<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.1101210901.case.xml"><NO.CASE>C-213/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0213</NO.CELEX><NO.SEQ>0027.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-12111</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-12149</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>39</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET TRSTENJAK — KAWŻA C-213/09</LEFT><RIGHT>CHABO</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Trstenjak</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20100624">24 ta’ Ġunju 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>B’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa skont l-Artikolu 234 KE<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Il-proċedura tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari, illum il-ġurnata hija rregolata mill-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont it-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat f’Lisbona fit-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2007" NO.OJ="306" PAGE.FIRST="1">ĠU C 306, pf. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, il-Finanzgericht Hamburg (is-Sezzjoni Fiskali tal-Qorti ta’ Hamburg; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>) tixtieq tkun taf jekk huwiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità l-ġbir ta’ dazju doganali speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott fuq il-faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru <HT TYPE="ITALIC">Agaricus</HT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>faqqiegħ ippreservat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>) importat fil-Komunità mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, barra mill-kwota stabbilita.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-passat, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha okkażjoni tesprimi ruħha fuq il-kompatibbiltà mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-ammonti addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19820715">15 ta’ Lulju 1982</DATE>, Edeka Zentrale (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="245/81" PAGE.ECR="2745" YEAR="1982">245/81, Ġabra p. 2745</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="19840412">12 ta’ April 1984</DATE>, Wünsche (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="345/82" PAGE.ECR="1995" YEAR="1984">345/82, Ġabra p. 1995</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19911016">16 ta’ Ottubru 1991</DATE>, Werner Faust (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-24/90" PAGE.ECR="I-4905" YEAR="1991">C-24/90, Ġabra p. I-4905</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19911016">16 ta’ Ottubru 1991</DATE>, Wünsche (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-25/90" PAGE.ECR="I-4939" YEAR="1991">C-25/90, Ġabra p. I-4939</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19911016">16 ta’ Ottubru 1991</DATE>, Wünsche (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-26/90" PAGE.ECR="I-4961" YEAR="1991">C-26/90, Ġabra p. I-4961</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="19960704">4 ta’ Lulju 1996</DATE>, Hüpeden (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/94" PAGE.ECR="I-3375" YEAR="1996">C-295/94, Ġabra p. I-3375</REF.DOC.ECR>) u tal-<DATE ISO="19960704">4 ta’ Lulju 1996</DATE>, Pietsch (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-296/94" PAGE.ECR="I-3409" YEAR="1996">C-296/94, Ġabra p. I-3409</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, dawn l-ammonti addizzjonali kienu jikkostitwixxu dazji agrikoli indipendenti tal-Komunità. It-talba għal deċiżjoni preliminari ineżami tqajjem il-punt dwar jekk il-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja applikat fl-evalwazzjoni tad-dazji agrikoli awtonomi jistgħux jiġu applikati wkoll għal xi dazju doganali partikolari, li ddaħħal minflok l-ammonti addizzjonali inkwistjoni u li l-ammont tagħhom jikkorrispondi għar-rata massima tad-dazju, li ġiet innegozjata u miftiehma fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>WTO<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-12112"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni applikabbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-kummerċ internazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ Negozjati Multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994)<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80.</P></NOTE>, il-Komunità ssieħbet mal-Ftehim tad-WTO (il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) u ma’ diversi ftehim multilaterali u plurilaterali. Fost il-ftehim multilaterali hemm, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, p. 20.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>GATT 1994<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>) u l-Ftehim dwar il-Biedja<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, p. 22.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Ftehim dwar il-Biedja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-GATT 1994 fih ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1947 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>GATT 1947<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/>), li fosthom hemm, b’mod partikolari, il-klawżola tan-nazzjon l-iktar favorit prevista fl-Artikolu I(1) tal-GATT 1947. Permezz tal-klawżola tan-nazzjon l-iktar favorit, kwalunkwe vantaġġ, favur, privileġġ jew immunità mogħtija minn kontraent lil xi prodott li joriġina minn pajjiż ieħor jew destinat għalih, jiġi estiż immedjatament u bla ebda kundizzjoni għal kull prodott simili li joriġina mit-territorju ta’ kwalunkwe kontraent ieħor jew destinat lejh.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu II tal-GATT 1947 jirregola l-listi ta’ konċessjonijiet tal-Membri tad-WTO. L-Artikolu II(1)(a) jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kull kontraent għandu jagħti lill-partijiet kontraenti l-oħra, fil-qasam kummerċjali, trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak previst fil-parti relattiva tal-lista korrispondenti annessa ma’ dan il-Ftehim<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar il-Biedja jirregola l-aċċess għas-suq u jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konċessjonijiet għall-aċċess għas-swieq li jinsabu fl-Iskedi għandhom xjaqsmu<?PAGE NO="I-12113"?> mar-rbit u t-tnaqqis tat-tariffi, u għal impenji oħra ta’ aċċess għas-swieq kif speċifikati fihom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Membri ma għandhom iżommu, jinqdew jew jerġgħu lura għall-ebda miżura tal-kwalità li tkun ġiet meħtieġa li tiġi kkonvertita f’dazji ordinarji tad-dwana [1], għajr jekk ipprovvdut xorta oħra fl-Artikolu 5 u l-Anness 5.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>In-nota 1, li tirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>miżuri<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/> msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar il-Biedja, tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dawn il-miżuri jinkludu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet, ġbir ta’ taxxi varjabbli fuq l-importazzjonijiet, prezzijiet minimi ta’ l-importazzjonijiet, liċenzji diskrezzjonali ta’ l-importazzjonijiet, miżuri mhux ta’ tariffa miżmuma permezz ta’ l-intrapriżi li jappartjienu għall-kummerċ ta’ l-Istat, trażżin volontarju fuq l-esportazzjonijiet, u miżuri oħra simili ta’ fuq il-fruntiera għajr id-dazji ordinarji tad-dwana [...]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Biedja jipprovdi klawżola ta’ salvagwardja speċjali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Waħda mill-kundizzjonijiet sabiex din il-klawżola ta’ salvagwardja speċjali tkun tista’ tiġi invokata hija dik li l-prodotti kkonċernati jridu jkunu indikati fl-elenku tal-impenji bis-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>SGS<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>. Fl-elenki tal-impenji tal-Komunità, il-prodotti taħt il-kodiċi NM 2003 10 30 ma humiex indikati b’dan is-simbolu.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tan-Negozjati tal-Urugwaj, il-Komunità obbligat ruħha li fuq il-prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30 tiġbor dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> mhux ogħla minn 23 %, u dan fuq kwota ta’ <FT TYPE="NUMBER">62660</FT> tunnellata. Barra minn hekk, hija ntrabtet li, apparti din il-kwota, tiġbor dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> mhux ogħla minn 18.4 % u dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. Dawn l-obbligi qegħdin indikati fl-elenku tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO. B’effett mill-<DATE ISO="20011201">1 ta’ Diċembru 2001</DATE>, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina saret membru<?PAGE NO="I-12114"?