32000R2857



Official Journal L 332 , 28/12/2000 P. 0055 - 0058


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2857/2000

tas-27 ta' Diċembru 2000

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1279/98, (KE) Nru 1128/99, (KE) Nru 1247/1999 u (KE) Nru 2335/2000 bħala riżultat tal-konċessjonijiet magħmula fir-rigward ta' ċerti prodotti taċ-ċanga u tal-vitella taħt ċerti kwoti ta' tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2000 tal-31 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut għalihom fil-Ftehim Ewropew ma’ l-Ungerija [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jistabblixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut għalihom fil-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2433/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut għalihom fil-Ftehim Ewopew mar-Repubblika Ċeka [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2434/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut għalihom fil-Ftehim Ewropew mar-Repubblika Slovakka [5], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2435/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut għalihom fil-Ftehim Ewropew mar-Rumanija [6], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2851/2000 tat-22 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut għalihom fil-Ftehim Ewropew mal-Polonja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3066/95 [7], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(4) miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolamenti (KE) Nru 1727/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 u (KE) Nru 3851/2000 jipprovdu għal konċessjonijiet ġodda fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella taħt il-kwoti ta' tariffa miftuħa bil-Patti ta'Ftehim Ewropew ma’ l-Ungerija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, Ir-Rumanija u l-Polonja. Dawn il-konċessjonijiet ġodda jirrelataw għan-natura u/jew kwalità tal-prodotti u/jew ir-rata preferenzjali tad-dazji doganali. Jidħlu fis-seħħ ta' l-1 ta' Lulju 2000 fil-każ ta' l-Ungerija, l-Islovakkja u r-Rumanija u fl-1 ta' Jannar 2001 fil-każ tal-Polonja.

(2) Sabiex ikun permess li jiġu introdotti l-konċessjonijiet il-ġodda, huwa għalhekk meħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti implimentattivi tal-Kummissjoni li ġejjin:

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex japplikaw il-kwoti tat-tariffa għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provdut għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 għar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Bugarija u r-Rumanija [8],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1128/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota ta' tariffa għal għoġġiela li ma jiżnux aktar minn 80 kilogramma li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [9],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/1999 tas-16 ta' Ġunju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota ta' tariffa għal annimali bovini ħajjin li jiżnu bejn 80 u 300 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [10],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2335/2000 ta' l-20 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi il-perċentwal ta' kwantitajiet li jistgħu jiġu permessi fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' importazzjoni mibgħuta f'Ottubru 2000 taħt il-kwoti ta' tariffa għaċ-ċanga u vitella li hemm provdut għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1279/98 għar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija [11].

(3) Il-ħlas lura ta' dazji ta' l-importazzjoni fuq prodotti elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1279/98 kif eżistew qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u mpurtati taħt il-liċenzi wżati mill-1 ta' Lulju 2000 jaqgħu fi ħdan l-iskop ta' l-Artikoli 878 sa 898 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Kummissjoni [12], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2787/2000 [13].

(4) Il-miżuri li hemm provdut għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1279/98 huwa emendat kif ġej:

1. It-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provdut għalihom fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2000. (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 u (KE) Nru 2851/2000 għar-Repubblika ta' l-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja"

.

2. L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Il-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom jiġu ppresentati għall-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I hawn mehmuż taħt il-kwoti li hemm provdut għalihom fir-Regolamenti (KE) Nru 1727/2000, (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 u (KE) Nru 2851/2000.

Il-kwantitajiet ta' prodotti importati kull sena taħt dawk l-arranġamenti u r-rati preferenzjali ta' dazju doganali għandhom ikunu dawk imniżżla fl-Anness I hawn mehmuż."

3. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1)(ċ) huwa sostitwit b'dan li ġej:

""Gruppi ta' prodotti" ifisser prodotti li joriġinaw f'pajjiż wieħed biss minn dawk elenkati fl-Anness I; grupp ta' prodotti għandu jkopri l-prodotti li jikkorrispondu għall-kodiċi NM 0201 u 0202, jew il-prodotti li jikkorrispondu mal-kodiċi NM 16025031, 16025039 u 16025080 li joriġinaw fir-Rumanija, jew il-prodotti li jikkorrispondu mal-kodiċi NM 160250 li joriġinaw fil-Polonja;"

4. L-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Minkejja l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, il-kaxxa 16 ta' l-applikazzjonijiet tal-liċenzi u l-liċenzi għandhom juru wieħed mill-gruppi NM li jinsabu fl-istess inċiż:

- 0201, 0202,

- 16025031, 16025039, 16025080,

- 160250."

5. L-Anness I huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) No 1128/1999 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Għall-kwantità msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata ta' dazju doganali għandha tkun:

- imnaqqsa bi 80 % fil-każ ta' annimali li joriġinaw fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovakkja,

- titnaqqas b'90 % fil-każ ta' annimali li joriġinaw fil-Polonja."

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) No 1247/1999 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Għall-kwantità msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata ta' dazju doganali għandha tkun:

- imnaqqsa bi 80 % fil-każ ta' annimali li joriġinaw fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovakkja,

- titnaqqas b'90 % fil-każ ta' annimali li joriġinaw fil-Polonja."

Artikolu 4

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) No 2335/2000 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1279/98 li jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2001 għandhom jammontaw għal:

(a) ċanga u vitella li jaqgħu fil-kodiċi NM 0201 u 0202:

- 4651,25 tunnellata metrika għall-laħam li joriġina fl-Ungerija,

- 2425,00 tunnellata metrika għall-laħam li joriġina fir-Repubblika Ċeka,

- 2625,00, tunnellata metrika għall-laħam li joriġina fis-Slovakkja,

- 187,50, tunnellata metrika għall-laħam li joriġina fil-Bulgarija;

(b) 5000 tunnellata metrika għaċ-ċanga u l-vitella li jaqgħu fil-kodiċi NM 0201 u 0202 li joriġinaw fil-Polonja jew 2336,448 tunnellata metrika għal prodotti proċessati li jaqgħu fil-kodiċi NM 160250 li joriġinaw fil-Polonja;

(ċ) 1850 tunnellata metrika għal prodotti ta' ċanga u vitella li jaqgħu fil-kodiċi NM 0201, 0202, 16025031, 16025039 u 16025080 li joriġinaw fir-Rumanija."

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2000 għall-importazzjonijiet ta' ċanga u vitella li joriġinaw fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja. L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2001 għall-importazzjonijiet ta' prodotti ta' ċanga u vitella li joriġinaw fil-Polonja.

L-Artikoli 2, 3 u 4 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 6

[3] ĠU L 262, tas-17.10.2000, p. 1.

[4] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 1.

[5] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 9.

[6] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 17.

[7] Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[8] ĠU L 176, ta' l-20.6.1998, p. 12.

[9] ĠU L 135, tad-29.5.1999, p. 50.

[10] ĠU L 150, tas-17.6.1999, p. 18.

[11] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 17.

[12] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[13] ĠU L 330, tas-27.12.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

L-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti li ġejjin għandhom jiġu intitolati għall-konċessjonijiet deskritti hawn taħt

(MFN = dazju applikabbli lill-aktar pajjiżi favoriti)

Pajjiż ta' Origini | Nru tas-Serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni: | Rata ta' dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantità annwali mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 (tunnellatimetriċi) | Żieda annwali mill- 1.7.2001 |

Ungerija | 09.4707 | 02010202 | Laħam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 11375 | 1140 |

Polonja | 09.4824 | 02010202 | Laħam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | | | |

160250 | Laħam ieħor preparat jew ippreservat, skart tal-laħam jew demm: annimali bovini | Mingħajr ħlas | 16000 | 1600 |

Repubblika Ċeka | 09.4623 | 02010202 | Laħam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 3500 | 0 |

Slovakkja | 09.4624 | 02010202 | Laħam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 3500 | 0 |

Rumanija | 09.4753 | 02010202 | Laħam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Mingħajr ħlas | 2500 | 250 |

160250311602503916025080 | Laħam ta' annimali bovini ippreparat jew ippreservat |

Bulgarija | 09.4651 | 02010202 | Laħam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 250 | 0 |

"

--------------------------------------------------