il-fattur importanti huwa li dawn l-ajruplani ntużaw, anki jekk parzjalment, bħala parti mill-attività ta’ trasport mhux skedat ta’ TAP, li hija l-issuktar ta’ attività li kienet qabel żgurata minn AIA.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-ajruplani akkwistati kienu taħt skema ta’ kiri ma jostakolax l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju minħabba li hija l-kontinwità tal-użu ta’ dan l-attiv miċ-ċessjonarju li hija determinanti.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, lanqas il-fatt li l-ajruplani ġew irritornati meta ntemmu l-kuntratti ta’ kiri, bejn is-sena 1998 u s-sena 2000, ma huwa rilevanti. Il-fattur importanti huwa li l-kuntratti kienu effettivament ittrasferiti u li l-ajruplani ntużaw effettivament minn TAP għal perjodu ta’ żmien sinjifikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li l-konstatazzjoni tal-qorti tar-rinviju, li TAP ħadet post il-kumpannija stralċata fil-kuntratti ta’ kiri ta’ ajruplani tikkostitwixxi indikazzjoni importanti tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju peress li turi l-akkwist minn TAP ta’ elementi ta’ attiv essenzjali għall-issuktar tal-attività li qabel kienet imwettqa minn AIA.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ta’ min josserva wkoll li TAP akkwistat ukoll tagħmir żgħir mingħand il-kumpannija stralċata, bħal tagħmir li jkun abbord u tagħmir tal-uffiċċju. Din hija indikazzjoni oħra tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta mill-proċess li TAP ħadet post il-kumpannija stralċata fil-kuntratti tat-titjiriet ċarter li kienu għadhom fis-seħħ mal-operaturi turistiċi u għall-iżvilupp tal-attivitajiet imwettqa qabel minn din il-kumpannija. Madankollu, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li t-trasferiment tal-klijentela huwa indikazzjoni rilevanti tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-punt 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Is-Supremo Tribunal de Justiça jidher li jikkunsidra li l-fatt li TAP kienet awtorizzata topera fis-suq tat-titjiriet ċarter u li dan diġà għamlitu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>minn żmien għal żmien<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ma jindikax l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tad-Direttiva. Madankollu, jien naqbel mal-fehma tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li l-fatt li impriża hija diġà attiva jew tista’ tkun attiva f’suq partikolari ma jżommhiex milli tissokta attivitajiet simili mwettqa minn kumpannija oħra li, sadanittant, ġiet stralċata, billi testendi għalhekk l-attivitajiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Rigward b’mod partikolari t-titjiriet li saru fl-1994, dawn kienu, kif is-Supremo Tribunal de Justiça diġà kkonstata fis-sentenza tiegħu, kuntratti konklużi minn TAP direttament mal-operaturi turistiċi għal rotot li sadakinhar ma kinitx topera fuqhom peress li dawn kienu rotot tradizzjonali ta’ AIA. Skont is-Supremo Tribunal de Justiça, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>TAP wettqet, bħalma setgħet għamlet kwalunkwe kumpannija oħra tal-ajru, attività li ma kienet tirrappreżenta xejn iktar ħlief l-okkupazzjoni ta’ spazju fis-suq li tħalla liberu bil-waqfien ta’ AIA<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġustament jindikaw ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-fatt stess li TAP bdiet twettaq attività li qabel kienet titwettaq minn kumpannija oħra tal-grupp tagħha u li, sadanittant, ġiet stralċata jikkostitwixxi indikazzjoni importanti tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju minħabba li juri l-issuktar minn TAP tal-attività li qabel kienet titwettaq minn AIA.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tiegħu, is-Supremo Tribunal de Justiça jibbaża fuq is-sentenza Süzen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>C‑13/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:141">EU:C:1997:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> biex jikkunsidra li s-sempliċi ssuktar ta’ attività mwettqa minn impriża oħra ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Punt 15.</P></NOTE>. Madankollu, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, meta dan l-issuktar ta’ attività jkun akkumpanjat mill-akkwist ta’ elementi ta’ attiv sinjifikattivi, ftit jibqa’ dubju dwar l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-fatt li TAP issoktat bl-attività li qabel kienet titwettaq minn AIA jintwera wkoll minn indikazzjoni oħra mressqa mill-qorti tar-rinviju, jiġifieri r-riintegrazzjoni fi ħdan TAP ta’ impjegati li qabel kienu jaħdmu mal-kumpannija stralċata, u dan biex iwettqu funzjonijiet identiċi għal dawk li kienu jwettqu fi ħdan din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Kif is-Supremo Tribunal de Justiça diġà kkonstata fis-sentenza tiegħu, ġie ppruvat li żewġ impjegati, li sadakinhar kienu ssekondati minn TAP mad-dipartiment kummerċjali ta’ AIA, wara l-istralċ ta’ din tal-aħħar, ġew allokati minn TAP fid-dipartiment kummerċjali tagħha stess f’pożizzjonijiet fil-qasam tat-titjiriet mhux skedati <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> u tal-kuntratti ta’ titjiriet ċarter tal-istaġun tal-avjazzjoni tas-sajf tas-sena 1993.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Skont is-Supremo Tribunal de Justiça, din ma hijiex żamma minn TAP ta’ ħaddiema li qabel kienu impjegati minn AIA. Dawn il-ħaddiema kienu marbuta ma’ TAP b’kuntratt ta’ xogħol. Għaldaqstant, dawn kienu ħaddiema impjegati minn TAP u mhux minn AIA. L-impjegati kkonċernati kienu ssekondati minn TAP biex iwettqu funzjonijiet fi ħdan AIA u huma ġew lura, wara l-istralċ ta’ AIA, fil-kumpannija li kienet timpjegahom. Fis-sentenza tiegħu, is-Supremo Tribunal de Justiça jqis għalhekk li r-ritorn tal-ħaddiema ta’ TAP fil-kumpannija tagħhom, wara l-istralċ ta’ AIA fejn kienu ssekondati, huwa r-riżultat tat-twettiq tal-kuntratt ta’ xogħol li kkonkludew mal-persuna li timpjegahom, jiġifieri TAP. Anki jekk dawn il-ħaddiema ġew integrati f’pożizzjonijiet korrispondenti<?PAGE NO="10"?