> tad-WTO. Mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, il-Komunità żiedet il-kwota għall-prodotti taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30 li ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal <FT TYPE="NUMBER">23750</FT> tunnellata<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill, 2006/398/KE, tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bis-saħħa tal-Artikolu XXIV, paragrafu 6, u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2006" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="22">ĠU L 154, p. 22</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</HT><NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>F’dawn il-konklużjonijiet ser tintuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>leġiżlazzjoni Komunitarja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/> kull darba li tapplika <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> il-leġiżlazzjoni Komunitarja u mhux il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 33(1) KE, il-politika agrikola komuni għandha bħala għan:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>a) li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni agrikola u l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta’ produzzjoni, speċjalment tan-nies tax-xogħol,</P><P>b) li tassigura b’dan il-mod livell ġust ta’ għajxien għall-popolazzjoni agrikola, partikolarment billi jkabbar il-qligħ individwali tal-ħaddiema fl-agrikoltura,</P><P>ċ) li tagħmel is-swieq stabbli,</P><P>d) li tiggarantixxi d-disponibilità tal-provvisti,</P><P>e) li tassigura prezzijiet raġonevoli fil-konsenja tal-prodotti lill-konsumatur<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.</P></NOTE>, fil-verżjoni<?PAGE NO="I-12115"?> emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal-<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE>, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>verżjoni emendata tar-Regolament Nru 2658/87<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>), il-Kummissjoni stabbilixxiet nomenklatura magħquda (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>NM<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>). Bis-saħħa tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(3) tal-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 2658/87, in-NM ġiet riprodotta fl-Anness I ta’ dan ir-regolament. Skont it-tieni sentenza tal-istess artikolu, dan l-anness jipprovdi, b’mod partikolari, ir-rati ta’ dazji doganali tat-tarrifa doganali komuni (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>TDK<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tal-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 2658/87, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-Kummissjoni għandha ta’ kull sena tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni kompluta tan-Nomenklatura Magħquda, flimkien mar-rati tad-dazju konformi ma’ l-Artikolu 1, kif jirriżulta minn miżuri adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. L-imsemmi regolament għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru fil-Ġurnal Ufiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2) tal-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 2658/87, dan ma għandu jwassal għal ebda tibdil fir-rati tad-dazji doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Anness I tal-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 2658/87 ġie ssostitwit, b’effett mill-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tat-<DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2005" NO.OJ="286" PAGE.FIRST="1">ĠU L 286, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Parti I tal-Anness I tar-Regolament Nru 1719/2005 fiha dispożizzjonijiet preliminari li jinkludu elenku tas-sinjali u tal-abbrevjazzjonijiet użati. Skont dan l-elenku, l-abbrevjazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kg/nett eda<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kilogramma piż nett xott<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Parti II tal-istess anness jinkludi t-TDK li tapplika, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis,</HT> għall-każ ineżami. Il-Kapitolu 20 tat-TDK jikkonċerna l-preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott u partijiet oħrajn ta’ pjanti. F’dan il-kapitolu jinsabu s-segwenti:</TXT></NP><TBL CLASS="GEN" COLS="4" NO.SEQ="0001"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Kodiċi NM</CELL><CELL COL="2">Isem tal-oġġett</CELL><CELL COL="3">Rata ta’ dazji konvenzjonali (%)</CELL><CELL COL="4">Unità supplimentari</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">1</CELL><CELL COL="2">2</CELL><CELL COL="3">3</CELL><CELL COL="4">4</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2003</CELL><CELL COL="2">Faqqiegħ u tartufi, ippreparati jew ippreservati iżda mhux fil-ħall jew aċidu aċetiku:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2003 10</CELL><CELL COL="2">- Faqqiegħ tal-ġeneru <HT TYPE="ITALIC">Agaricus</HT></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2003 10 20</CELL><CELL COL="2">-- ippreservati temporanjament, imsajrin kompletament</CELL><CELL COL="3">18.4 + 191 €/100 kg/nett eda<HT TYPE="SUP">(1)</HT></CELL><CELL COL="4">kg/nett eda</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2003 10 30</CELL><CELL COL="2">-- oħrajn</CELL><CELL COL="3">18.4 + 222 €/100 kg/nett eda<HT TYPE="SUP">(1)</HT></CELL><CELL COL="4">kg/nett eda</CELL></ROW></CORPUS></TBL><?PAGE NO="I-12116"?><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>In-nota 1 tgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-ammont speċifiku għandu jingħadd, bħala miżura awtonoma, fuq il-piż nett imqattar mill-ilma<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/>.</P></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2004, tas-<DATE ISO="20041026">26 ta’ Ottubru 2004</DATE>, li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2004" NO.OJ="325" PAGE.FIRST="30">ĠU L 325, p. 30</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jirregola l-kwoti li fihom jiġi ggarantit l-iktar aċċess konvenjenti għas-suq. Il-premessi 1, 7 u 10 ta’ dan ir-regolament, fil-verżjoni ta’ wara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1995/2005, tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1864/2004<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2005" NO.OJ="320" PAGE.FIRST="34">ĠU L 320, p. 34</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/>) jipprovdu kif ġej:</TXT><P><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>(1)</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-Agrikultura [...] konkluż fl-ambitu tan-negozjati kummerċjali multilaterali tan-negozjati tal-Urugwaj, il-Komunità impenjat ruħha li tistabbilixxi, b’effett mill-<DATE ISO="19950701">1 ta’ Lulju 1995</DATE>, u taħt ċerti kundizzjonijiet, kwoti tariffarji<?PAGE NO="I-12117"?> Komunitarji għal-faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru <HT TYPE="ITALIC">Agaricus</HT> li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 0711 90 40, 2003 10 20 u 2003 10 30.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-eżitu tan-negozjati applikati taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT (1994) u bil-għan li jinżammu t-tendenzi ta’ kummerċ tradizzjonali u fl-istess jiġi ggarantit li s-suq Komunitarju jibqa’ miftuħ għal pajjiżi terzi ġodda fornituri, jeħtieġ li l-ammont ta’ faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru <HT TYPE="ITALIC">Agaricus</HT> li għandu jiġi importat fil-Komunità fil-kuntest tal-kwoti tariffarji jieħu inkunsiderazzjoni l-preferenzi previsti mill-ftehim Ewropej mal-Bulgarija u r-Rumanija. [...</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Għandha tiġi ggarantita l-kontinwità u l-provvista ta’ faqqiegħ ippreservat fis-suq Komunitarju, bi prezzijiet stabbli, li jevitaw ċaqliq mhux meħtieġ tas-suq fil-forma ta’ varjazzjonijiet qawwija fil-prezzijiet u riperkussjonijiet negattivi għall-produtturi Komunitarji. Għal dan il-għan, għandha tiġi nkoraġġita kompetittività ikbar bejn l-importaturi u għandhom jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi minn fuqhom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat tal-Kodiċi NM 2003 10 30. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament, id-dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> għall-prodotti tal-Kodiċi NM 2003 10 30 huwa ta’ 23 %.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005, tas-<DATE ISO="20050627">27 ta’ Ġunju 2005</DATE>, li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2010" NO.OJ="238M" PAGE.FIRST="256">ĠU 2010 L 238M, p. 256</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jipprevedi, fl-Artikolu 1(1), sistema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati. Skont l-Artikolu 1(2), is-sistema inkwistjoni tinkludi sistema ġenerali kif ukoll sistema speċjali. Skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, il-pajjiżi benefiċjarji huma<?PAGE NO="I-12118"?> elenkati fl-Anness I. Fl-imsemmi Anness I, iċ-Ċina hija mniżżla bħala pajjiż li għalih tapplika s-sistema ġenerali. Skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, il-prodotti li għalihom tapplika s-sistema ġenerali jinsabu elenkati fl-Anness II, li jelenka l-Kapitolu 20 tat-TDK, li taħtu jaqa’ l-Kodiċi NM 2003 10 30.