<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-644/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0644</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:810">EU:C:2020:810</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20201008">8.10.2020</DATE> – Kawża C‑644/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Universitatea <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Lucian Blaga<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> Sibiu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 1, 2 u 3</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 1999/70/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 4</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Miżura adottata minn istituzzjoni universitarja skont id-dritt nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal-istatus ta’ għalliem permanenti lil hinn mill-età legali tal-irtirar</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà rriżervata għall-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi</KEYWORD><KEYWORD>Għalliema li ma għandhomx dan it-titolu</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-għalliema permanenti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑644/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’ Alba Iulia, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190828">28 ta’ Awwissu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">FT</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Universitatea <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Lucian Blaga<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> Sibiu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">GS <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">HS,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministerul Educaμiei Naμionale,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Wahl, President tal-Awla, F. Biltgen (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal FT, minn D. Târşia, avocat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane, A. Rotăreanu u S.‑A. Purza, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u C. Gheorghiu, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1, tal-Artikolu 2(2)(b) u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 tas‑<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) kif ukoll tal-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit‑<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn FT mal-Universitatea <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Lucian Blaga<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> Sibiu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Università<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), ma’ GS <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, ma’ HS, kif ukoll mal-Ministerul Educaţiei Naţionale (il-Ministeru għall-Edukazzjoni Nazzjonali, ir-Rumanija), dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-pożizzjoni tagħha fi ħdan l-Università wara li hija tkun laħqet l-età legali tal-irtirar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2000/78</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Hekk kif stabbilit mill-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2000/78 għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali sabiex tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, f’dak li jikkonċerna l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni indiretta meta fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tkun tqiegħed persuni li għandhom reliġjon jew twemmin partikolari, diżabilità partikolari, età partikolari, jew orjentazzjoni sesswali partikolari, partikolari fi żvantaġġ partikolari a paragun ma’ persuni oħra ħlief:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>meta dik id-dispożizzjoni, jew dak il-kriterju jew prattika jkunu oġġettivament iġġustifikati minn skop leġittimu u l-mezzi li tintlaħaq ikun approprjati u neċessarji […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 1999/70</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 17 tad-Direttiva 1999/70 tistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fejn għandhom x’jaqsmu t-termini użati fil-ftehim qafas imma mhux speċifikament definiti hemmhekk, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri biex jiddefinixxu dawn it-termini f’konformità mal-liġi jew il-prattika nazzjonali kif inhu l-każ għal Direttivi oħrajn dwar kwistjonijiet soċjali li jużaw termini simili, sakemm id-definizzjonijiet inkwistjoni jirrispettaw il-kontenut tal-ftehim qafas.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim qafas</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-klawżola 3 tal-Ftehim qafas hija redatta kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Għall-iskop ta’ dan il-ftehim il-kliem</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>[…] <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ħaddiem għal terminu fiss<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifisru persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta’ l-impjieg dirett bejn min jimpjiega u ħaddiem meta l-aħħar tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ l-impjieg hu ddeterminat b’kondizzjonijiet oġġettivi bħal li jilħaq data speċifika, ilesti xogħol speċifiku, jew it-twettiq ta’ każ speċifiku.