52008PC0788

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2008 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom [SEG(2008) 2875] /* KUMM/2008/0788 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.11.2008

KUMM(2008) 788 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2008 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom [SEG(2008) 2875]

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Motivi u għanijiet tal-proposta Bħal kull sena u b’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet proposti mill-Kummissjoni abbażi tar-rapport tal-Eurostat, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. |

120 | Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet jirriżulta direttament mill-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tal-pagi pubbliċi nazzjonali (indikatur speċifiku), il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (Indiċi Internazzjonali) u kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi stabbiliti mill-Eurostat. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku nazzjonali tal-amministrazzjonijiet ċentrali tal-Istati Membri. L-Eurostat iddetermina dan l-indikatur fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) tal-Anness XI. L-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikejjel l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu aġġustati r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet. |

141 | Konsistenza ma' politika u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-impjegati skont il-proċeduri approprajati. |

212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

230 | Valutazzjoni tal-impatt Il-proposta għandha l-għan li taġġusta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sinteżi tal-azzjoni proposta B'konformità mal-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-bidla fil-kapaċità tal-akkwist fis-salarji tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jiġu kkalkulati ż-żidiet fil-pagi. 3.1. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-bidla medja fil-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indikatur speċifiku hi ekwivalenti għal -1.3%. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat hija ta’ 4.4%. B’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-valur tal-aġġustament hu ugwali għall-prodott tal-indikatur speċifiku u tal-indiċi internazzjonali ta’ Brussell iddeterminati mill-Eurostat. L-aġġustament propost fir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 3.0%. B’konformità mal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI, ebda piż differenzjat m'hu applikabbli fil-Belġju u lanqas fil-Lussemburgu. 3.2. AĠĠUSTAMENT TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET BARRA MILL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, l-aġġustamenti tal-pagi u l-pensjonijiet jiġu kkalkulati billi jiġi mmultiplikat l-aġġustament fil-Belġju u l-Lussemburgu bil-bidliet fiż-żidiet u fir-rati tal-kambju. Iż-żidiet applikabbli għar-rimunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-rimunerazzjoni li jidhru fir-Regolamenti ġew ikkalkulati bil-mod li ġej: Piżijiet differenzjati għall-UFFIĊJALI li jinsabu barra l-Belġju u l-Lussemburgu: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu fl-1 ta’ Lulju l-ekwivalenzi tas-saħħa tal-akkwist tar-rimunerazzjoni bejn Brussell u l-postijiet l-oħra tax-xogħol jew missjonijiet. Il-piżijiet differenzjati applikabbli għar-remunerazzjoni mħallsa lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra li jkunu qed jagħtu servizz fi Stati Membri esteri għall-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skont ir-relazzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Piżijiet differenzjati għall-PENSJONIJIET barra l-Belġju u l-Lussemburgu u l-piżijiet differenzjati għat-TRASFERIMENTI: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenzi tas-saħħa tal-akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Il-piżijiet differenzjati kkalkulati għall-pensjonijiet ta’ persuni li joqogħdu f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussuburgu fid-diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tar-rapporti bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-piżijiet differenzjati huma direttament applikabbli għat-trasferimenti tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-piżijiet differenzjati japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti li tikkorrispondi mad-drittijiet akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2), il-piżijiet differenzjati applikabbli għall-pensjonijiet huma riżultat ta’ medja bil-piż differenzjat bejn il-koeffiċjenti applikabbli għall-funzjonarji u l-koeffiċjenti kkalkulati għall-pensjonijiet. - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-piżijiet differenzjati: Id-data ta’ dħul fis-seħħ hi l-1 ta’ Lulju għal-lokalitajiet kollha ħlief il-lokalitajiet li għandhom żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, li għalihom il-piż differenzjat jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju jekk iż-żieda tal-għoli tal-ħajja hi aktar minn 6.3 %, jew fl-1 ta’ Mejju jekk din hi aktar minn 12.6% Il-kambjament fl-għoli tal-ħajja, f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu, hu mkejjel bl-għajnuna ta’ indiċijiet impliċiti. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jiġi immultiplikat bil-varjazzjoni mill-parità ekonomika. Għal dan l-aġġustament, id-data ta’ dħul fis-seħħ hi antiċipata għal-lokalitajiet imsemmija fir-Regolament. |

310 | Bażi legali Il-bażi ġuridika hija l-Istatut u b’mod partikolari l-Anness XI tiegħu. |

329 | Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

331 | - l-Anness XI tal-Istatut jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. |

332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal. |

Għażla ta’ strumenti |

341 | Strument propost: Regolament. |

342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - l-Anness XI tal-Istatut jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. |

IMPLIKAZZJONIJIET BAġETARJI |

401 | L-impatt tal-adattament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu. |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2008 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema l-oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Sabiex jiggarantixxi li s-saħħa tal-akkwist tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunità tikber b'mod parallel għal dik tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati skont il-verifika annwali tas-sena 2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, id-data tal-“1 ta' Lulju 2007” li tidher fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“1 ta' Lulju 2008”.