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 7(5) ta’ dan ir-regolament jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Dazji <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> tat-Tariffa Doganali Komuni fuq prodotti elenkati fl-Anness II bħala prodotti sensittivi għandhom jitnaqqsu bi 3.5 punti perċentwali.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Fejn dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq prodotti elenkati fl-Anness II bħala prodotti sensittivi jinkludu dazji <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> u dazji speċifiċi, id-dazji speċifiċi m’għandhomx jitnaqqsu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont l-Anness II, il-prodotti inklużi fil-Kapitolu 20 tat-TDK huma kklassifikati bħala sensittivi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20060306">6 ta’ Marzu 2006</DATE>, l-impriża li l-proprjetarju tagħha kien Barsoum Chabo (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>rikorrent fil-kawża prinċipali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/>), talab li jiġu rilaxxati fis-suq <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> kartuna ta’ faqqiegħ ippreservat li kien joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-merkanzija kienet iddikjarata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>faqqiegħ, ippreservat fis-salmura, mingħajr ħall<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/> li kienu jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 90 00 (faqqiegħ ieħor, li ma huwiex tal-ġeneru <HT TYPE="ITALIC">Agaricus</HT>). Ir-rilaxx doganali seħħ skont id-dikjarazzjoni, b’applikazzjoni ta’ dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> ta’ 14.9 %.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Qabel is-<DATE ISO="20060306">6 ta’ Marzu 2006</DATE>, l-impriża tar-rikorrent fil-kawża prinċipali kienet diġà importat merkanzija b’dikjarazzjoni identika fir-rigward tal-karatteristiċi tal-prodott. Matul importazzjoni preċedenti, kienet saret spezzjoni doganali. Mir-rapport<?PAGE NO="I-12119"?> tal-klassifikazzjoni, li kien sar fil-kuntest ta’ dik l-ispezzjoni, irriżulta li fil-każ ta’ dik l-importazzjoni preċedenti, ma kienx hemm prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 90 00. Skont ir-rapport tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija, fil-fatt il-prodott kien faqqiegħ ippreservat li kien jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>B’avviż tas-<DATE ISO="20070227">27 ta’ Frar 2007</DATE>, il-Hauptzollamt Hamburg-Hafen (l-Uffiċċju Doganali Ċentrali ta’ Hamburg; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>konvenut fil-kawża prinċipali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/>) impona fuq ir-rikorrent fil-kawża prinċipali dazji tal-importazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, ta’ ammont globali ta’ EUR 27 507 13 għall-importazzjoni li seħħet fis-<DATE ISO="20060306">6 ta’ Marzu 2006</DATE>. Fl-istess ħin, il-konvenut fil-kawża prinċipali kklassifika l-faqqiegħ ippreservat taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30 skont ir-rapport tal-klassifikazzjoni, u applika dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> ta’ 14.9 % apparti dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. Fil-<DATE ISO="20070305">5 ta’ Marzu 2007</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kkontesta din id-deċiżjoni, iżda l-ilment tiegħu ġie miċħud fis-<DATE ISO="20071207">7 ta’ Diċembru 2007</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċeduri quddiem il-qorti tar-rinviju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080109">9 ta’ Jannar 2008</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju. Huwa talab li jiġi annullat l-avviż tat-taxxa tal-<DATE ISO="20070221">21 ta’ Frar 2007</DATE> fil-verżjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-kontestazzjoni tas-<DATE ISO="20071207">7 ta’ Diċembru 2007</DATE>. F’dan il-kuntest, huwa invoka, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-fatt li d-dazju speċifiku tal-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kg ta’ piż nett xott kien sproporzjonat, peress li dan għandu l-istess effetti ta’ projbizzjoni fuq l-importazzjoni. Il-konvenut fil-kawża prinċipali talab li r-rikors jiġi miċħud. Fil-fehma tiegħu, id-dazju speċifiku ma huwiex miżura ta’ salvagwardja, iżda dazju doganali normali. Barra minn hekk, dan id-dazju ma jammontax għal projbizzjoni fuq l-importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-faqqiegħ ippreservat importat għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30. Għal din ir-raġuni, huwa d-dazju li jikkorrispondi għal dan il-kodiċi NM li huwa rilevanti. Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-validità tar-rata ta’ dazji li tapplika f’dan il-każ. Hija tistaqsi jekk id-dazju doganali speċifiku fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott jistax jitqies proporzjonat. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għas-sentenzi<?PAGE NO="I-12120"?> tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-26/90, Wünsche<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>, u fil-Kawża C-296/94, Pietsch<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>. F’dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-ammonti addizzjonali li nġabru fuq il-faqqiegħ ippreservat li joriġina minn Stati terzi sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq Komunitarju, kienu sproporzjonati minħabba li kienu għoljin wisq.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Tqum il-kwistjoni dwar jekk din il-ġurisprudenza tistax tiġi applikata għad-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. Il-fatt li d-dazju speċifiku, bħall-ammonti addizzjonali, huwa miżura ta’ salvagwardja favur il-produtturi Komunitarji jimplika li din il-ġurisprudenza tista’ tkun applikabbli. Id-dazju speċifiku, li japplika fuq l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat, li jaqa’ barra mill-kwota permessa mir-Regolament Nru 1864/2004, għandu jpaċi l-vantaġġi fuq livell ta’ spejjeż tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Ir-rata ta’ dazju speċifika tilħaq ammont ħafna ogħla mill-ammont li huwa meħtieġ sabiex il-miżuri ta’ salvagwardja jkunu effikaċi. Għaldaqstant, ir-rata ta’ dazju speċifika tammonta għal projbizzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fuq l-importazzjoni u għal sanzjoni finanzjarja fuq l-importaturi. Dan jgħodd ukoll kieku kellu jittieħed inkunsiderazzjoni ċ-ċaqliq fil-prezz li jirriżulta minn differenzi fil-kwalità.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-prezz tal-akkwist li, fil-perijodu inkwistjoni, kellhom iħallsu l-kummerċjanti ta’ faqqiegħ ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kien ta’ EUR 0.93 għal kull kilogramma. Il-prezz tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina minn Franza, ta’ kwalità ewlenija, f’Ġunju 2007 kien ta’ EUR 2.70 għal kull kilogramma. Il-prezz tal-faqqiegħ ippreservat imqatta’, li joriġina mill-Komunità, ta’ kwalità inferjuri, f’Ġunju 2006 kien ta’ EUR 2.70 għal kull kilogramma. Id-dazju speċifiku jammonta għal EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, ekwivalenti għal EUR 2.22 kull kilogramma.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li d-dazju doganali speċifiku jammonta għal iktar minn 200 % tal-prezz ta’ importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Barra minn hekk, dan<?PAGE NO="I-12121"?> il-prezz, bħala prinċipju, jeċċedi d-differenza fl-ammont bejn il-prezz tal-produzzjoni fil-Komunità u l-prezz ta’ importazzjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Fl-aħħar nett, id-dazju speċifiku ma jagħmel ebda differenza abbażi tal-kategoriji differenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domanda preliminari u l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>B’dawn id-dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà tad-dazju speċifiku mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-qorti tar-rinviju, b’digriet tat-<DATE ISO="20090513">13 ta’ Mejju 2009</DATE>, li wasal fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090615">15 ta’ Ġunju 2009</DATE>, għamlet id-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>L-ammont addizzjonali ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramm ta’ piż nett xott tal-prodott, miġbur fuq l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru <HT TYPE="ITALIC">Agaricus</HT> (Kodiċi NM 2003 10 30), li huwa riżervat għall-pajjiżi terzi u li jirriżulta mit-tariffa preferenzjali, huwa vvizzjat bin-nullità minħabba li jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/></P></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, il-Kunsill u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta li nżammet fid-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, ipparteċipaw ir-rappreżentanti tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, tal-Gvern Taljan, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-argumenti prinċipali tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Ir-<HT TYPE="ITALIC">rikorrent fil-kawża prinċipali</HT> jsostni li d-dazju speċifiku, għal prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30, fl-ammont ta’ EUR 222 għal 100 kilogramma ta’ piż nett xott, huwa sproporzjonat.