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[…] il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ħaddiem kumparabbli permanenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifissru ħaddiem b’kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit, fl-istess stabbiliment, ingaġġat fl-istess xogħol jew xogħol/impjieg simili, wara li tingħata attenzjoni xierqa lill-kwalifiki/kapaċitajiet. Meta ma jkun hemm ebda ħaddiem kumparabbli permanenti fl-istess stabbiliment, il-paragun għandu jsir b’referenza għall-ftehim kollettiv applikabbli, jew meta ma jkun hemm ebda ftehim kollettiv applikabbli, skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tipprevedi fil-punt 1 tagħha:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fejn għandhom x’jaqsmu l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, ħaddiema għal terminu fiss m’għandhomx jiġu trattati b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem kumparabbli permanenti biss minħabba li għandhom kuntratt jew relazzjoni għal terminu fiss sakemm trattament differenti ma jkunx ġustifikat fuq bażi oġġettiva.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 118(1) u (2) tal-legea n<HT TYPE="SUP">o</HT> 1/2011 a educației naționale (il-Liġi Nru 1/2011 dwar l-Edukazzjoni Nazzjonali) tal‑<DATE ISO="20110105">5 ta’ Jannar 2011</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial</HT>, Parti I, Nru 18, tal‑<DATE ISO="20110110">10 ta’ Jannar 2011</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Liġi Nru 1/2011<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="118.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-sistema nazzjonali ta’ edukazzjoni ogħla hija bbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prinċipju ta’ awtonomija universitarja;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="118.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>F’edukazzjoni ogħla, ma għandhomx jiġu aċċettati d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età, l-etniċità, il-ġeneru, l-oriġini soċjali, l-orjentazzjoni politika jew reliġjuża, l-orjentazzjoni sesswali jew tip ieħor ta’ diskriminazzjoni bl-eċċezzjoni ta’ miżuri affermattivi previsti mil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 123(2) tal-Liġi Nru 1/2011:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-awtonomija universitarja tagħti lill-komunità universitarja d-dritt li tistabbilixxi l-missjoni tagħha stess, l-istrateġija istituzzjonali, l-istruttura, l-attivitajiet, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tagħha, l-amministrazzjoni tar-riżorsi materjali u umani, b’osservanza stretta tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 289 tal-Liġi Nru 1/2011 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="289.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persunal li jgħallem u r-riċerkaturi għandhom jirtiraw fl-età ta’ 65 sena.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="289.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-senati tal-universitajiet statali, privati u denominazzjonali, jistgħu, abbażi ta’ kriterji ta’ prestazzjoni professjonali u tas-sitwazzjoni finanzjarja, jiddeċiedu li membru tal-persunal għalliem jew riċerkatur jista’ jkompli l-attività tiegħu wara l-irtirar, fuq il-bażi ta’ kuntratt għal żmien determinat ta’ sena, bil-possibbiltà li dan jiġi estiż kull sena konformement mal-karta tal-università, mingħajr limitu ta’ età. Is-senat tal-università jista’ jiddeċiedi li jagħti l-kwalifika onorarja ta’ professur emeritu, għall-eċċellenza didattika u ta’ riċerka, lill-persunal għalliem li jkunu laħqu l-età tal-irtirar. Il-persunal għalliem irtirat jistgħu jitħallsu skont is-sistema tal-ħlas fis-siegħa.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="289.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jekk l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla ma jistgħux ikopru s-sigħat ta’ tagħlim permezz ta’ għalliema permanenti, huma jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-istatus ta’ għalliem permanenti fil-qasam tat-tagħlim u/jew ir-riċerka, bid-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw minnhom, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni annwali tal-prestazzjoni akkademika, fid-dawl ta’ metodoloġija stabbilita mis-senat tal-università.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="289.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-impjieg mill-ġdid tal-persunal għalliem irtirat f’pożizzjoni ta’ persunal għalliem jitwettaq kull sena, biż-żamma tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw mill-attività ta’ tagħlim imwettqa qabel l-irtirar, bl-approvazzjoni tas-senat tal-università, konformement mal-metodoloġija prevista fil-paragrafu 6, bil-kundizzjoni li jiġi sospiż il-ħlas tal-pensjoni matul il-perijodu ta’ impjieg mill-ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul il-perijodu bejn l‑1994 u l‑2015, FT okkupat il-pożizzjoni ta’ lecturer anzjan permanenti fi ħdan l-Università, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Meta FT laħqet l-età legali tal-irtirar, stabbilita bħala 65 sena, fil‑<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, hija setgħet iżżomm, bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Università, l-istatus tagħha ta’ għalliem permanenti għall-perijodu bejn din id-data sat‑<DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE> fil-kuntest tas-sena universitarja 2014‑2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-Università