> għall-kategorija tagħhom u wettqu matul is-sajf tas-sena 1993 funzjonijiet fil-qasam tat-titjiriet mhux skedati mwettqa minn TAP dik is-sena, l-attività ta’ dawn il-ħaddiema fi ħdan TAP ma tippermettix, skont is-Supremo Tribunal de Justiça, l-identifikazzjoni ta’ organizzazzjoni ta’ entità ekonomika awtonoma ffokata fuq it-titjiriet mhux skedati.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, kif jinnotaw ġustament ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-assenjazzjoni mill-ġdid taż-żewġ impjegati fi ħdan TAP f’funzjonijiet direttament marbuta mas-settur tat-titjiriet mhux skedati hija indikattiva tal-issuktar tal-attività ta’ AIA minn TAP, attività li kienet issir qabel minn żmien għal żmien, b’mod li tikkonferma ftit iktar l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju. Barra minn hekk, dawn l-impjegati jidhru li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>għaqda organizzata<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza Jouini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑458/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:512">EU:C:2007:512</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</P></NOTE>, peress li huma ġew allokati, fi ħdan TAP, għal funzjonijiet simili għal dawk li huma kienu jwettqu fi ħdan AIA.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Bħala indizji addizzjonali tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju, ta’ min jinnota l-livell ta’ xebh bejn l-attivitajiet imwettqa qabel u wara t-trasferiment. Kif tinnota l-Kummissjoni, AIA kienet impriża tat-trasport bl-ajru li tispeċjalizza fit-titjiriet mhux skedati. TAP, li l-qofol tan-negozju tagħha huwa t-trasport bl-ajru, kienet awtorizzata topera kemm titjiriet skedati kif ukoll titjiriet mhux skedati, u għalhekk kienet awtorizzata topera fis-suq tat-titjiriet ċarter, ħaġa li fil-fatt kienet diġà tagħmel, għalkemm mhux fuq bażi regolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Il-Kummissjoni tirreferi għas-sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça.</P></NOTE>. Għaldaqstant hemm xebh kbir bejn l-attivitajiet imwettqa miż-żewġ impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, rigward il-kriterju relatat ma’ sospensjoni eventwali tal-attivitajiet, ġie stabbilit li TAP kienet bdiet topera, mill-<DATE ISO="19930501">1 ta’ Mejju 1993</DATE>, jiġifieri minnufih wara l-istralċ ta’ AIA, ta’ mill-inqas parti mit-titjiriet ċarter li AIA kienet intrabtet li topera għall-istaġun tas-sajf tas-sena 1993. Għalhekk ma kien hemm l-ebda sospensjoni ta’ attività ta’ tul sinjifikattiv. Għall-kuntrarju, kien hemm kontinwità tal-attività, peress li madwar ħmistax-il jum wara l-istralċ ta’ AIA, TAP ħadet postha biex teżegwixxi l-kuntratti relatati mat-titjiriet ikkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Dawn l-indikazzjonijiet kollha juru, fil-fehma tiegħi, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, is-Supremo Tribunal de Justiça wasal għal konklużjoni differenti peress li għażel interpretazzjoni wisq restrittiva tal-kundizzjoni dwar iż-żamma tal-identità tal-entità ttrasferita. Speċifikament, ir-raġunament tiegħu f’ebda mument ma jsemmi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet madankollu twasslu għal soluzzjoni differenti, jiġifieri s-sentenza Klarenberg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>C‑466/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:85">EU:C:2009:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li ngħatat xi jiem qabel is-sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça, li fil-kuntest tagħha l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi, li l-Qorti tal-Ġustizzja segwiet, kienu ġew ippreżentati fis-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-Kawża Klarenberg (C‑466/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:614">EU:C:2008:614</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tiegħu, is-Supremo Tribunal de Justiça ta importanza partikolari lill-kriterju li, biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva, wieħed irid ikun jista’ jidentifika l-unità ekonomika ċeduta fil-kapital taċ-ċessjonarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Punt 3.6.1, l-aħħar paragrafu.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, is-Supremo Tribunal de Justiça nnota li ma ġiex ippruvat li TAP ħolqot servizz ta’ titjiriet mhux skedati li jimplementa speċifikament l-istruttura li kienet ta’ AIA. Fid-dawl tal-fatti kollha kkonstatati, TAP ma akkwistatx entità ekonomika mmirata direttament u b’mod awtonomu li tkompli l-attività tat-titjiriet ċarter li qabel kienet issir minn AIA. B’mod partikolari, ma kienx hemm<?PAGE NO="11"?> trasferiment ta’ diversi elementi separati li, sussegwentement ġew organizzati mill-ġdid fi ħdan TAP bit-twaqqif ta’ impriża jew negozju awtonomu. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indizju li TAP għandha unità ddedikata għall-attività tat-titjiriet ċarter organizzata b’mod awtonomu għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, skont is-Supremo Tribunal de Justiça, l-analiżi globali tal-indizji ma tippermettix li wieħed jirrikonoxxi, fi ħdan TAP, grupp ta’ riżorsi materjali u umani li huma ta’ appoġġ għall-attività tat-titjiriet ċarter, organizzat b’mod awtonomu għal dan il-għan, jiġifieri entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha u tissokta b’mod awtonomu b’attività ta’ avjazzjoni kummerċjali mhux skedata fi ħdan TAP. Għall-kuntrarju, is-Supremo Tribunal de Justiça jirrileva li t-tagħmir ta’ AIA, li sussegwentement intuża minn TAP, tħallat mal-bqija tat-tagħmir ta’ TAP u li din għamlet titjiriet skedati u mhux skedati li għalihom użat il-persunal tagħha u t-tagħmir tal-kumpannija tal-ajru tagħha mingħajr distinzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-konfront ta’ dan l-argument, għandu jiġi nnotat li, fis-sens tad-Direttiva, jista’ jkun hemm trasferiment biż-żamma tal-identità tal-entità ttrasferita anki meta din ma żżommx l-istruttura organizzattiva awtonoma tagħha. Fi kliem ieħor, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċieda s-Supremo Tribunal de Justiça, il-kundizzjoni dwar iż-żamma tal-identità ma tfissirx li l-entità ekonomika ttrasferita għandha żżomm l-awtonomija tagħha fl-istruttura taċ-ċessjonarju.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-kawża li wasslet għas-sentenza Klarenberg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>C‑466/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:85">EU:C:2009:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, l-argument tal-konvenuta fil-kawża prinċipali kien l-istess bħal dak użat mis-Supremo Tribunal de Justiça sabiex jeskludi l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju. Din il-parti argumentat, fil-fatt, li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>entità ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ddefinita fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva, iżżomm l-identità tagħha biss jekk tinżamm ir-rabta organizzattiva li tgħaqqad lill-persuni u/jew l-elementi kollha. Għall-kuntrarju, l-entità ekonomika ttrasferita ma żżommx l-identità tagħha jekk, wara ċ-ċessjoni, hija titlef l-awtonomija tagħha mill-aspett organizzattiv, billi r-riżorsi akkwistati jiġu integrati miċ-ċessjonarju fi struttura kompletament ġdida<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Punt 42.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li tali kunċett tal-identiċità tal-entità ekonomika, li huwa bbażat unikament fuq il-fattur relatat mal-awtonomija organizzattiva, ma jistax jiġi aċċettat, u dan b’mod partikolari fid-dawl tal-għan segwit mid-direttiva, li jikkonsisti f’li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema f’sitwazzjoni ta’ trasferiment. Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din l-interpretazzjoni timplika, minħabba s-sempliċi fatt li l-persuna li lilha jsir it-trasferiment tiddeċiedi li xxolji l-parti tal-impriża jew tan-negozju akkwistata u li tintegraha fl-istruttura tagħha stess, l-esklużjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva għal dik il-parti tal-impriża jew tan-negozju, u b’hekk iċċaħħad lill-ħaddiema kkonċernati mill-protezzjoni mogħtija minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Punt 43.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Rigward il-fattur relatat mal-aspett organizzattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet preċedentement li dan jgħin biex jiddefinixxi l-identità ta’ entità ekonomika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Allen <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑234/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:594">EU:C:1999:594</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27); Mayeur (C‑175/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:505">EU:C:2000:505</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53); Liikenne (C‑172/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:59">EU:C:2001:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34), kif ukoll Klarenberg (C‑466/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:85">EU:C:2009:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>. Madankollu, hija ddeċidiet ukoll li bidla fl-istruttura organizzattiva tal-entità ttrasferita ma tipprekludix l-applikazzjoni tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Mayeur (C‑175/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:505">EU:C:2000:505</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54); Jouini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑458/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:512">EU:C:2007:512</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36), kif ukoll Klarenberg (C‑466/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:85">EU:C:2009:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat ukoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23 jiddefinixxi l-identità ta’ entità ekonomika billi jirreferi għal <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="2019" ID="QE0039"/>, b’tali mod li ma jenfasizzax biss l-element organizzattiv tal-entità ttrasferita iżda wkoll dak tat-tkomplija tal-attività ekonomika<?PAGE NO="12"?> tagħha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza Klarenberg (C‑466/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:85">EU:C:2009:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</P></NOTE>. Minn dan hija ddeduċiet li l-kundizzjoni marbuta maż-żamma tal-identità ta’ entità ekonomika fis-sens tad-Direttiva għandha tiġi interpretata billi jiġu kkunsidrati ż-żewġ elementi, kif previsti fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23, li, meħuda flimkien, jikkostitwixxu din l-identità, kif ukoll l-għan ta’ protezzjoni tal-ħaddiema previst mid-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 46).