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dazju f’dan l-ammont jimpedixxi l-bejgħ, fil-Komunità, ta’ faqqiegħ li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Mill-perspettiva tal-konsumaturi, il-faqqiegħ Ċiniż huwa ta’ kwalità nettament inferjuri meta mqabbel ma’ faqqiegħ li joriġina mill-Komunità. Għaldaqstant, il-faqqiegħ Ċiniż jkun jista’ jinbiegħ fil-Komunità biss jekk prezzu jinżamm deċiżament iktar baxx mill-prezz tal-faqqiegħ li joriġina mill-Komunità. Dan it-tip ta’ prezz ma jkunx possibbli jekk<?PAGE NO="I-12122"?> jinġabar dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. Barra minn hekk, jirriżulta li huwa possibbli li l-faqqiegħ ippreservat jinqasam f’kategoriji skont il-kwalità tiegħu mingħajr ħafna komplikazzjonijiet. Ma’ dan jingħad ukoll li bħala miżura inqas restrittiva, jista’ jiġi kkunsidrat l-għoti ta’ sussidji lill-produtturi Komunitarji sabiex ibaxxu l-prezz tal-faqqiegħ prodott fil-Komunità. Il-ġbir ta’ inqas dazju jkun konformi wkoll mal-għan tal-politika agrikola komuni li jikkonsisti fit-teħid inkunsiderazzjoni tal-provvista tal-konsumaturi bi prodotti bi prezzijiet raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni jirriżulta li d-dazju speċifiku, flimkien mad-dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> u mal-ammont tal-kwota, diġà laħqu l-għan tagħhom. Ma għandux ikun hemm iktar biża’ ta’ distorsjoni serja tas-suq tal-faqqiegħ fil-Komunità. Barra minn hekk, il-ġbir tad-dazju jikkontradixxi l-għan tal-politika agrikola komuni li tiżdied il-produttività u li jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fatturi tal-produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont il-<HT TYPE="ITALIC">Gvern Taljan</HT>, id-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal 100 kilogramma ta’ piż nett xott, għall-prodotti taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-għan tad-dazju speċifiku huwa l-protezzjoni tal-produtturi Komunitarji tal-faqqiegħ. Il-ġbir tad-dazju msemmi jimpedixxi li l-prezzijiet tal-faqqiegħ fil-Komunità jitbaxxew wisq minħabba l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Għaldaqstant, id-dazju huwa xieraq sabiex jintlaħaq l-għan. Anki l-ġbir tad-dazju speċifiku huwa meħtieġ. Il-faqqiegħ ma jistax jinqasam f’kategoriji skont il-kwalità. Peress li, mill-perspettiva tax-xerrejja, il-merkanzija inkwistjoni hija faqqiegħ ippreservat, huma għandhom ikollhom il-prezz tal-ogħla kategorija. Kieku l-kategoriji inferjuri jingħataw prezzijiet imnaqqsa, dan iwassal, fil-fatt, sabiex il-konsumaturi jduru għal dawn il-prodotti. Barra minn hekk, id-dazju speċifiku ma jammontax għal projbizzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fuq l-importazzjoni. Fl-ewwel lok, id-dazju speċifiku huwa intiż proprju sabiex jimpedixxi l-importazzjonijiet eċċessivi minn Stati terzi. Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat xorta waħda li l-faqqiegħ li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ġie importat<?PAGE NO="I-12123"?> lejn il-Komunità anki f’ammonti ikbar mill-kwota prevista. Għaldaqstant, id-dazju speċifiku ma kellux, fil-fatt, l-effettività ta’ projbizzjoni fuq l-importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont il-<HT TYPE="ITALIC">Kunsill</HT>, id-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott għall-prodotti taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Is-sentenzi msemmija mir-rikorrent fil-kawża prinċipali kellhom bħala għan id-dazji agrikoli awtonomi. Dawn kienu miżuri unilaterali ta’ salvagwardja min-naħa tal-Komunità, intiżi sabiex jistabbilizzaw il-prezzijiet tal-prodotti Komunitarji. Minħabba dan l-għan, fil-każ tad-dazji agrikoli awtonomi, kien possibbli u anki neċessarju li jiġi stabbilit il-valur tal-ammonti addizzjonali fid-dawl tal-prezzijiet mitluba fl-Istat terz u tal-kategoriji differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Id-dazju speċifiku huwa differenti, huwa suġġett għal kundizzjonijiet ġenerali oħra u għandu għanijiet oħra. Konsegwentement, il-ġurisprudenza li tirrigwarda l-miżuri awtonomi ta’ salvagwardja ma tistax tiġi applikata għad-dazju speċifiku. Permezz tad-dazju speċifiku jintlaħqu għanijiet mhux biss ta’ politika agrikola, iżda ukoll ta’ politika kummerċjali. Mill-aspett tal-politika agrikola, id-dazju għandu jiggarantixxi lill-produtturi Komunitarji li jkunu jistgħu jbigħu l-prodotti tagħhom stess bi prezzijiet li jippermettulhom kwalità ta’ ħajja xierqa. Fl-istess ħin, dan jiggarantixxi provvista suffiċjenti u jiżgura aċċess ikkontrollat u xieraq għall-prodotti li joriġinaw minn Stati terzi. Kieku tfittxet biss il-protezzjoni tal-produtturi Komunitarji, setgħu ġew adottati wkoll miżuri iktar estiżi. Permezz tad-dazju speċifiku, il-Komunità tfittex ukoll għanijiet ta’ politika kummerċjali. Minħabba dawn l-għanijiet ta’ politika kummerċjali, hija naqqset kunsiderevolment il-marġni ta’ azzjoni tagħha. Ġew eliminati intenzjonalment dazji agrikoli varjabbli minħabba n-natura mhux trasparenti tagħhom. Barra minn hekk, ma jistgħux jibqgħu jinġabru dazji ogħla mir-rati massimi previsti fl-elenki tal-impenji tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Id-dazju speċifiku għall-faqqiegħ ippreservat ġie miftiehem fuq livell <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ekwivalenti għall-<HT TYPE="ITALIC">istatus quo</HT> stabbilit mill-Kunsill fil-bidu tas-snin 80, li kien fis-seħħ dak iż-żmien. Għalkemm il-livell huwa<?PAGE NO="I-12124"?> effettivament għoli, id-dazju speċifiku ma huwiex sproporzjonat. Fl-ewwel lok, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Kunsill la kien obbligat jittratta bl-istess mod il-produtturi Komunitarji u l-produtturi li joriġinaw minn Stati terzi, u lanqas jiggarantixxi lill-produtturi li joriġinaw minn Stati terzi aċċess għas-suq Komunitarju b’kundizzjonijiet li jippermettulhom jikkompetu mal-produtturi Komunitarji. Barra minn hekk, il-produtturi li joriġinaw minn Stati terzi ma humiex żvantaġġjati iktar minn kemm hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika agrikola u kummerċjali. Il-valur tad-dazju speċifiku għandu jkollu effett dissważiv. Barra minn hekk, trid tittieħed inkunsiderazzjoni l-loġika li tispira s-sistema tan-negozjati fid-WTO u li hija kkaratterizzata bil-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">do ut des</HT> għal dak li jirrigwarda l-aċċess għas-suq garantit reċiprokament. Ir-rati massimi tad-dazju miftiehem, li huma validi għall-importazzjonijiet mill-Istati membri kollha tad-WTO għal żmien indefinit, ma jistgħux jinqabżu. In-negozjati mill-ġdid fuq ir-rati tad-dazji miftiehma jqumu ħafna flus. Il-prezzijiet ivarjaw b’mod kunsiderevoli u, konsegwentement, ivarjaw ukoll id-differenzi bejn il-prezzijiet għall-prodotti Komunitarji u l-prezzijiet għall-prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Minħabba dan, id-dazju speċifiku ġie nnegozjat f’ammont tali li għandu jiggarantixxi li l-effettività tiegħu ma tiġix newtralizzata fi żmien qasir mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Globalment, għandu jiġi rrilevat li s-sistema globali għall-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat laħqet l-għan tagħha. F’dan ir-rigward, ma jistax jiġi injorat il-fatt li teżisti kwota tariffarja li minħabba fiha kien possibbli l-aċċess iffaċilitat għas-suq. Għal dak li jirrigwarda t-tnaqqis (anki jekk bil-mod) tal-produzzjoni Komunitarja, wieħed jista’ jistaqsi jekk, mill-aspett tal-għanijiet ta’ politika agrikola, ir-rata massima miftiehma għad-dazju speċifiku hijiex baxxa żżejjed.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Id-dazju speċifiku ma huwiex sproporzjonat peress li ma hemmx distinzjoni bejn kategoriji differenti ta’ kwalità ta’ faqqiegħ. Fil-fatt, jeżistu effetti ta’ sostituzzjoni bejn il-kategoriji differenti. Kieku jkun hemm distinzjoni bejn il-kategoriji differenti, ikun hemm ir-riskju ta’ ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju. Tali distinzjoni, li hija intiża li tikkumpensa d-differenzi fil-prezzijiet, hija inkompatibbli wkoll mal-obbligi tal-Komunità taħt id-dritt kummerċjali internazzjonali. Fi kwalunkwe każ, il-klassifikazzjoni f’kategoriji tkun piż eċċessiv għall-awtoritajiet doganali u għall-persuni kkonċernati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12125"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kunsill isostni li l-konstatazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja li d-dazju speċifiku huwa inkompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità ddgħajjef il-pożizzjoni tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO. Ir-rati ta’ dazji indikati fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO huma bbażati fuq negozjati u, għaldaqstant, fuq konċessjonijiet reċiproċi multilaterali tal-Istati membri tad-WTO. Kieku l-Komunità titlob li tikkonċedi unilateralment kundizzjonijiet iktar favorevoli għall-aċċess għas-suq Komunitarju tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina minn Stati terzi meta mqabbla mal-kundizzjonijiet miftiehma multilateralment fin-negozjati, ikun diffiċli li hija jirnexxilha tinnegozja kumpens korrispondenti għall-aċċess tal-produtturi Komunitarji għas-suq tal-Istati terzi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Anki fil-fehma tal-<HT TYPE="ITALIC">Kummissjoni</HT>, id-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal 100 kilogramma ta’ piż nett xott, għall-prodotti taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tippreċiża, fl-ewwel lok, li l-ġurisprudenza msemmija mill-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għal miżuri awtonomi ta’ salvagwardja tal-Komunità qabel ma nħalqet id-WTO u qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Biedja. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Biedja, il-Komunità kienet intitolata taġġusta d-dazji sabiex tipproteġi l-industrija Komunitarja u kienet intitolata wkoll tadotta miżuri mhux tariffarji. Madankollu, tali ġurisprudenza ma tistax tiġi applikata għad-dazju speċifiku.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Id-dazju speċifiku huwa biss element wieħed f’sistema globali li tirregola l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi. B’din is-sistema globali jiġu segwiti, minn naħa, għanijiet ta’ politika agrikola li huma marbutin mal-organizzazzjoni komuni tas-suq. Wieħed mill-għanijiet ta’ politika agrikola huwa li tiġi żgurata provvista xierqa ta’ faqqiegħ ippreservat fis-suq Komunitarju permezz tal-istabbiliment ta’ kwota. Għan ieħor tal-politika agrikola huwa li tali provvista xierqa tkun tindirizza l-eżiġenzi tas-suq Komunitarju fir-rigward ta’ domanda u provvista. Fl-aħħar nett, hemm l-għan li ma jitħalliex ikun hemm konsegwenzi negattivi fuq il-produzzjoni Komunitarja li jistgħu jirriżultaw mill-importazzjoni fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi li taqbeż il-kwota stabbilita.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12126"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm ukoll għanijiet ta’ politika kummerċjali. Fil-kuntest tan-negozjati tal-Urugwaj tneħħew id-dazji agrikoli u ġew miftiehma dazji għal prodotti agrikoli. Barra minn hekk, kien hemm l-għan li jitnaqqsu t-taxxi fuq il-prodotti agrikoli. Il-Komunità osservat ukoll dawn l-obbligi permezz tal-organizzazzjoni tas-sistema globali.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippreċiża li, fis-setturi tal-politika agrikola komuni u tal-politika kummerċjali komuni, l-entitajiet Komunitarji kellhom jieħdu deċiżjonijiet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali. Għaldaqstant, f’dawn is-setturi huma għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa. Għal din ir-raġuni, fl-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tad-dazju speċifiku, irid jiġi eżaminat biss jekk l-istess dazju speċifiku huwiex manifestament inadegwat sabiex jilħaq l-għanijiet imfittxija. Tali limitazzjoni fuq l-istħarriġ ġudizzjarju hija meħtieġa anki minħabba l-fatt li l-leġiżlatur Komunitarju, fl-implementazzjoni tal-għanijiet stabbiliti, irid jilħaq bilanċ bejn l-għanijiet ta’ politika agrikola u dawk ta’ politika kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-ġbir tad-dazju speċifiku ma huwiex manifestament inadegwat sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija. Id-dazju speċifiku jnaqqas, fil-fatt, l-interess ekonomiku għall-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat f’ammont ikbar mill-kwota prevista. F’dan il-każ fejn tinqabeż il-kwota permessa, l-importazzjoni tkun interessanti ekonomikament fil-każ biss fejn id-domanda ġewwa l-Komunità tkun tant għolja li tippermetti lill-importaturi jagħmlu marġni ta’ profitt suffiċjenti minkejja l-piż fiskali tad-dazju.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Matul in-negozjati tal-Urugwaj, li fl-aħħar wasslu għar-rata massima tad-dazju miftiehem, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-ammont imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1796/81, tat-<DATE ISO="19810630">30 ta’ Ġunju 1981</DATE>, dwar il-miżuri li japplikaw għall-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat ikkoltivat<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1981" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="1">ĠU L 183, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Dan l-ammont ġie kkalkolat billi l-piż nett ġie ssostitwit bil-piż nett xott bħala t-terminu ta’ riferiment, u wassal għal riżultat ta’ EUR 278 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. Minħabba l-ftehim li bih id-dazji eżistenti kellhom jitnaqqsu b’20 % sa perijodu ta’ ħames snin, ġie stabbilit finalment l-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. Fil-mument tan-negozjati fuq l-ammont tad-dazju speċifiku, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-importazzjonijiet possibbli mill-Istati Membri kollha tad-WTO. F’dan il-kuntest, irid jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rata ta’ dazju speċifiku tapplika għall-importazzjoni mill-Istati Membri kollha tad-WTO. Barra minn<?PAGE NO="I-12127"?> hekk, irid jiġi kkunsidrat li l-prezzijiet tal-faqqiegħ ippreservat huma suġġetti għal ċaqliq sostanzjali. Madankollu, id-dazju speċifiku huwa fiss u, għaldaqstant, ma jistax jogħla f’każ ta’ ċaqliq fil-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Rata ta’ dazju speċifiku f’dan l-ammont huwa wkoll meħtieġ. L-ammont għandu jimpedixxi li s-settur tal-produzzjoni Komunitarju jifga taħt il-pressjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. L-informazzjoni fuq l-iżvilupp tal-kummerċ tal-faqqiegħ ippreservat tikkonferma li l-ġbir tad-dazju speċifiku ma kellu ebda effett li huwa ekwivalenti għal projbizzjoni fuq l-importazzjoni. L-importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreservat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fil-Komunità dejjem qabżu l-valur tal-kwota prevista. Għaldaqstant, il-ġbir ta’ dazju speċifiku fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott ma jwassalx sabiex l-operaturi ekonomiċi jiġu preklużi milli jimpurtaw faqqiegħ ippreservat f’ammont ikbar mill-kwota stabbilita. Konsegwentement, ma jistax jingħad li bħala regola, il-ġbir tad-dazju speċifiku jrendi l-importazzjoni mhux attraenti mill-perspettiva ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-informazzjoni fuq l-iżvilupp tal-kummerċ tal-faqqiegħ ippreservat turi wkoll li d-dazju speċifiku, fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, bħala wieħed mill-elementi tas-sistema globali għall-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat, huwa intiż li jġib ċerta stabbilizzazzjoni fil-prezzijiet u li jnaqqas it-tendenza ta’ tnaqqis fil-produzzjoni Komunitarja, mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-provvista xierqa ta’ faqqiegħ ippreservat li joriġina mis-suq Komunitarju. Jidher li hemm relazzjoni bejn iċ-ċaqliq fil-prezzijiet u l-iżvilupp tal-volum ta’ importazzjonijiet li, madankollu, tirriżulta kronoloġikament iktar tard minħabba l-mezzi tat-trasport. Peress li d-dazju speċifiku jinġabar fuq importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreservat barra mill-kwota, dan iwassal sabiex tiġi aġġustata l-provvista u, għaldaqstant, iwassal indirettament għal ċerta stabbiltà fil-prezzijiet ġewwa l-Komunità. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kellu l-possibbiltà li jġib liċenzja sabiex ikun jista’ jimporta. Il-kwota fuq l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina żdiedet b’effett mill-2007.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippreċiża li, sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, kienu ġġustifikati wkoll miżuri li jinvolvu żvantaġġi ekonomiċi sostanzjali<?PAGE NO="I-12128"?> għal ċerti operaturi ekonomiċi. Fil-prinċipju, il-Komunità setgħet tuża mezzi iktar drastiċi, bħal pereżempju, iż-żieda fid-dazju speċifiku, it-tnaqqis fl-ammont tal-kwota jew l-annullament tiegħu jew, saħansitra, il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni. Madankollu, il-Ftehim dwar il-Biedja jillimita l-mezzi tal-Komunità li tirregola l-aċċess għas-suq Komunitarju, għad-dazji biss. Mill-perspettiva tad-dritt tal-kummerċ internazzjonali, huwa permess, madankollu, li f’każ li tinqabeż il-kwota stabbilita, jinġabar dazju speċifiku fl-ammont li jinsab previst fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO. Il-fatt li d-dazji li jiġu applikati u l-ammont tal-kwota jkunu daqs ir-rati tad-dazji indikati fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO huwa ġġustifikat mill-fatt li l-iżvilupp tal-kummerċ ta’ faqqiegħ ippreservat huwa konformi mal-għanijiet li l-Komunità kellha meta nnegozjat dawn ir-rati ta’ dazji.