13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/41


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11031 — HITACHI CONSTRUCTION MACHINERY / KIESEL / EAC)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 93/07)

1.   

Fis-6 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Hitachi Construction Machinery Co., Ltd (“HCM”, il-Ġappun).

—

KTEG GmbH (“KTEG”, il-Ġermanja), li tappartjeni għal Kiesel Group (il-Ġermanja), u

—

EAC European Application Center GmbH (“EAC”, il-Ġermanja), impriża bi sħab (joint venture, JV) mingħajr funzjoni sħiħa, ikkontrollata bi sħab minn HCM u KTEG.

HCM u KTEG se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-joint venture b’funzjoni sħiħa, EAC.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

HCM hija kumpanija Ġappuniża attiva globalment fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-makkinarju tal-kostruzzjoni. Hija toffri wkoll tagħmir użat u spare parts għall-prodotti tagħha, kif ukoll servizzi relatati.

—

KTEG hija kumpanija Ġermaniża li tiżviluppa u tiddisinja prodotti, prinċipalment partijiet tal-iskavaturi personalizzati, kif ukoll soluzzjonijiet, bħall-personalizzazzjoni tal-makkinarju tal-kostruzzjoni. KTEG hija parti minn Kiesel Group, li globalment jiddistribwixxi makkinarju ġdid għall-kostruzzjoni u l-immaniġġar u makkinarju użat ta’ diversi ditti. Kiesel Group joffri wkoll soluzzjonijiet tas-sistema u servizzi anċillari fl-oqsma tal-finanzjament, il-kiri u t-taħriġ tas-sewwieqa.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ EAC huma li ġejjin: EAC se tipprovdi makkinarju tal-kostruzzjoni b’emissjonijiet żero u b’applikazzjoni speċjali. B’mod partikolari, se tiżviluppa, tipproduċi u tbigħ makkinarju tal-kostruzzjoni elettrifikat b’emissjonijiet żero, prinċipalment skavaturi, kif ukoll makkinarju u tagħmir tal-kostruzzjoni b’applikazzjoni speċjali, inklużi sistemi ta’ bidla fil-boom, kif ukoll sistemi ta’ assistenza u ta’ ġestjoni tal-flotta.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11031 — HITACHI CONSTRUCTION MACHINERY / KIESEL / EAC

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.