|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/861 |
19.3.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/861
tal-15 ta’ Marzu 2024
dwar ir-rikonoxximent tar-rapport li jinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) fil-Kanada skont l-Artikolu 31(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tistabbilixxi li l-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa għandhom iwasslu għall-iffrankar sinifikanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili biex ikunu jistgħu jingħaddu lejn il-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Artikolu 29(10) jistabbilixxi limiti speċifiċi għall-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-fjuwils, u l-Artikolu 31 jirregola kif għandu jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti stipulati fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola, jistgħu jintużaw valuri tipiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Awwissu 2023, il-Kanada bagħtet ir-rapport finali bid-data biex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fil-Kanada ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 (2) tal-Unjoni, lill-Kummissjoni, u talbet li l-akkuratezza ta’ tali data tiġi rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fil-Kanada ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk jintwera biċ-ċar li d-data li hemm fir-rapport ma għadhiex akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) prodotti fil-Kanada. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils, il-Bijolikwidi u l-Fjuwils tal-Bijomassa. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rapport li ressqet il-Kanada għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Awwissu 2023 fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fil-Kanada ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 tal-Unjoni. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Jekk id-data li hemm fir-rapport, kif tressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fit-23 ta’ Awwissu 2023, tinbidel b’xi mod li jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, dawn il-bidliet għandhom jiġi nnotifikati lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tieqaf tapplika fit-8 ta’ April 2029.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.
(2) In-NUTS hija sistema ta’ klassifikazzjoni għall-unitajiet territorjali tal-UE għall-istatistika.
ANNESS
L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) fir-reġjuni Kanadiżi (tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2/tunnellata ta’ żrieragħ tal-lift maħsuda abbażi tal-materja niexfa)
|
Ekwivalenti għal NUTS 2 |
N2O fil-ħamrija |
Inkorporat |
Fjuwil użat |
Żerriegħa |
Totali |
||||
|
Unitajiet ta’ Rikonċiljazzjoni (RU) |
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
||||
|
Manitoba |
RU22 |
0,445 |
0,089 |
0,223 |
0,047 |
0,008 |
0,059 |
0,002 |
0,873 |
|
RU23 |
0,255 |
0,063 |
0,208 |
0,047 |
0,007 |
0,052 |
0,002 |
0,633 |
|
|
RU24 |
0,207 |
0,058 |
0,205 |
0,045 |
0,007 |
0,052 |
0,002 |
0,575 |
|
|
Saskatchewan |
RU28 |
0,146 |
0,053 |
0,206 |
0,044 |
0,006 |
0,043 |
0,002 |
0,500 |
|
RU29 |
0,118 |
0,047 |
0,212 |
0,044 |
0,007 |
0,043 |
0,002 |
0,473 |
|
|
RU30 |
0,150 |
0,037 |
0,218 |
0,045 |
0,007 |
0,043 |
0,002 |
0,503 |
|
|
Alberta |
RU34 |
0,223 |
0,065 |
0,229 |
0,050 |
0,007 |
0,049 |
0,002 |
0,625 |
|
RU35 |
0,160 |
0,047 |
0,193 |
0,040 |
0,007 |
0,045 |
0,002 |
0,493 |
|
|
RU37 |
0,339 |
0,039 |
0,232 |
0,047 |
0,008 |
0,056 |
0,002 |
0,723 |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/861/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)