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tal-pagi u l-pensjonijiet tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 3

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt.

B'effett mill-1 ta' Jannar 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella ta' hawn taħt.

B'effett mis-16 ta' Mejju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 5 tat-tabella hawn taħt.

B'effett mill-1 ta' Mejju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 6 tat-tabella hawn taħt.

B'effett mill-16 ta' Mejju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 7 tat-tabella ta' hawn taħt.

[pic]

Artikolu 4

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammont tal- allowance għal-liv tal-ġenituri msemmija fl-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 878.32 u EUR 1171.09 għal familji b'ġenitur wieħed.

Artikolu 5

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammont bażiku għall- allowance għall-familja msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 164.27.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammont għall-allowance għat-tfal dipendenti msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 358.96.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff huwa stabbilit għal 243.55 EUR.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff huwa stabbilit għal 87.69 EUR.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 486.88.

Artikolu 6

B'effett mill-1 ta' Jannar 2009, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżla fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal hija mibdula għal li ġej:

EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

EUR 0.3651 għal kull kilometru bejn 201 u 1,000 km

EUR 0.6085 għal kull kilometru bejn 1,001 u 2,000 km

EUR 0.3651 għal kull kilometru bejn 2,001 u 3,000 km

EUR 0.1216 għal kull kilometru bejn 3,001 u 4,000 km

EUR 0.0586 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km.

Ma' din l-allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

- EUR 182.54 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija bejn 725 km u 1,450 km,

- EUR 365.04 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija aktar minn 1,450 km,

Artikolu 7

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall-allowance għall-għajxien ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta':

- EUR 37.73 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall- allowance tal-familja,

- EUR 30.42 għall-uffiċjali li m'għandhomx dritt għall-allowance tal-familja.

Artikolu 8

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra huwa ta':

- 1074.14 EUR għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja;

- EUR 638.68 għal impjegat li mhux intitolat għall-allowance tal-familja.

Artikolu 9

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, il-limitu minimu għall-allowance għall-qgħad imniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jkun ta' EUR 1288.19, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2576.39 u l- allowance standard għandha tkun ta' EUR 1171.09.

Artikolu 10

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 63 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 11

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 12

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, il-limitu minimu għall- allowance għall-istallazzjoni msemmija fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandu jkun ta':

- 807.93 EUR għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja;

- EUR 479.00 għal impjegat li mhux intitolat għall-allowance tal-familja.

Artikolu 13

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-limitu minimu għall- allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra, għandu jkun ta' EUR 966.15, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 1932.29 u l- allowance standard għandha tkun ta' EUR 878.32.

Artikolu 14

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[1] għandhom ikunu ta' EUR 368,17, EUR 555,70, EUR 607,58 u EUR 828,33.

Artikolu 15

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[2] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5.314614.

Artikolu 16

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 17

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall-allowance għat-tfal dipendenti msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 14 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:

[pic]

Artikolu 18

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 15 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:

[pic]

Artikolu 19

B'effett mill-1 ta' Lulju 2008, għall-finijiet tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':

- EUR 127,01 fix-xahar għall-uffiċjali fi gradi C4 jew C5,

- EUR 194.73 fix-xahar għal uffiċjali kklassifikati fil-gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f il- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2008 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-piżijiet differenzjati applikati għalihom.

2. QAFAS ABM/ABB (ĠESTJONI SKONT L-ATTIVITÀ/IBBAĠITJAR SKONT L-ATTIVITÀ)

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/i u Attività/jiet assoċjata/i magħhom:

L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.), fosthom l-intestaturi:

Nefqa: XX.01.01.01 Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra

Dħul: 400 - Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-uffiċjali, ħaddiema oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-membri tal-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impjieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Indefinit

3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit (żid ir-ringieli jekk hemm bżonn):

Linja tal-baġit: | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | L-intestatura tal-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 u Kapitolu 11 | Nefqa mhux obbligatorja | NDA[3] | LE | LE | LE | Nru [5] |

4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1. Rikapitulazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

Miljuni (sa 3 punti deċimali)

Natura tan-nefqa | Taqsima Nru | Sena 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total |

Infiq operattiv[4] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[5] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprazzjonijiet għall-impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (NMD) | 8.2.5 | d | 72.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | n/a |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NMD) | 8.2.6 | e |

Total indikattiv tal-ispiża finanzjarja tal-intervent

CA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 72.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | n/a |

PA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 72.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | 144.1 | n/a |

Dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi finanzjarjamnet konġunt mill-Istati Membri jew korporazzjonijiet ohra speċifikati, stima tal-livell ta' dan l-iffinanzjament konġunt għandu jkun indikat fit-tabella hawn taħt.

