02008D0933 — MT — 24.09.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja modifikata ġenetikament MON89788 (MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7517)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/933/KE)

(ĠU L 333 11.12.2008, p. 7)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1579 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-18 ta' Settembru 2019

  L 244

8

24.9.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja modifikata ġenetikament MON89788 (MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7517)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/933/KE)



Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Is-sojja modifikata ġenetikament (Glycine max) MON89788, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hi assenjata l-identifikatur uniku MON-89788-1, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni:

(a) ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja MON-89788-1;

(b) ikel li fih, jikkonsisti minn, jew prodott mis-sojja MON-89788-1;

(c) prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

L-ittikkettjar

1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stabbiliti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.

2.  Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru kemm fuq it-tikketta tal-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1, imsemmija fl-Artikolu 2(b) u (c), u kif ukoll fid-dokumenti li jakkompanjawhom.

Artikolu 4

Sorveljanza għal effetti ambjentali

1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ sorveljanza għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ sorveljanza.

Artikolu 5

Reġistru Komunitarju

It-tagħrif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju dwar l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

▼M1

Artikolu 6

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.

▼B

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

▼M1

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

▼B




ANNESS

▼M1

a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Bayer Agriculture BVBA

Indirizz

:

Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju

F'isem Monsanto Company — 800 N. Lindbergh Boulevard — St. Louis, Missouri 63167 — l-Istati Uniti tal-Amerka.

▼B

b)   Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:

1) Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja MON-89788-1;

2) Ikel li fih, jikkonsisti minn, jew prodott mis-sojja MON-89788-1;

3) Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

Is-sojja MON-89788-1 modifikata ġenetikament, kif deskritta fl-applikazzjoni, tesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tittollera l-erbiċida glifosat.

c)   L-ittikkettjar:

1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stabbiliti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”;

2) Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru kemm fuq it-tikketta tal-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1, imsemmija fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni, u kif ukoll fid-dokumenti li jakkompanjawhom.

d)   Metodu għall-identifikazzjoni:

— Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tas-sojja MON-89788-1;

— Ivvalidat fuq żrieragħ mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

— Materjal ta’ Referenza: AOCS 0906-A u AOCS 0906-B aċċessibbli permezz ta’ American Oil Chemists Society (AOCS) fuq http://www.aocs.org/tech/crm/soybean.cfm

e)   Identifikatur uniku:

MON-89788-1

f)   Tagħrif mitlub skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandha timtela meta jiġi mgħarraf].

g)   Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

h)   Il-pjan ta’ sorveljanza

Il-pjan ta’ sorveljanza għal effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Ħolqa: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għal konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

N.B.: il-ħolqiet għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawn il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.