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet u biex ma ċċaħħadx id-Direttiva minn parti mill-effettività tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kien jeħtieġ li tinterpreta l-kundizzjoni dwar iż-żamma tal-identità ta’ entità ekonomika mhux fis-sens li hija teżiġi ż-żamma tal-organizzazzjoni speċifika imposta mill-imprenditur għad-diversi fatturi ta’ produzzjoni ttrasferiti, iżda fis-sens li hija tippreżupponi ż-żamma tar-rabta funzjonali ta’ interdipendenza u ta’ komplementarjetà bejn dawn il-fatturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, iż-żamma ta’ tali rabta funzjonali bejn id-diversi fatturi ttrasferiti tippermetti liċ-ċessjonarju juża lil dawn tal-aħħar, anki jekk ikunu integrati, wara t-trasferiment, fi struttura organizzattiva ġdida differenti, sabiex jissokta b’attività ekonomika identika jew simili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 48).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-sentenza Klarenberg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>C‑466/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:85">EU:C:2009:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, ma huwiex wisq rilevanti li l-entità akkwistata ġiet xolta fl-organizzazzjoni ta’ TAP, peress li nżammet rabta funzjonali bejn, minn naħa waħda, l-elementi tal-attiv u l-persunal assorbiti u min-naħa l-oħra, l-issuktar tal-attività li qabel kienet titwettaq minn AIA.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tiegħu, is-Supremo Tribunal de Justiça ta importanza partikolari lill-fatt li l-ajruplani u l-persunal akkwistati ntużaw għat-titjiriet skedati u għat-titjiriet mhux skedati. Din iċ-ċirkustanza hija, fil-fehma tiegħu, tali li turi li ma kienx hemm żamma ta’ entità ekonomika ddedikata għall-attività tat-titjiriet mhux skedati fi ħdan TAP.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jidhirli li ma huwiex wisq rilevanti li l-elementi ttrasferiti ma ntużawx biss għat-titjiriet mhux skedati, iżda wkoll għat-titjiriet skedati. Il-kundizzjoni dwar iż-żamma tal-identità tal-entità akkwistata ma teħtieġx l-użu esklużiv ta’ assi ttrasferiti għall-benefiċċju tal-attività ssuktata. Ir-rabta funzjonali bejn dawn l-assi u l-attività ssuktata tibqa’ anki jekk l-imsemmija elementi jintużaw ukoll għat-twettiq ta’ attività oħra, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta tkun attività simili fis-settur tat-trasport bl-ajru.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Kif issostni l-Kummissjoni, jirriżulta mis-sentenza Klarenberg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE> li l-istralċ ta’ AIA u l-integrazzjoni ta’ parti kbira mill-attiv tagħha fl-istruttura organizzattiva ta’ TAP, anki jekk ma żammewx identità <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>awtonoma<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, ma jeskludux l-applikazzjoni tad-Direttiva. Il-fattur importanti huwa li l-mezzi ttrasferiti jżommu l-identità tagħhom u jintużaw, wara t-trasferiment, biex tissokta attività ekonomika identika jew simili.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, l-assi ta’ AIA għall-ewwel (matul l-istaġun tal-avjazzjoni tas-sajf tal-1993) intużaw sabiex titkompla attività identika għal dik ta’AIA, jiġifieri t-titjiriet ċarter li AIA kienet intrabtet li twettaq, u mbagħad biex titkompla attività identika (titjiriet ċarter organizzati minn TAP) jew simili (titjiriet skedati ta’ TAP).</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Klarenberg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE>, it-termini tal-ewwel u tar-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva jikkonfermaw li, f’moħħ il-leġiżlatur tal-Unjoni, din hija maħsuba biex tapplika għal kwalunkwe trasferiment li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), irrispettivament minn jekk l-entità ekonomika ttrasferita żżommx jew le l-awtonomija tagħha fl-istruttura taċ-ċessjonarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Punt 50.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Naturalment, hija l-qorti tar-rinviju li finalment għandha tiddetermina jekk il-kriterji tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ negozju humiex issodisfatti f’dan il-każ. Skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tistabbilixxi, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi fattwali kollha li jikkaratterizzaw l-operazzjoni inkwistjoni, jekk l-identità tal-unità ekonomika ttrasferita nżammitx jew le<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Punt 49.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kuntest partikolari tal-każ fil-kawża prinċipali, li huwa l-konsegwenza ta’ pożizzjonijiet diverġenti ta’ qrati nazzjonali, għandu, fil-fehma tiegħi, iwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tirrispondi b’mod kemm iktar preċiż kif ukoll dirett lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nipproponi li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju jkopri sitwazzjoni fejn impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter tkun stralċata permezz ta’ deċiżjoni tal-azzjonist maġġoritarju tagħha, li jkun huwa stess impriża attiva fis-settur tal-avjazzjoni u li, fil-kuntest tal-istralċ tal-ewwel impriża:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jassumi l-pożizzjoni tal-kumpannija stralċata fil-kuntratti ta’ kiri ta’ ajruplani u fil-kuntratti ta’ titjiriet ċarter li jkunu għadhom fis-seħħ ma’ operaturi turistiċi;</P></ITEM><ITEM><P>jiżviluppa l-attività li qabel kienet tipprattika l-kumpannija stralċata;</P></ITEM><ITEM><P>jerġa’ jimpjega ċerti ħaddiema li sa dak il-mument kienu tkeċċew mill-kumpannija stralċata u jqegħidhom jeżerċitaw funzjonijiet identiċi, u</P></ITEM><ITEM><P>jirċievi tagħmir żgħir mill-kumpannija stralċata.