|
10.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1834
tad-9 ta' Ottubru 2017
li jemenda għall-279 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-4 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura “Persuni naturali”, tinbidel id-dejta tal-identifikazzjoni tinbidel bl-entrata li ġejja:
“Isnilon Totoni Hapilon (alias (a) Isnilon Hapilun, (b) Isnilun Hapilun, (c) Abu Musab, (d) Salahudin, (e) Tuan Isnilon). Data tat-twelid: (a) 18.3.1966, (b) 10.3.1967. Post tat-twelid: Bulanza, Lantawan, Basilan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina.”
tinbidel b'dan li ġej:
“Isnilon Totoni Hapilon (alias (a) Isnilon Hapilun, (b) Isnilun Hapilun, (c) Abu Musab, (d) Salahudin, (e) Tuan Isnilon). Data tat-twelid: (a) 18.3.1966, (b) 10.3.1967. Post tat-twelid: Bulanza, Lantawan, Basilan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Indirizz: (a) Basilan, il-Filippini (post preċedenti sal-2016), (b) Lanao del Sur, il-Filippini (post mill-2016). Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; il-kulur tax-xagħar: kannella; tul: 5 piedi u 6 pulzieri.- 168 ċm; piż: 120 libbra — 54 kg; korporatura: irqiq; karnaġġjon: ġilda ċara; għandu xehwiet fuq wiċċu. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”