European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1838

27.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1838

tal-24 ta’ Lulju 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw tliet persuni ddeżinjati fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jitneħħew minn dak l-Anness. Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha ddeżinjati fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 fil-lista li tinsab fih jinżammu, u jenħtieġ li entrata waħda dwar entità inkluża fih tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/267/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/413/oj).


ANNESS

L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “B. Entitajiet”, l-entrata 92 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“92.

Research Centre for Explosion and Impact (magħruf ukoll bħala METFAZ)

44, 180th Street West, Tehran, 16539-75751

Ir-Research Centre for Explosion and Impact (METFAZ) huwa sussidjarja tal-Organisation of Defensive Innovation and Research (SPND) elenkata mill-UE, li hija parti mill-Ministeru tad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL). L-attivitajiet tal-METFAZ jiffukaw fuq it-teknoloġija tad-detonazzjoni, u b’hekk jappoġġaw l-iżvilupp ta’ testati nukleari.

Għalhekk, METFAZ huwa involut f’attivitajiet nukleari tal-Iran li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni, u jipprovdi appoġġ għal dawn l-attivitajiet.

1.12.2011.”;

(2)

taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana (IRGC)”, is-subintestatura “A. Persuni”, jitħassru l-entrati li ġejjin:

9.

Mohammad PAKPUR;

11.

Hossein SALAMI;

19.

Brigadier Ġeneral tal-IRGC Amir Ali Haji ZADEH.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1838/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)