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, minħabba l-obbligu li għandha l-Komunità taħt id-dritt internazzjonali, li żżomm rata ta’ dazju fissa, ma huwiex possibbli li ssir differenza skont il-kategoriji ta’ kwalità differenti fil-kuntest tal-Kodiċi NM inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-proporzjonalità tad-dazju speċifiku fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, li, skont it-TDK, jinġabar fuq prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30, jiġifieri l-faqqiegħ ippreservat, meta tali prodotti jiġu importati fil-Komunità barra mill-kwota stabbilita fil-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004. Peress li l-qorti tar-rinviju tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-proporzjonalità tad-dazji agrikoli, l-ewwel ser nittratta dan (A). Sussegwentement, ser nanalizza jekk, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, id-dazju speċifiku fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott jistax jitqies li huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità (B).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward id-dazji agrikoli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’diversi sentenzi<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenzi Wünsche (345/82); Faust, Wünsche (C-25/90), Wünsche (C-26/90), Wünsche (C-295/94), Hüpeden u Pietsch, iċċitati kollha kemm huma iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-validità tar-regolamenti tal-<?PAGE NO="I-12129"?>Kummissjoni u tal-Kunsill li bihom dawn l-istituzzjonijiet kienu adottaw miżuri, temporanji u permanenti, sabiex jipproteġu lill-produtturi Komunitarji tal-faqqiegħ. Bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti, kien inġabar ammont addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat minn ċerti Stati terzi, meta tali prodotti kienu ġew importati barra mill-kwota stabbilita.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq Komunitarju, huwa meħtieġ, essenzjalment, li jinġabar ammont addizzjonali<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenzi Faust (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 19); Wünsche (C-25/90, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 20); Wünsche (C-26/90, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 20); Hüpeden (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 19) u Pietsch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 22).</P></NOTE>. Hija ppreċiżat ukoll li, minħabba dan l-għan, l-ammont addizzjonali jista’ jiġi stabbilit f’livell li jrendi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bħala ekonomikament mhux attraenti<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza Pietsch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 26 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dawn il-każijiet il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-<HT TYPE="ITALIC">valur tal-ammont addizzjonali</HT> ma kienx meħtieġ fid-dawl tal-għan imfittex. Hija ddikjarat li l-ġbir tal-ammont addizzjonali kien jammonta, fil-fatt, għal sanzjoni finanzjarja u dan minħabba l-ammont eċċessiv tiegħu. Peress li l-miżura ta’ salvagwardja ma kinitx intiża sabiex timponi projbizzjoni fuq l-importazzjoni akkumpanjata b’sanzjonijiet ekonomiċi, il-valur tal-ammont addizzjonali kien eċċessiv<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenzi Faust (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 23 u 28); Wünsche (C-25/90, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 24 u 29); Wünsche (C-26/90, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 24 u 29); Hüpeden (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 26) u Pietsch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 29 u 34).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet l-effett, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, ta’ sanzjoni ekonomika fil-każ fejn l-ammont addizzjonali miġbur kien jammonta għal madwar żewġ terzi tal-prezz tal-produzzjoni ta’ faqqiegħ tal-ewwel kategorija fil-Komunità<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza Pietsch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 34).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm żewġ livelli li wieħed irid jidentifika fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ammont ta’ dazju agrikolu mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-<HT TYPE="ITALIC">ewwel livell</HT> jintlaħaq meta l-ammont addizzjonali jkun tant għoli li jrendi ekonomikament mhux attraenti l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi barra mill-kwota stabbilita. Il-ġbir ta’ ammont addizzjonali f’dan l-ammont jista’ jitqies li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq Komunitarju. Il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet Komunitarji<?PAGE NO="I-12130"?> għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa meta jiġu biex jevalwaw jekk intlaħaqx dan il-livell<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza Pietsch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>It-<HT TYPE="ITALIC">tieni livell</HT> jintlaħaq, madankollu, meta l-ammont addizzjonali jkun tant għoli li mhux biss irendi ekonomikament mhux attraenti l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat, iżda jwassal, fil-fatt, għal sanzjoni ekonomika. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li ammont addizzjonali ta’ dan it-tip ma jibqax neċessarju. Din l-evalwazzjoni hija ispirata mill-idea li, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq Komunitarju minħabba importazzjonijiet minn Stati terzi, huwa biżżejjed li l-importazzjonijiet isiru ekonomikament mhux attraenti. Madankollu, ma huwiex meħtieġ li tiġi prekluża l-importazzjoni u jiġi ppenalizzat il-ksur ta’ din il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li jkun hemm sanzjoni jekk jinġabar ammont addizzjonali tant għoli li jammonta għal sanzjoni finanzjarja <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>. Fil-fatt, il-ġbir ta’ ammont addizzjonali eċċessiv għandu l-istess effett bħal projbizzjoni fuq l-importazzjoni li tinkludi sanzjonijiet finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Qabel ma ngħaddi sabiex nevalwa d-dazju speċifiku u l-kwistjoni dwar jekk il-ġurisprudenza msemmija tistax tiġi applikata għalih, nixtieq, qabel xejn, nagħmel enfasi fuq żewġ punti importanti fir-rigward tal-ammonti addizzjonali, li kienu s-suġġett ta’ dawn is-sentenzi. Fl-ewwel lok, fil-każ tal-ammonti addizzjonali, il-kwistjoni kienet tirrigwarda dispożizzjonijiet tal-Komunità li permezz tagħhom l-istess Komunità kienet qiegħda tfittex, fuq kollox, l-għan ta’ politika agrikola li tevita d-distorsjoni li kienet isseħħ tas-suq Komunitarju jew li setgħet isseħħ minħabba importazzjoni eċċessiva ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi fil-Komunità, u dan sabiex jiġu protetti l-produtturi Komunitarji. Barra minn hekk, ġew diskussi miżuri li kienu ġew adottati qabel ma twaqqfet id-WTO u, għaldaqstant, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Biedja, kif ukoll id-dħul tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fid-WTO.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proporzjonalità tad-dazju speċifiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-ġbir ta’ dazju speċifiku fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, fuq faqqiegħ ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jistax jitqies proporzjonat fid-dawl tal-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza<?PAGE NO="I-12131"?> msemmija fil-qasam tal-ammonti addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-miżuri li jissuġġettaw lill-operaturi ekonomiċi għal piżijiet finanzjarji jkunu proporzjonati biss jekk huma jkunu adegwati u neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti b’mod leġittimu mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, bil-kundizzjoni li, meta jkun hemm possibbiltà ta’ għażla bejn diversi miżuri adegwati, għandha tintgħażel l-inqas waħda restrittiva u għandu jiġi żgurat li l-piżijiet imposti ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet mixtieqa<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19890711">11 ta’ Lulju 1989</DATE>, Schräder (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="265/87" PAGE.ECR="2237" YEAR="1989">265/87, Ġabra p. 2237</REF.DOC.ECR>, punt 21); Faust (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 12); Wünsche (C-25/90, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 13); Wünsche (C-26/90, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 13); Hüpeden (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 14) u Pietsch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 15).