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 267 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, bħas-Supremo Tribunal de Justiça, fid-dawl tal-fatt deskritt fid-domanda preċedenti u l-fatt li l-qrati nazzjonali inferjuri li quddiemhom tressaq il-każ adottaw deċiżjonijiet kunfliġġenti, kellhiex l-obbligu li tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni korretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>trasferiment ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, fuq bażi preliminari, li l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma neċessarji għalihom sabiex tkun deċiża l-kawża li tkun tressqet quddiemhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Schneider (C‑380/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:73">EU:C:2004:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20); Stradasfalti (C‑228/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:578">EU:C:2006:578</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44), kif ukoll Kirtruna u Vigano (C‑313/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:574">EU:C:2008:574</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha tkun tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-fatti partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenzi Schneider (C‑380/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:73">EU:C:2004:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21); Längst (C‑165/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:412">EU:C:2005:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31), kif ukoll Kirtruna u Vigano (C‑313/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:574">EU:C:2008:574</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-obbligu ta’ rinviju, stabbilit fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 KE, jaqa’ fi ħdan il-qafas ta’ kooperazzjoni stabbilita sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni t-tajba u l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha, bejn il-qrati nazzjonali, fil-kwalità tagħhom ta’ qrati responsabbli mill-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju, u l-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Intermodal Transports (C‑495/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:552">EU:C:2005:552</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-obbligu tal-qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju, li jressqu rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, għandu b’mod partikolari l-għan li jevita li tiġi stabbilita, fi Stat Membru, xi ġurisprudenza nazzjonali li ma tkunx konformi mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-għan jintlaħaq meta jkunu marbuta b’dan l-obbligu ta’ rinviju, ħlief fil-limiti permessi mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Cilfit <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>283/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:335">EU:C:1982:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-qrati supremi kif ukoll kwalunkwe qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Intermodal Transports (C‑495/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:552">EU:C:2005:552</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Sa fejn ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali, din tal-aħħar għandha l-obbligu, fil-prinċipju, li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE meta titqajjem quddiemha kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tat-Trattat FUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Sentenza Consiglio nazionale dei geologi u Autorità garante della concorrenza e del mercato (C‑136/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:489">EU:C:2013:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Mir-relazzjoni bejn it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE jirriżulta li l-qrati msemmija fit-tielet paragrafu jgawdu mill-istess setgħa diskrezzjonali bħall-qrati nazzjonali kollha l-oħra f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni jekk hijiex neċessarja deċiżjoni fuq punt ta’ liġi tal-Unjoni biex dawn ikunu jistgħu jagħtu d-deċiżjoni tagħhom. Għalhekk, dawn il-qrati ma humiex obbligati li jirreferu lill-Qorti tal-Ġustizzja kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun tqajmet quddiemhom, jekk il-kwistjoni ma tkunx rilevanti, jiġifieri, fil-każijiet li, tkun xi tkun ir-risposta għal dik il-kwistjoni, din ma jkun jista’ jkollha l-ebda effett fuq is-soluzzjoni tat-tilwima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-każ li dawn jikkonstataw li huwa neċessarju li jiġi applikat id-dritt tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu l-kawża quddiemhom, l-Artikolu 267 TFUE jimponi fuqhom, bħala prinċipju, l-obbligu li jirreferu lill-Qorti tal-Ġustizzja kull kwistjoni ta’ interpretazzjoni li tqum<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>B’dan il-mod, fil-każ ta’ tilwima li tqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju huwa li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali għandha obbligu li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li l-possibbiltà li tirrinunzja milli tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja hija l-eċċezzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Is-sentenza Cilfit <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>283/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:335">EU:C:1982:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> timponi fuq il-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza dmir ikbar ta’ motivazzjoni meta jastjenu milli jagħmlu rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu msemmi fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, kif ġie limitat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita sew minn wara din is-sentenza li qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali hija meħtieġa, meta titqajjem quddiemha kwistjoni dwar id-dritt tal-Unjoni, li twettaq l-obbligu tagħha ta’ rinviju, sakemm ma ssibx li l-kwistjoni mqajma ma hijiex rilevanti jew li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni tkun diġà ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni timponi ruħha b’mod tant evidenti li ma tħalli ebda lok għal dubju raġonevoli. L-eżistenza ta’ tali eventwalità għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-karatteristiċi tad-dritt tal-Unjoni, tad-diffikultajiet partikolari li l-interpretazzjoni tiegħu toħloq u tar-riskju ta’ diverġenza fil-ġurisprudenza fi ħdan l-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Sentenza Intermodal Transports (C‑495/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:552">EU:C:2005:552</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji li jirriżultaw mis-sentenza Köbler<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>C‑224/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Cilfit <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>283/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:335">EU:C:1982:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> tħalli biss f’idejn il-qorti nazzjonali r-responsabbiltà li tevalwa jekk l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni timponix ruħha b’mod tant evidenti li ma tħalli ebda lok għal dubju raġonevoli u, għalhekk, li tiddeċiedi jekk tastjenix jew le milli tirreferi kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun tqajmet quddiemha lill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Sentenza Intermodal Transports (C‑495/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:552">EU:C:2005:552</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza tagħha dwar il-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju u minħabba l-eżistenza ta’ pożizzjonijiet diverġenti fost il-qrati nazzjonali rigward l-interpretazzjoni li għandha tingħata fir-rigward tal-fatti tal-każ, is-Supremo Tribunal de Justiça kienx iġġustifikat jew le li ma jsib <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ebda dubju raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> dwar il-kwistjoni ta’ interpretazzjoni mqajma u għaldaqstant setax jastjeni milli jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali għandhom jeżerċitaw prudenza partikolari qabel ma jeliminaw l-eżistenza ta’ kwalunkwe dubju raġonevoli. Huma għandhom jispjegaw ir-raġunijiet għaliex huma ċerti li qegħdin japplikaw b’mod korrett id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Din il-prudenza għandha twassalhom, b’mod partikolari, sabiex jiddeterminaw b’mod preċiż jekk l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jagħżlu tikkunsidrax debitament il-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni, id-diffikultajiet partikolari li toħloq l-interpretazzjoni tiegħu kif ukoll ir-riskju ta’ diverġenzi fil-ġurisprudenza fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Is-Supremo Tribunal de Justiça kkunsidra li l-kunċetti li jinsabu fid-Direttiva, u b’mod partikolari dak tat-trasferiment ta’ negozju, kienu ċari biżżejjed fir-rigward tal-interpretazzjoni ġudizzjarja. Dan kien ifisser, fil-fehma tiegħu, li f’dan il-każ ma kienx hemm ħtieġa li jagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ jidhirli li huwa żbaljat għaliex nafu li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju huwa kkaratterizzat minn approċċ ta’ każ b’każ. Il-każijiet li jitressqu suċċessivament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jippermettulha tirfina l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kunċett. Din hija għalhekk ġurisprudenza li tevolvi kontinwament. Din il-karatteristika kellha twassal lis-Supremo Tribunal de Justiça għal approċċ prudenti qabel ma jiddeċiedi li ma jadixxix lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Ma’ din il-kunfidenza eċċessiva fin-natura kkonsolidata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju hemm ukoll kunsiderazzjoni inkompleta ta’ din il-ġurisprudenza, li wasslet lis-Supremo Tribunal de Justiça biex jagħti interpretazzjoni żbaljata ta’ dan il-kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn teżisti ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett li għandu jiġi interpretat, qorti nazzjonali li, fil-prinċipju, hija suġġetta għall-obbligu tar-rinviju u li tikkunsidra li t-tilwima li tressqet quddiemha tqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha żewġ possibbiltajiet minn fejn tagħżel. Jew tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikseb iktar kjarifiki fid-dawl tat-tilwima li trid tiddeċiedi dwarha, jew tiddeċiedi li ma twettaqx l-obbligu tagħha tar-rinviju, iżda mbagħad ikollha taċċetta u tapplika r-risposta diġà mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk ma tadotta l-ebda waħda minn dawn il-possibbiltajiet u tagħti interpretazzjoni oħra tal-kunċett tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni, din il-qorti twettaq ksur ta’ dan id-dritt li għandu jitqies li huwa suffiċjentement ikkaratterizzat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara Pertek, J., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Renvoi préjudiciel en interprétation<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, <HT TYPE="ITALIC">JurisClasseur Europe Traité</HT>, faxxikolu 361, 2010, § 97.</P></NOTE>. Dan jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, li tgħid li ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa kkaratterizzat b’mod suffiċjenti meta dan isir b’mod manifestament kuntrarju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-suġġett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Traghetti del Mediterraneo (C‑173/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:391">EU:C:2006:391</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll Fuß (C‑429/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Fil-qosor, kieku kkunsidra sewwa u kompletament il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluża dik l-iktar reċenti, is-Supremo Tribunal de Justiça ma kienx ikun daqstant ċert rigward l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huwa għamel.