Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tal‑10 ta’ Settembru 2008, Alcon vs UASI u *Acri.Tec (T‑106/07) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat‑trade marks verbali Komunitarji u Internazzjonali “PROVISC” u “DUOVISC” għal prodotti fil-klassi 5 kontra d-Deċiżjoni R 660/2006‑2 tat-Tieni Bord tal‑Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Frar 2005, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta r‑reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “BioVisc” għal prodotti fil-klassi 5 fil‑kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-appellanti.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Alcon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.