ċaħad it-talba ta’ FT intiża għaż-żamma tal-istatus tagħha ta’ għalliem permanenti għas-sena universitarja 2015/2016, minħabba li din it-talba ma kinitx konformi mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>metodoloġija dwar l-approvazzjoni taż-żamma tal-istatus ta’ għalliem permanenti għall-persunal għalliem li jkunu laħqu l-età ta’ 65 sena<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>metodoloġija<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), adottata mis-senat tal-Università permezz tad-Deċiżjoni Nru 3655 tat‑<DATE ISO="20150928">28 ta’ Settembru 2015</DATE>. Bis-saħħa tal-metodoloġija, il-possibbiltà li jinżamm l-istatus ta’ għalliem permanenti lil hinn mill-imsemmija età, kif imsemmi fl-Artikolu 289(6) tal-Liġi Nru 1/2011, kienet irriżervata biss għall-persunal għalliem li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi. Wara emenda fil-metodoloġija, din il-possibbiltà tneħħiet għal dawn tal-aħħar mill‑<DATE ISO="20161001">1 ta’ Ottubru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċaħda tat-talba tagħha, FT, mis-sena 2016, irrikorriet għall-konklużjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi mal-Università għall-istess attivitajiet universitarji li hija kienet eżerċitat qabel, skont is-sistema ta’ remunerazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ħlas fis-siegħa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li d-dħul tagħhom kien inqas minn dak imħallas lill-persunal għalliem permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha fil-qasam tad-dritt tax-xogħol ippreżentat quddiem it-Tribunalul Sibiu (il-Qorti tal-Kontea ta’ Sibiu, ir-Rumanija), FT ikkontestat id-deċiżjoni tal-Università, billi ħadet nota tal-fatt li l-istatus tagħha ta’ għalliem permanenti kien intemm fl‑<DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE> minħabba l-fatt li hija kienet laħqet l-età legali tal-irtirar. Din il-qorti ċaħdet dan ir-rikors billi kkonstatat l-assenza ta’ diskriminazzjoni abbażi tad-Direttiva 2000/78, kif invokata minn FT. Din is-sentenza saret definittiva fuq konferma mill-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’ Alba Iulia, ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-Tribunalul Alba (il-Qorti tal-Kontea ta’ Alba, ir-Rumanija) ċaħdet ir-rikors fil-qasam tal-kontenzjuż amministrattiv ippreżentat minn FT, li permezz tiegħu hija kienet talbet l-annullament tal-atti amministrattivi li kienu l-bażi tar-rifjut tal-Università li tilqa’ t-talba tagħha għaż-żamma tal-istatus tagħha ta’ għalliem permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Adita bl-appell kontra din iċ-ċaħda, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kawża prinċipali tirrigwarda l-fatt li, bis-saħħa tal-metodoloġija, il-possibbiltà li jinżamm l-istatus ta’ għalliem permanenti wara li tkun intlaħqet l-età legali tal-irtirar hija rriżervata biss għall-persunal għalliem li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi. Din il-qorti tistaqsi, b’mod iktar partikolari, jekk l-iffissar ta’ tali kriterju restrittiv jikkostitwixxix diskriminazzjoni indiretta, fid-dawl tal-fatt li l-implimentazzjoni ta’ dan il-kriterju għandu wkoll l-effett li jwassal għall-konklużjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, flimkien ma’ livell ta’ salarju iktar baxx. Fl-affermattiv, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk hija tistax tinjora l-effetti ta’ deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li saret definittiva, li permezz tagħha kien ġie deċiż li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kinitx tinvolvi diskriminazzjoni kuntrarja għad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’ Alba Iulia) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1, l-Artikolu 2(2)(b) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva [2000/78]/KE [u] l-klawżola 4 tal-Ftehim qafas […], għandhom jiġu interpretati fis-sens li miżura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuna li timpjega tipprovdi sabiex il-persuni li jkunu laħqu l-età ta’<?PAGE NO="6"?> 65 sena jkunu jistgħu biss iżommu l-pożizzjoni tagħhom bħala persunal permanenti b’żamma tad-drittijiet miksuba qabel ma rtiraw, jekk ikollhom l-istatus ta’ superviżur ta’ dottorat, li għalhekk jiżvantaġġa lill-persuni l-oħra li jinsabu fl-istess sitwazzjoni li jkollhom din il-possibbiltà biss jekk ikun hemm pożizzjonijiet vakanti u fil-każ fejn jissodisfaw il-kundizzjonijiet relatati mal-prestazzjoni professjonali, u li jagħmilha possibbli li jiġu imposti fuq persuni li ma għandhomx l-istatus ta’ superviżuri ta’ dottorat, fir-rigward tal-istess attività universitarja, kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, li huma konklużi wieħed wara l-ieħor, b’sistema ta’ remunerazzjoni fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ħlas għal kull siegħa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, li huwa inqas minn dak mogħti lill-persunal akkademiku permanenti tal-università, jikkostitwixxi diskriminazzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-preċedenza tad-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Ewropew) tista’ tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali teskludi l-applikazzjoni ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti nazzjonali li tkun sabet li, fis-sitwazzjoni fattwali inkwistjoni, id-Direttiva 2000/78/KE kienet ġiet osservata u li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern Rumen jikkontesta l-ammissibbiltà ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari. Huwa jikkunsidra, minn naħa, li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju ma hijiex neċessarja għall-finijiet tal-kawża prinċipali, li tista’ tiġi riżolta biss abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija qorti ma spjegatx b’mod suffiċjenti l-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom hija titlob l-interpretazzjoni u lanqas ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn tal-aħħar u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha u kemm ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għal domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni mitluba ta’ regola tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma jidhirx b’mod manifest li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fid-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, li jirrigwardaw diskriminazzjonijiet ipprojbiti fil-kuntest tar-relazzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, ma għandhom ebda rabta mal-kawża prinċipali. Mill-banda l-oħra, il-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll il-mod kif ġiet implimentata mill-Università jinkludux tali diskriminazzjonijiet taqa’ fil-mertu tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-motivazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari hija, ċertament, fil-qosor, xorta jibqa’ l-fatt li hija tippermetti li jinftiehem li l-kawża prinċipali tirrigwarda allegata differenza fit-trattament fost il-persunal għalliem tal-Università li jkomplu jaħdmu lil hinn mill-età legali tal-irtirar, skont jekk dawn tal-aħħar għandhomx jew le t-titolu ta’ direttur tat-teżi, u li qed issir<?PAGE NO="7"?> domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk tali differenza fit-trattament tmurx kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ċċitati fit-test tal-ewwel domanda preliminari. Peress li l-imsemmija talba għal deċiżjoni preliminari tinkludi, barra minn hekk, espożizzjoni suffiċjenti tal-kuntest fattwali u ġuridiku nazzjonali rilevanti, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, hija tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-domandi preliminari huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2000/78 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 jirriżulta li din id-direttiva tapplika, fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni Ewropea għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat, inklużi l-organi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, inklużi l-kundizzjonijiet ta’ tkeċċija u ta’ remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ FT, li tirrigwarda l-kuntratti ta’ xogħol li hija kkonkludiet mal-Università kif ukoll ir-remunerazzjoni li hija rċeviet bis-saħħa ta’ dawn il-kuntratti, taqa’ taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, id-differenza fit-trattament fil-qasam tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol li wasslu għall-kawża prinċipali hija bbażata, fost il-persunal għalliem tal-Università li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, fuq il-fatt jekk għandhomx jew le t-titolu ta’ direttur tat-teżi, peress li l-persunal għalliem li ma għandhomx dan it-titolu huma żvantaġġati meta mqabbla mal-persunal għalliema li għandhom tali titolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, kemm mit-titolu u mill-preambolu kif ukoll mill-kontenut u mill-għan tad-Direttiva 2000/78, jirriżulta li din hija intiża li tistabbilixxi qafas ġenerali sabiex tiżgura lil kull persuna l-ugwaljanza fit-trattament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, billi toffri protezzjoni effikaċi kontra d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hütter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑88/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:381">EU:C:2009:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>E.B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:17">EU:C:2019:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li, konformement mal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva, ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha huma elenkati b’mod eżawrjenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Milkova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑406/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:198">EU:C:2017:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li d-differenza fit-trattament inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqa’ taħt ebda waħda mir-raġunijiet elenkati fl-imsemmi Artikolu 1. B’mod partikolari, tali differenza fit-trattament ma tistax tkun ibbażata, anki indirettament, fuq l-età, peress li kemm il-persuni vvantaġġati kif ukoll il-persuni żvantaġġati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jaqgħu taħt l-istess grupp ta’ età, jiġifieri dak tal-persuni li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-differenza fit-trattament li tiddependi mill-pussess jew le tat-titolu ta’ direttur tat-teżi hija bbażata fuq il-kategorija professjonali tal-persuni kkonċernati. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-Direttiva 2000/78 ma tirrigwardax id-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq tali kriterju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>SCMD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:336">EU:C:2015:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-qafas ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2000/78 sabiex jiġu miġġielda ċerti forom ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel parti tal-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas jistabbilixxi projbizzjoni dwar it-trattament, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg, tal-ħaddiema għal żmien determinat b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema għal żmien indeterminat komparabbli għall-motiv biss li jaħdmu għal żmien determinat, sakemm trattament differenti ma jkunx iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas għandha l-għan li tapplika l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għall-ħaddiema għal żmien determinat sabiex jiġi prekluż li relazzjoni tax-xogħol ta’ dan it-tip tintuża mill-persuna li timpjega sabiex iċċaħħad lil dawn il-ħaddiema mid-drittijiet li huma rrikonoxxuti lill-ħaddiema għal żmien indeterminat (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni u mill-għan tal-imsemmija klawżola 4 jirriżulta li din ma tirrigwardax l-għażla stess li jiġu konklużi kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat minflok kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat, iżda l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel tip ta’ kuntratt meta mqabbla ma’ dawk tal-ħaddiema impjegati bis-saħħa tat-tieni tip ta’ kuntratt, peress li l-kunċett<?PAGE NO="9"?> ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>kundizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jinkludi miżuri li jaqgħu taħt ir-relazzjoni ta’ xogħol stabbilita bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Ustariz Aróstegui</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:516">EU:C:2019:516</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk, fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal għalliem li għandhom titolu ta’ direttur tat-teżi u li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, kundizzjonijiet tal-impjieg bħal dawk li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi minn FT, b’mod partikolari s-sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri assoċjata magħhom, jikkostitwixxux differenza fit-trattament li tmur kontra l-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, fl-ewwel lok, jiġi ddeterminat jekk il-persunal għalliem li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi, li magħhom għandha tiġi mqabbla s-sitwazzjoni ta’ FT, jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ħaddiema għal żmien indeterminat komparabbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Skont il-punt 2 tal-klawżola 3 ta’ dan il-Ftehim qafas, dan il-kunċett jirreferi għall-ħaddiema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>b’kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit, fl-istess stabbiliment, ingaġġat fl-istess xogħol jew xogħol/impjieg simili, wara li tingħata attenzjoni xierqa lill-kwalifiki/kapaċitajiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, peress li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> ma huwiex iddefinit b’mod speċifiku fil-Ftehim qafas, dan għandu, kif tistabbilixxi l-premessa 17 tad-Direttiva 1999/70, jiġi ddefinit mill-Istati Membri b’mod konformi mad-dritt u mal-prattiki nazzjonali, sakemm id-definizzjoni adottata tosserva l-kontenut tal-Ftehim qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Sibilio</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑157/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:148">EU:C:2012:148</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni tesprimi dubji dwar il-fatt li l-membri tal-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi u li laħqu l-età legali tal-irtirar jaħdmu bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, sa fejn mil-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija jirriżulta li huma suġġetti, għaż-żamma tal-istatus tagħhom ta’ għalliema permanenti, għall-evalwazzjoni u għall-approvazzjoni annwali tal-Università. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan il-persunal għalliem humiex impjegati bis-saħħa ta’ tali kuntratt għal żmien indeterminat abbażi tal-kriterji msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, jekk jiġi konkluż li l-imsemmi persunal għalliem huma impjegati bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, għandu jiġi vverifikat jekk humiex ħaddiema għal żmien indeterminat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>komparabbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi espressjoni partikolari tiegħu, jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie implimentat u kkonkretizzat permezz tal-Ftehim qafas fir-rigward biss tad-differenzi fit-trattament bejn il-ħaddiema għal żmien determinat u l-ħaddiema għal żmien indeterminat li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk il-persuni kkonċernati jeżerċitawx xogħol <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>identiku jew simili<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Ftehim qafas, hemm lok li jiġi mistħarreġ, konformement mal-punt 2 tal-klawżola 3 u mal-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas, jekk, fid-dawl tal-fatturi kollha, bħan-natura tax-xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, dawn il-persuni jistgħux jitqiesu li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju, li