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kif irrileva ġustament il-Gvern Taljan, l-analiżi tal-kwistjoni dwar jekk il-ġbir ta’ dazju speċifiku fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott huwiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità tibda billi jiġu identifikati l-għanijiet ta’ dik il-miżura (1). Peress li dawn huma għanijiet inerenti għas-setturi tal-politika agrikola komuni u tal-politika kummerċjali komuni u, f’dawn is-setturi, l-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, tqum il-kwistjoni dwar liema kriterju ta’ evalwazzjoni jrid jiġi applikat fil-każ fejn ikun hemm setgħa diskrezzjonali wiesgħa (2). Peress li jidhirli li, anki fil-preżenza ta’ setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-istituzzjonijiet Komunitarji, is-sistema tal-analiżi tal-proporzjonalità ma tiġix affettwata, iżda titnaqqas biss l-intensità tagħha skont dak li hu manifest, ser neżamina jekk l-għanijiet imfittxija permezz tad-dazju speċifiku humiex manifestament illegali (3) u jekk, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija, il-ġbir ta’ dan id-dazju huwiex manifestament inadegwat (4), manifestament mhux neċessarju (5) jew manifestament irraġonevoli (6).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-għanijiet imfittxija bil-miżuri</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar ġustament li d-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, għal prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30, huwa sempliċement element<?PAGE NO="I-12132"?> wieħed minn sistema sħiħa, li permezz tagħha tiġi rregolata l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat li joriġina minn Stati terzi. Ir-relazzjoni stretta bejn id-dazju speċifiku u l-elementi l-oħra ta’ din is-sistema globali trid tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-verifika tal-għanijiet imfittxija b’dan il-mod.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Is-sistema globali li kienet tapplika <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-każ ineżami tikkonsisti, sostanzjalment,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mid-dazji previsti fit-TDK għall-importazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30</P></ITEM><ITEM><P>mill-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti għal faqqiegħ</P></ITEM><ITEM><P>u mis-sistema ta’ preferenzi ġeneralizzati tal-Komunità msemmija fir-Regolament Nru 980/2005.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Skont il-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004, fuq il-faqqiegħ ippreservat li jiġi importat f’ammont taħt il-kwota stabbilita minn dan l-istess regolament, irid jinġabar dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> ta’ 23 %. Min-naħa l-oħra, fuq il-faqqiegħ ippreservat li jiġi importat barra mill-kwota, jinġabar dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> ta’ 18.4 % li, fil-każ ineżami, jitnaqqas għal 14.9 % skont is-sistema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati tal-Komunità<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punti 19 sa 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, kif ukoll ir-rata ta’ dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. B’din is-sistema globali jiġu segwiti mhux biss għanijiet ta’ politika agrikola (a), iżda wkoll għanijiet ta’ politika kummerċjali (b).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Għanijiet ta’ politika agrikola</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva tal-politika agrikola, l-għan huwa, minn naħa, li tiġi limitata d-distorsjoni tas-suq Komunitarju. Il-ġbir tad-dazju speċifiku għandu jwaqqaf l-importazzjoni minn Stati terzi ta’ faqqiegħ ippreservat. B’dan il-mod, għandu jiġu evitat ċaqliq fil-prezzijiet, għandhom jiġu limitati l-waqgħat fil-prezzijiet fis-suq Komunitarju u għandu jiġi żgurat dħul suffiċjenti<?PAGE NO="I-12133"?> lill-produtturi Komunitarji. Madankollu, peress li fis-suq Komunitarju jrid ikun hemm ukoll provvista adegwata ta’ faqqiegħ ippreservat bi prezzijiet stabbli, jiġi ggarantit li l-faqqiegħ ippreservat li joriġina minn Stati terzi, fil-kwota konċessa skont il-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004, ikollu aċċess għas-suq b’kundizzjonijiet vantaġġużi. Id-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott ma jinġabarx fuq dawn l-importazzjonijiet<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-premessi 6 u 10 tar-Regolament Nru 1864/2004 kif emendat.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Għanijiet ta’ politika kummerċjali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Permezz tas-sistema globali jiġu segwiti wkoll għanijiet ta’ politika kummerċjali. L-ammont tar-rata tad-dazji u l-mod kif is-sistema nbniet ġuridikament jiddependu, fil-fatt, mir-regoli tad-dritt kummerċjali internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-elenku tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO u mill-Ftehim dwar il-Biedja.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Qabel ma ġie konkluż il-Ftehim dwar il-Biedja, il-kummerċ dinji ta’ prodotti agrikoli kien influwenzat minn numru ta’ ostakoli kummerċjali, kemm ta’ natura tariffarja kif ukoll ta’ natura mhux tariffarja. L-istrument tad-dazji varjabbli fuq l-importazzjoni, li l-Komunità kienet tuża biex tipproteġi lill-produtturi Komunitarji, kien jiġi kkritikat minħabba r-riperkussjonijiet tiegħu fuq il-kummerċ dinji. Mill-perspettiva tal-esportaturi lejn Stati terzi, dan l-istrument kien nieqes mit-trasparenza u mill-prevedibbiltà<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>M. Geboye Desta, <HT TYPE="ITALIC">The Law of International Trade in Agricultural Products</HT>, Kluwer Law International, 2002, p. 9, isemmi bħala l-ikbar suċċess sinjifikattiv tal-Ftehim dwar il-Biedja, l-eżistenza attwali ta’ grad suffiċjenti ta’ ċertezza, prevedibbiltà u affermazzjoni tal-prinċipju tal-istat ta’ dritt fir-relazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest agrikolu.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-għan tal-Ftehim dwar il-Biedja huwa li jittejjeb l-aċċess għas-swieq agrikoli tal-membri tad-WTO. Bħala metodu sabiex jilħqu dan l-għan, il-membri tad-WTO, fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim dwar il-Biedja, ftehmu li fis-settur agrikolu jittrasformaw f’dazji doganali l-ostakoli kummerċjali kollha li ma humiex tariffarji. Ir-rati massimi għal dawn id-dazji ġew iffissati fl-elenki<?PAGE NO="I-12134"?> tal-impenji tal-membri fil-kuntest tad-WTO. Skont l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-Biedja, il-membri tad-WTO ma jistgħux jieħdu miżuri ta’ natura li ma hijiex tariffarja. Min-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li anki d-dazji varjabbli fuq l-importazzjoni jiffurmaw parti minn dawn il-miżuri li huma pprojbiti.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għan ta’ politika kummerċjali mfittex <HT TYPE="ITALIC">direttament</HT> bl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar il-Biedja huwa li jiġi organizzat l-aċċess għas-swieq agrikoli li jkun iktar trasparenti u prevedibbli u dan wara li l-Istati membri tad-WTO ġew ipprojbiti milli jintroduċu ostakoli għall-kummerċ li ma humiex dazji. Mill-perspettiva tal-politika kummerċjali, vantaġġ ieħor li joħroġ mill-fatt li jintużaw biss dazji, huwa l-fatt li teknikament huwa iktar faċli li jiġi nnegozjat tnaqqis fid-dazji milli tnaqqis fl-ostakoli għall-kummerċ li ma humiex tariffarji<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara J. McMahon, <HT TYPE="ITALIC">The WTO Agreement on Agriculture</HT>, Oxford University Press, 2006, p. 33, li josserva li s-sistema tat-tariffi tirrappreżenta l-aspett l-iktar importanti tal-Ftehim dwar il-Biedja kollu, peress li t-tariffi huma negozjabbli b’mod iktar trasparenti u sempliċi.</P></NOTE>. Madankollu, iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-għanijiet ta’ politika kummerċjali li l-Komunità segwiet <HT TYPE="ITALIC">indirettament</HT> meta fetħet is-suq agrikolu tagħha. Billi ffaċilitat l-aċċess għas-suq agrikolu tagħha, il-Komunità timplementa, b’mod partikolari, l-għan ta’ politika kummerċjali tagħha li min-naħa l-oħra, tiggarantixxi lill-operaturi ekonomiċi li joriġinaw mill-Komunità, aċċess iktar faċli għas-swieq tagħhom min-naħa tal-membri l-oħra tad-WTO. Kif ġie korrettement indikat mill-Kunsill, dan il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">do ut des</HT>, li jaffettwa n-negozjati fil-kuntest tad-WTO, irid jittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tad-dazju speċifiku.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-kriterju tal-evalwazzjoni applikabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Skont l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni, fil-każ inkwistjoni, l-eżami tal-proporzjonalità għandu jiġi limitat għall-kwistjoni dwar jekk id-dazju speċifiku huwiex manifestament sproporzjonat sabiex jintlaħqu l-għanijiet li huwa għandu. Hija ssemmi l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-oqsma tal-politika agrikola u tal-politika<?PAGE NO="I-12135"?> kummerċjali u għandhom jilħqu bilanċ bejn interessi differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, fl-oqsma tal-politika kummerċjali komuni u tal-politika agrikola komuni, l-istituzzjonijiet Komunitarji jgawdu minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa minħabba l-kumplessità tad-deċiżjonijiet ekonomiċi, politiċi u ġuridiċi li huma jkollhom jieħdu<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, Ikea Wholesale (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/04" PAGE.ECR="I-7723" YEAR="2007">C-351/04, Ġabra p. I-7723</REF.DOC.ECR>, punt 40) u tal-<DATE ISO="20090514">14 ta’ Mejju 2009</DATE>, Azienda Agricola Disarò Antonio <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-34/08" PAGE.ECR="I-4023" YEAR="2009">C-34/08, Ġabra p. I-4023</REF.DOC.ECR>, punt 76).