|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2438 |
5.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2438
tal-20 ta’ Novembru 2025
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (2) (“il-Ftehim”) tejjeb l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet fiskali bejn il-Partijiet Kontraenti u tejjeb il-konformità fiskali internazzjonali. |
|
(2) |
Ġew approvati bidliet importanti fil-livell internazzjonali fl-Istandard Komuni ta’ Rappurtar (CRS) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi fis-26 ta’ Awwissu 2022 u dawn ġew inkorporati fil-leġi tal-Unjoni permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 (3), li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (4). |
|
(3) |
Għalhekk, il-Ftehim jeħtieġ li jiġi emendat biex jiġi żgurat li l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta’ San Marino jkun allinjat mas-CRS aġġornat mill-1 ta’ Jannar 2026 u jkompli jsir f’konformità miegħu. |
|
(4) |
It-test tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji biex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (“il-Protokoll Emendatorju”), li huwa r-riżultat tan-negozjati, jirrifletti kif xieraq id-direttivi ta’ negozjati maħruġa mill-Kunsill. |
|
(5) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2126 (5), il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim ġie ffirmat fit-13 ta’ Ottubru 2025, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża miegħu jiġu approvati f’isem l-Unjoni. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (7).
Artikolu 2
Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar il-Ftehim u l-Annessi, id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim, id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar ir-relazzjonijiet bejn San Marino u l-Unjoni Ewropea, id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar id-definizzjoni tal-Bank Ċentrali u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha (8).
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) L-Opinjoni tat-13 ta’ Novembru 2025 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 381, 28.12.2004, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/903/oj.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L, 2023/2226, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2226/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/16/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2126 tal-10 ta’ Ottubru 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (ĠU L, 2025/2126, 17.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2126/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) It-test tal-Protokoll Emendatorju huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2025/2428, 5.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/2428/oj.
(8) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2438/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)