għandha ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tevalwa l-fatti, li għandha tiddetermina jekk FT, meta ġiet irreklutata mill-Università fil-kuntest ta’ serje ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, kinitx tinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik tal-persunal għalliem li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi, irreklutati għal żmien indeterminat minn din l-istess persuna li timpjega wara li jkunu wkoll laħqu l-età legali tal-irtirar (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:936">EU:C:2018:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi vverifikat, b’mod partikolari, jekk il-fatt li dan il-persunal għalliem tal-aħħar għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi jimplikax li n-natura tax-xogħol tagħhom kif ukoll il-kundizzjonijiet tat-taħriġ tagħhom humiex differenti minn dawk ta’ membru tal-persunal għalliem bħal FT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li huwa kkunsidrat li s-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ persunal għalliem hija komparabbli, għandu jiġi eżaminat, fit-tieni lok, jekk teżistix raġuni oġġettiva, fis-sens tal-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas, li tista’ tiġġustifika d-differenza fit-trattament marbuta, b’mod partikolari, mal-livell tar-remunerazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jeħtieġ li l-inugwaljanza fit-trattament ikkonstatata tkun iġġustifikata mill-eżistenza ta’ elementi preċiżi u konkreti, li jikkaratterizzaw il-kundizzjoni tal-impjieg ikkonċernat, fil-kuntest partikolari li taqa’ fih u fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti, sabiex jiġi vverifikat jekk din l-inugwaljanza tweġibx għal bżonn veru, hijiex adattata sabiex jintlaħaq l-għan li għandu jintlaħaq u hijiex neċessarja għal dan il-għan. L-imsemmija elementi jistgħu jirriżultaw, b’mod partikolari, min-natura partikolari tal-kompiti li għat-twettiq tagħhom ikunu ġew konklużi l-kuntratti għal żmien determinat u mill-karatteristiċi inerenti għalihom jew, jekk ikun il-każ, milli jintlaħaq għan leġittimu ta’ politika soċjali ta’ Stat Membru (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Del Cerro Alonso</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:509">EU:C:2007:509</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Ustariz Aróstegui</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:516">EU:C:2019:516</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-metodoloġija hija intiża, skont l-espożizzjoni tal-motivi tagħha, sabiex taffronta ż-żieda preokkupanti tan-numru ta’ pożizzjonijiet ta’ tagħlim ta’ professuri u ta’ lecturer anzjani fl-Università fid-dawl tan-numru ta’ pożizzjonijiet ta’ tagħlim ta’ lecturers u ta’ assistenti, kif ukoll li tiżgura l-bilanċ finanzjarju bejn is-sostenibbiltà u l-iżvilupp tal-Università għal żmien qasir u medju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-motivi jikkostitwixxux effettivament l-għanijiet tal-metodoloġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Bla ħsara għal din il-verifika, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali għanijiet, li jirrigwardaw essenzjalment l-amministrazzjoni tal-persunal kif ukoll kunsiderazzjonijiet baġitarji u li, barra minn hekk, ma humiex ibbażati fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, ma jistgħux jitqiesu bħala raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw differenza fit-trattament bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:215">EU:C:2010:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigo Sanz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:109">EU:C:2017:109</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm kunsiderazzjonijiet ta’ natura baġitarja jistgħu jkunu l-bażi ta’ għażla tal-politika soċjali ta’ Stat Membru u jinfluwenzaw in-natura jew il-portata tal-miżuri li huwa jkun jixtieq jadotta, huma ma jikkostitwixxux madankollu minnhom infushom għan li għandu jintlaħaq minn din il-politika u, għaldaqstant, ma jistgħux jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li twassal għal differenza fit-trattament għad-dannu tal-ħaddiema għal żmien determinat (digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigo Sanz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:109">EU:C:2017:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tieni parti tal-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni<?PAGE NO="11"?> universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti, sakemm l-ewwel kategorija ta’ għalliema hija magħmula minn ħaddiema għal żmien indeterminat komparabbli ma’ dawk li jaqgħu taħt it-tieni kategorija u li d-differenza fit-trattament relatata, b’mod partikolari, ma’ dik is-sistema ta’ remunerazzjoni, ma hijiex iġġustifikata minn raġuni oġġettiva, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel parti tal-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 tas‑<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit‑<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti, sakemm l-ewwel kategorija ta’ għalliema hija magħmula minn ħaddiema għal żmien indeterminat komparabbli ma’ dawk li jaqgħu taħt it-tieni kategorija u li d-differenza fit-trattament relatata, b’mod partikolari, ma’ dik is-sistema ta’ remunerazzjoni, ma hijiex iġġustifikata minn raġuni oġġettiva, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>