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Huwa importanti li l-Qorti tal-Ġustizzja tadotta pożizzjoni stretta rigward it-tfakkir tal-obbligu tar-rinviju li għandhom il-qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali. Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali Léger fil-konklużjonijiet tiegħu fil-każ Traghetti del Mediterraneo<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>C‑173/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:602">EU:C:2005:602</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u kif juri dan il-każ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>il-ksur ta’ tali obbligu jista’ jwassal biex il-qorti kkonċernata tagħmel żball [...], kemm jekk ikun żball fl-interpretazzjoni tad-dritt [tal-Unjoni] applikabbli kif ukoll żball fid-deduzzjoni tal-konsegwenzi li jirriżultaw minnha għal interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali jew għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Punt 66.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, insostni li n-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tal-qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali tal-obbligu tagħhom ta’ rinviju jċaħħad lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-funzjoni fundamentali mogħtija lilha mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE li tiżgura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>r-rispett tad-dritt fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jirriżulta mill-proċess li, fil-kuntest ta’ dan il-każ, il-qrati Portugiżi kienu waslu għal pożizzjonijiet diverġenti rigward l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju. Fil-fehma tiegħi, għalkemm l-eżistenza ta’ deċiżjonijiet kontradittorji meħuda minn qrati nazzjonali waħedha ma hijiex suffiċjenti biex jiskatta l-obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, din hija element kuntestwali li jsaħħaħ il-kunsiderazzjoni li s-Supremo Tribunal de Justiça kellu jkun iktar prudenti u jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha li, fil-fehma tiegħi, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jkun interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, bħas-Supremo Tribunal de Justiça, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tielet domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-ġurisprudenza tas-sentenza Köbler<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>C‑224/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, għandux ikun interpretat fis-sens li jipprekludi sistema nazzjonali dwar ir-responsabbiltà tal-Istat li tissuġġetta d-dritt għal kumpens għall-kundizzjoni li l-ewwel tiġi annullata d-deċiżjoni li kkawżat id-dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont l-Artikolu 13(2) tas-SRMKI, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>[it-]talba għall-kumpens għandha tkun ibbażata fuq l-annullament minn qabel tad-deċiżjoni li tikkawża d-dannu mill-qorti kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit jekk din il-kundizzjoni hijiex konformi jew le mad-dritt tal-Unjoni, fl-ewwel lok għandu jitfakkar li l-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni li għalih huwa responsabbli huwa inerenti għas-sistema tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ogieriakhi (C‑244/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2068">EU:C:2014:2068</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-responsabbiltà tal-Istat minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli għal deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, minħabba l-ispeċifiċità tal-funzjoni ġudizzjarja kif ukoll ir-rekwiżiti leġittimi taċ-ċertezza legali, ir-responsabbiltà tal-Istat, f’ipoteżi simili, ma hijiex bla limitu. Kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja, din ir-responsabbiltà ma tirriżultax ħlief fil-każ eċċezzjonali fejn qorti nazzjonali tal-aħħar istanza tkun kisret b’mod manifest id-dritt applikabbli. Sabiex jiġi ddeterminat jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfatta, il-qorti nazzjonali li trid tiddeċiedi dwar talba għad-danni għandha, f’dan ir-rigward, tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni quddiemha u, b’mod partikolari, il-grad ta’ ċarezza u preċiżjoni tar-regola li ma ġietx osservata, in-natura volontarja tal-ksur, in-natura skużabbli jew le tal-iżball ta’ liġi, il-pożizzjoni li ttieħdet, meta applikabbli, minn istituzzjoni tal-Unjoni, kif ukoll in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, mill-qorti inkwistjoni, tal-obbligu tagħha li titlob deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Traghetti del Mediterraneo (C‑173/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:391">EU:C:2006:391</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Kif diġà indikajt qabel, din l-inosservanza manifesta tad-dritt tal-Unjoni applikabbli hija preżunta, fi kwalunkwe każ, meta d-deċiżjoni kkonċernata tittieħed billi b’mod ċar ma tiġix kkunsidrata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-suġġett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza Fuß (C‑429/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Dritt għal kumpens jinħoloq għalhekk, jekk din il-kundizzjoni relatata mal-inosservanza manifesta tad-dritt tal-Unjoni applikabbli tkun sodisfatta, hekk kif ikun ġie stabbilit li r-regola tad-dritt miksura għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi u li hemm rabta kawżali diretta bejn l-allegat ksur manifest u d-dannu mġarrab mill-persuna kkonċernata. Dawn it-tliet kundizzjonijiet huma, fil-fatt, neċessarji u suffiċjenti