7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/35


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tas-6 ta’ Diċembru 2021 )

Fil-paġna 150 sa 152, l-Anness III, il-linja li tikkonċerna KAAT 8 hija sostitwita b' li ġej:

 

 

“KAAT 8

—

Is-sehem minimu miż-żona agrikola ddedikata għal żoni jew karatteristiċi mhux produttivi1

—

Sehem minimu ta’ mill-inqas 4 % ta’ raba’ li jinħadem fil-livell tal-azjenda agrikola ddedikata għal żoni u karatteristiċi mhux produttivi, inkluż l-art mistrieħa.

—

Fejn bidwi jimpenja ruħu li jiddedika mill-inqas 7 % tar-raba’ li jinħadem tiegħu għal żoni jew karatteristiċi mhux produttivi, inkluż art mistrieħa, taħt ekoskema mtejba skont l-Artikolu 31(6), is-sehem li għandu jiġi attribwit għall-konformità ma’ dan l-istandard tal-KAAT għandu jkun limitat għal 3 %.

—

Sehem minimu ta’ mill-inqas 7 % tar-raba’ li jinħadem fil-livell tal-azjenda agrikola jekk dan jinkludi wkoll għelejjel intermedji jew għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu, ikkultivati mingħajr l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li minnhom 3 % għandhom ikunu art mistrieħa jew karatteristiċi mhux produttivi. L-Istati Membri għandhom jużaw il-fattur ta’ ponderazzjoni ta’ 0,3 għall-għelejjel tat-titwiq.

—

Żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġi

—

Projbizzjoni fuq il-qtugħ tas-sisien tal-isġajriet u tas-siġar waqt l-istaġun tat-tgħammir u tat-trobbija tal-frieħ tal-għasafar

—

Bħala opzjoni, miżuri biex jiġu evitati speċijiet ta’ pjanti invażivi

Preservazzjoni tal-karatteristiċi u tal-erja mhux produttivi biex titjieb il-bijodiversità fl-azjenda agrikola”