14.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8422 — ChemChina/AKC/JVs)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 226/06)

1.

Fis-6 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolamrnt tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi China National Bluestar Group Co. Ltd (“Bluestar Group”, iċ-Ċina), li tappartjeni lil China National Chemical Corporation (“ChemChina”, iċ-Ċina), u Asahi Kasei Corporation (“AKC”, il-Ġappun) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (JV) permezz ta’ xiri ta’ ishma u kontribuzzjoni ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ChemChina: il-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi, mad-dinja kollha,

—   għal AKC: il-produzzjoni ta’ fibri, prodotti kimiċi, materjali elettroniċi, prodotti farmaċewtiċi, apparati mediċi, u djar, mad-dinja kollha,

—   għall-JV: Żewġ joint ventures attivi rispettivament fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni, u fil-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta għadd ta’ prodotti kimiċi fiċ-Ċina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8422 — ChemChina/AKC/JVs fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.