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Co-financing body | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u aktar tard | Total |

…………………… | f |

TOTAL CA li tinkludi finanzjament konġunt | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatabilità mal-ipprogrammar finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

♦ Il-proposta ser tinvolvi pprogrammar mill-ġdid tal-intestaturi relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

♦ Il-proposta tista' titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (jiġifieri l-flessibilità tal-istrument jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fiq id-Dħul

♦ Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta tħalli impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Qabel l-azzjoni li ttieħdet fl-2008 | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Budget line | Revenue | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

410 kontribut tal-Penzjoni | a) Revenue in absolute terms | 309.3 | 314.0 | 318.6 | 318.6 | 318.6 | 318.6 | 318.6 |

b) Tibdil fid-dħul | Δ | 4.7 | 9.3 | 9.3 | 9.3 | 9.3 | 9.3 |

400 -Taxxa | a) Revenue in absolute terms | 421.1 | 427.4 | 433.7 | 433.7 | 433.7 | 433.7 | 433.7 |

b) Tibdil fid-dħul | Δ | 6.3 | 12.6 | 12.6 | 12.6 | 12.6 | 12.6 |

404 Taxxa speċjali | a) Revenue in absolute terms | 39.2 | 39.8 | 40.4 | 40.4 | 40.4 | 40.4 | 40.4 |

b) Tibdil fid-dħul | Δ | 0.6 | 1.2 | 1.2 | 1.2 | 1.2 | 1.2 |

4.2. Ir-Riżorsi Umani FTE (bl-inklużjoni ta' uffiċjali, persunal temporanju jew estern) – ara

d-dettalji taħt punt 8.2.1.

Il-ħtiġijiet annwali | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u aktar tard |

In-numru totali ta' riżrosi umani |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq f'terminu qasir jew twil ta' żmien

Obbligu skont ir-Regolamenti tal-Persunal

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-kompatibilità tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Mhux applikabbli.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Il-Metodu tal-Implimentazzjoni (indikattiv)

♦ Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni PMO

- ♦ indirettament permezz ta' delega lil:

- ♦ aġenżiji eżekuttivi

- ♦ korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

- ♦ entitajiet mis-settur nazzjonali pubbliku/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

♦ Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

- ♦ mal-Istati Membri

- ♦ mal-pajjiżi terzi

♦ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti relevanti:

6. SORVELJANZA U EVALWAZZJONI .

6.1. Sistema ta' Sorveljanza

Mhux applikabbli.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni Ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili)

Mhux applikabbli.

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonjiet fil-ġejjieni

Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Mhux applikabbli.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f'termini tal-ispejjeż finanzarji tagħhom

Mhux applikabbli.

8.2. Għan-nefqa amministrattiva

8.2.1. L-ammont u t-tip ta' riżorsi umani

Tipi ta' postijiet | Il-persunal li għandu jiġi assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni permezz tal-użu ta' approprjazzjonijiet eżistenti u/jew addizzjonali (l-ammont ta' karigi/FTEs) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew staff temporanju[8](XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Staff iffinanzjat [9]bl-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjat b’Artikolu XX 01 04/05[10] |

TOTAL |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

- ♦ Il-postijiet attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu mibdula jew estiżi

- ♦ Postijiet pre-allokati fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

- ♦ Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

- ♦ Postijiet li għandhom jimtlew permezz tal-użu ta' riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta' ġestjoni (it-tqassim intern mill-ġdid).

♦ Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena in kwistjoni.

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta' referenza

(XX 01 04/05 – In-nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja(i) tal- baġit (Nru u titolu) | Year n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 U aktar tard | TOTAL |

1. Assistenza teknika u amministrattiva (bl-inklużjoni ta' spejjeż relatati mal-persunal) |

Aġenżiji eżekuttivi |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u nfiq assoċjat li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Tipi ta' riżorsi umani | Year n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 U aktar tard |

Mill-uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, ENS, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (il-linja baġitarja speċifika) |

Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti Temporanji

Jekk ikun imiss, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

Kalkolu - Persunal iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02

Jekk ikun imiss, għandha ssir referenza għal punt 8.2.1

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta' referenza

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 U iżjed tard | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2. It-Totali ta' Nefqa Oħra ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika bl-inklużjoni ta' referenza għall-linja baġitarja) |

Nefqa amministrattiva totali, ħlief ir-riżorsi umani u infiq relatat (MHUX inkluża fl-ammont ta' referenza) |

Kalkolu — Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ riferenza

[1] Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif miżjud bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) nru 1307/87 (ĠU L 124, tat-13.5.1987, p.6)

[2] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, tal-4.3.1968, p. 8).

[3] Krediti assoċjati

[4] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[5] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[6] Infiq li jaqa' taħt il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[7] Ara punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[8] L-infiq għal dawn MHUX kopert mill-ammont ta' referenza

[9] L-infiq għal dawn MHUX kopert mill-ammont ta' referenza

[10] L-infiq għal dawn huwa inkluż fl-ammont ta' referenza