|
16.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/55 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/618
tal-15 ta’ April 2021
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għad-diclofop, il-fluopyram, l-ipconazole u t-terbuthylazine f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (l-MRLs) għad-diclofop, il-fluopyram, l-ipconazole u t-terbuthylazine ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għad-diclofop, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu. L-Awtorità kkonkludiet li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b’rabta mal-MRLs għax-xgħir u għall-qamħ u li għalhekk kien hemm bżonn ta’ iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-fluopyram, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Irrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għaċ-ċawsli (abjad u iswed), il-frott tas-sebuqa, l-għeruq tal-kassava/manjoka, l-arrarut, il-pitravi, it-tewm, il-basal, ix-xallotti, il-maxxita, il-kurrat selvaġġ, il-weraq tal-karfus, it-tursin, is-salvja, il-klin, is-sagħtar, il-weraq tar-rand, l-istraġun, l-għads, il-qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn u l-infużjonijiet erbali mill-għeruq. Għal prodotti oħrajn, l-Awtorità rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew jinżamm dak eżistenti. Abbażi ta’ studji dwar għelejjel imnewbin, u meta jitqies li l-użu ta’ residwi fl-għelejjel sussegwenti ma jistax jiġi evitat għalkollox, ġew idderivati MRLs speċifiċi li jirriflettu t-teħid ta’ residwi mill-ħamrija għall-għeruq tal-kassava/manjoka, il-patata ħelwa, il-jamm, l-arrarut, ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra pitravi, l-għeruq taċ-ċikwejra, il-brokkoli, il-pastard, il-Brussels sprouts, il-ġdur, il-kales, il-kohlrabies, il-krexxuni tal-ilma, l-infużjonijiet erbali mill-għeruq, il-ħwawar tal-għeruq jew ir-riżomi, l-għeruq tal-pitravi taz-zokkor, il-qamħ ħelu, il-qamħirrum, il-qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn u l-millieġ komuni. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b’rabta mal-MRLs għal-lumi, il-mandarin, il-banana, il-basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales, it-tadam, il-bettieħ, id-dulliegħ, il-kaboċċi Ċiniżi, l-esacroles/indivja bil-weraq wiesa’, il-krexxuni tal-art, il-mustardi ħomor, l-ispinaċi, il-weraq tal-pitravi, il-qaqoċċ u l-kurrat u li għalhekk kien hemm bżonn ta’ iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-ipconazole, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Hija rrakkomandat li jinżammu l-MRLs eżistenti. L-MRLs għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(5) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għat-terbuthylazine, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (5). L-Awtorità pproponiet li tinbidel id-definizzjoni ta’ residwu għall-ħalib. Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-qamħirrum u s-sorgu. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b’rabta mal-MRLs għall-qamħ ħelu, il-lupini/fażola tal-lupini, iż-żrieragħ tal-ġirasol, iż-żrieragħ tal-qoton, il-bovini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi, ħalib) u l-ekwini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi u ħalib) u li għalhekk kien hemm bżonn ta’ iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità tqiesu l-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs) eżistenti. Is-CXLs, meqjusin sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni, tqiesu biex jiġu stabbiliti l-MRLs. |
|
(7) |
Fir-rigward ta’ prodotti li, fl-UE, mhux awtorizzat li fuqhom jintużaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernati, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-Limitu ta’ Determinazzjoni (“LOD”) speċifiku, inkella jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi tal-pestiċidi dwar il-ħtieġa li jiġi adattat ċertu LOD. Fir-rigward tas-sustanzi kollha kkonċernati minn dan ir-Regolament, il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġi stabbilit LOD speċifiku. |
|
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tal-kwistjoni kkunsidrata, l-emendi x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li qed jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(13) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew immanifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel is-6 ta’ Novembru 2021.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika miS-6 ta’ Novembru 2021.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 070, 16.3.2005, p. 1.
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for diclofop according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5981.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for fluopyram according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(4): 6059.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for ipconazole according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5961.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for terbuthylazine according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5980.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għad-diclofop, il-fluopyram, l-ipconazole u t-terbuthylazine: Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, jitħassru l-kolonni għad-diclofop, il-fluopyram, l-ipconazole u t-terbuthylazine. |
(*1) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.