21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 18/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiddaħħal fil-punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VI ta’ mal-Ftehim:

“—

32010 R 1244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1244/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (3), skont liema data minnhom tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 17.

(2)   ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)   ĠU L 262, 6.10.2011, p. 33.