biex jagħtu, favur l-individwi, dritt biex jinkiseb kumpens, mingħajr madankollu ma jiġi eskluż li jista’ jingħata lok għar-responsabbiltà tal-Istat f’kundizzjonijiet inqas restrittivi abbażi tad-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Traghetti del Mediterraneo (C‑173/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:391">EU:C:2006:391</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha wkoll l-okkażjoni tippreċiża li, bla ħsara għad-dritt għal kumpens għad-danni li huwa msejjes direttament fuq id-dritt tal-Unjoni, ladarba dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti, l-Istat għandu jagħti kumpens għall-konsegwenzi tad-dannu kkawżat skont id-dritt nazzjonali dwar ir-responsabbiltà, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kumpens għad-danni ma jkunux inqas favorevoli minn dawk dwar talbiet simili ta’ natura domestika (prinċipju ta’ ekwivalenza) u sakemm dawn ma jkunux ġestiti b’mod li jrendu l-ksib tal-kumpens impossibbli jew diffiċli ħafna fil-prattika (prinċipju ta’ effettività)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Fuß (C‑429/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività li jeħtieġ, fil-fehma tiegħi, li wieħed jeżamina l-modalità proċedurali prevista fl-Artikolu 13(2) tas-SRMKI. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk tali modalità proċedurali hijiex ta’ natura li trendi, fil-prattika u f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, impossibbli jew ferm diffiċli l-kisba ta’ kumpens mill-individwu li jkun ġarrab id-dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>Il-punt kruċjali hawnhekk huwa li jiġi ddeterminat jekk dan l-individwu jibbenefikax jew le mill-possibbiltà ta’ azzjoni kontra s-sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça li kkawżatlu d-dannu. Mistoqsi dwar dan waqt is-seduta, il-Gvern Portugiż, għall-ewwel wieġeb fin-negattiv għal din il-mistoqsija qabel ma biddel ftit ir-risposta tiegħu b’mod ftit li xejn konvinċenti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-istat tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar dan il-punt. Jekk din il-qorti tasal għall-konstatazzjoni li l-individwu li ġarrab id-dannu ma għandux il-possibbiltà ta’ azzjoni kontra s-sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça li kkawżatlu d-dannu, ikun xieraq li tikkunsidra li l-modalità proċedurali prevista mill-Artikolu 13(2) tas-SRMKI tmur kontra l-prinċipju ta’ effettività sa fejn din tagħmilha impossibbli għal dan l-individwu li jikseb kumpens.</TXT></NP><NP><NO.P>114.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, jidhirli mid-dibattiti li saru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li, jekk tali possibbiltà ta’ azzjoni kontra sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça kellha tkun identifikata, din tidher li hija pjuttost teoretika u diffiċli biex tiġi implementata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Matul is-seduta, il-Gvern Portugiż indika, barra minn hekk, li huwa ma kienx jaf b’każijiet fejn l-Artikolu 696(f) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż il-ġdid kien ġie implementat f’sitwazzjoni ta’ inkompatibbiltà ta’ sentenza tas-Supremo Tribunal de Justiça mad-dritt tal-Unjoni.</P></NOTE>. Għaldaqstant, sa fejn il-modalità proċedurali prevista fl-Artikolu 13(2) tas-SRMKI toħloq, f’din l-ipoteżi, ostaklu serju għall-kisba ta’ kumpens mill-individwu ġarrab id-dannu, hija tibqa’, fil-fehma tiegħi, kuntrarja għall-prinċipju ta’ effettività. Fil-fatt, tali modalità proċedurali tagħmilha ferm diffiċli għal dan l-individwu sabiex jikseb kumpens.</TXT></NP><NP><NO.P>115.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jiena nikkonkludi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-ġurisprudenza tas-sentenza Köbler<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>C‑224/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema nazzjonali dwar ir-responsabbiltà tal-Istat li tissuġġetta d-dritt għal kumpens għall-kundizzjoni li l-ewwel tiġi annullata d-deċiżjoni li kkawżat id-dannu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>116.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, jiena nipproponi li r-risposti li għandhom jingħataw għad-domandi li saru mill-Varas Cíveis de Lisboa għandhom ikunu skont kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23/KE tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju jkopri sitwazzjoni fejn<?PAGE NO="19"?> impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter tkun stralċata permezz ta’ deċiżjoni tal-azzjonist maġġoritarju tagħha, li jkun huwa stess impriża attiva fis-settur tal-avjazzjoni u li, fil-kuntest tal-istralċ tal-ewwel impriża:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jassumi l-pożizzjoni tal-kumpannija stralċata fil-kuntratti ta’ kiri ta’ ajruplani u fil-kuntratti ta’ titjiriet ċarter li jkunu għadhom fis-seħħ ma’ operaturi turistiċi;</P></ITEM><ITEM><P>jiżviluppa l-attività li qabel kienet tipprattika l-kumpannija stralċata;</P></ITEM><ITEM><P>jerġa’ jimpjega ċerti ħaddiema li sa dak il-mument kienu tkeċċew mill-kumpannija stralċata u jqegħidhom jeżerċitaw funzjonijiet identiċi, u</P></ITEM><ITEM><P>jirċievi tagħmir żgħir mill-kumpannija stralċata.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, bħas-Supremo Tribunal de Justiça (Qorti Suprema, il-Portugall), għandha l-obbligu, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-ġurisprudenza tas-sentenza Köbler (C‑224/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu jkun interpretat fis-sens li jipprekludi sistema nazzjonali dwar ir-responsabbiltà tal-Istat li tissuġġetta d-dritt għal kumpens għall-kundizzjoni li l-ewwel tiġi annullata d-deċiżjoni li kkawżat id-dannu.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>