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jfissirx li jrid jiġi eżaminat biss jekk id-dazju speċifiku huwiex manifestament inadegwat.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod konsistenti, għalkemm mhux uniformi, li fl-analiżi tal-proporzjonalità ta’ xi miżura, f’qasam fejn l-istituzzjoni Komunitarja kkonċernata jkollha ċerta diskrezzjoni, ma għandux jiġi vverifikat jekk il-miżura adottata kinitx l-unika jew l-aħjar miżura possibbli, iżda sempliċement jekk il-miżura inkwistjoni kinitx manifestament inapproprjata<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Għall-politika agrikola komuni ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20090711">11 ta’ Lulju 2009</DATE>, Agrana Zucker (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-33/08" PAGE.ECR="I-5035" YEAR="2009">C-33/08, Ġabra p. I-5035</REF.DOC.ECR>, punt 33); tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-310/04" PAGE.ECR="I-7285" YEAR="2006">C-310/04, Ġabra p. I-7285</REF.DOC.ECR>, punt 99); tat-<DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, Jippes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/01" PAGE.ECR="I-5689" YEAR="2001">C-189/01, Ġabra p. I-5689</REF.DOC.ECR>, punt 83). Għal oqsma oħra, ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20100608">8 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Vodafone <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-58/08" PAGE.ECR="I-4999" YEAR="2010">C-58/08, Ġabra p. I-4999</REF.DOC.ECR>, punt 52), tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, S.P.C.M. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-558/07" PAGE.ECR="I-5783" YEAR="2009">C-558/07, Ġabra p. I-5783</REF.DOC.ECR>, punt 42); tat-<DATE ISO="20050712">12 ta’ Lulju 2005</DATE>, Alliance for Natural Health <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-154/04+C-155/04" PAGE.ECR="I-6451" YEAR="2005">C-154/04 u C-155/04, Ġabra p. I-6451</REF.DOC.ECR>, punt 52); tal-<DATE ISO="20041214">14 ta’ Diċembru 2004</DATE>, Arnold André (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/02" PAGE.ECR="I-11825" YEAR="2004">C-434/02, Ġabra p. I-11825</REF.DOC.ECR>, punt 46); tal-<DATE ISO="20041214">14 ta’ Diċembru 2004</DATE>, Swedish Match (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/03" PAGE.ECR="I-11893" YEAR="2004">C-210/03, Ġabra p. I-11893</REF.DOC.ECR>, punt 48) u tal-<DATE ISO="20021210">10 ta’ Diċembru 2002</DATE>, British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-491/01" PAGE.ECR="I-11453" YEAR="2002">C-491/01, Ġabra p. I-11453</REF.DOC.ECR>, punt 123).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Kif diġà kelli l-okkażjoni nispjega<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punti 62 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fil-kawża Azienda Agricola Disarò Antonio (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29) u l-punti 65 sa 72 tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fil-kawża Agrana Zucker (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-365/08" PAGE.ECR="I-4341">C-365/08, Ġabra p. I-4341</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll A.-L., Mosbrucker, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Contrôle du système des quotas laitiers<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/>, <HT TYPE="ITALIC">Europe, Revue mensuelle NexisLexis Jurisclasseur</HT>, Lulju 2009, p. 16, li jaqbel mal-approċċ fuq tliet livelli propost u jikkritika l-fatt li l-verifika hija limitata biex jiġi vverifikat jekk il-miżura hijiex manifestament inadegwata.</P></NOTE>, dan l-approċċ ma jikkonvinċinix. Anki f’oqsma fejn l-istituzzjonijiet Komunitarji jkollhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, il-premessa sabiex japplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità trid tkun il-fatt li s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa ma teskludix l-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti tal-istess istituzzjonijiet. Il-fatt li l-istituzzjonijiet Komunitarji jgawdu minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’ċerti oqsma<?PAGE NO="I-12136"?> ma jiġġustifikax li l-eżami tal-proporzjonalità ta’ miżura jiġi limitat għall-verifika li l-miżura hija manifestament inadegwata. Tali approċċ ikun jinvolvi, fil-fatt, li l-għan imfittex mill-istituzzjoni Komunitarja u d-drittijiet tal-individwi kkonċernati ma jibqgħux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ipparagunati<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029"/> u l-prinċipju ta’ proporzjonalità jitlef il-karatteristika tiegħu ta’ protezzjoni individwali. B’dan il-mod, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jiġi limitat għall-istħarriġ oġġettiv tad-diskrezzjonalità. Tali approċċ lanqas ma jista’ jiġi ġġustifikat billi jingħad li, minħabba d-direzzjoni meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja, dan jirriżulta li huwa marbut neċessarjament mal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet Komunitarji. Ir-rispett meħtieġ tal-pożizzjoni meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jkun possibbli anki fil-kuntest tal-verifika tal-proporzjonalità fi tliet stadji. Għal din ir-raġuni, huwa biżżejjed li qabel xejn, tittieħed inkunsiderazzjoni s-setgħa diskrezzjonali ta’ istituzzjoni Komunitarja meta tiġi biex tagħżel u tibbilanċja l-għanijiet imfittxija u li, fit-tieni lok, l-intensità tal-analiżi tal-eżami tal-proporzjonalità tiġi limitata għall-verifika li l-miżura kkonċernata tkun manifestament inadegwata, manifestament mhux neċessarja u manifestament irraġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ din il-proċedura huwa biżżejjed li jitfakkar li, bħala regola ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tillimitax ruħha sabiex teżamina jekk miżura hijiex manifestament inadegwata, iżda tikkunsidra wkoll jekk hijiex neċessarja u raġonevoli<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Vodafone <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punti 51 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat in-neċessità fil-punti 61 sa 68, u n-natura sproporzjonata tal-miżura fil-punt 69; is-sentenzi ċċitati Agrana Zucker (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 42), British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punti 126 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). Ara b’mod partikolari wkoll, O. Koch, <HT TYPE="ITALIC">Der Grundsatz der Verhältnismäßigkeit in der Rechtsprechung des Gerichtshofs der Europäischen Gemeinschaften</HT>, Berlin 2003, p. 212, li jenfasizza li kważi s-sentenzi kollha li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja limitat, apparentement, il-verifika tagħha dwar jekk il-miżura hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>inadegwata<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030"/>, fihom analiżi tal-miżuri alternattivi eventwali, u fihom motivazzjonijiet dettaljati fuq ir-raġuni għaliex dawn il-miżuri ma humiex ippreferuti. Għaldaqstant, il-kunċett tal-miżura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>manifestament inadegwata<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031"/> għandu jinftiehem sempliċement bħala sinonimu għal tnaqqis fl-intensità tal-istħarriġ li jsir bil-verifika tal-proporzjonalità fuq diversi livelli. F’dan is-sens, ara wkoll U. Kischel, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/><HT TYPE="ITALIC">Die Kontrolle der Verhältnismäßigkeit durch den Europäischen Gerichtshof</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032"/>, fl-Euoparecht 2000, p. 380, 398 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, li jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tagħtix lill-interpretazzjoni adottata minnha — li l-istħarriġ tal-proporzjonalità għandu jkun limitat, fl-oqsma relattivi, għal verifika tan-natura manifestament inadegwata tal-miżura — it-tifsira li tidher mad-daqqa ta’ għajn. Mis-sentenzi kkonċernati jirriżulta b’mod ċar, min-naħa l-oħra, li l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur Komunitarju ma tillimitax il-proporzjonalità għan- natura manifestament inadegwata, iżda tillimita l-istħarriġ tal-proporzjonlità, b’mod globali, għall-istħarriġ tal-iżbalji manifesti. Ara wkoll C. Zatschler, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Finding facts<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033"/>, <HT TYPE="ITALIC">European Advocate</HT>, Rebbiegħa 2010, p. 11, 12, <HT TYPE="ITALIC">et seq,</HT> li jenfasizza li s-setgħa diskrezzjonali tista’ taffettwa biss l-intensità tal-istħarriġ, iżda mhux l-istruttura tal-istħarriġ tal-proporzjonalità.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar ukoll li fis-sentenzi ċċitati, dwar id-dazji agrikoli<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 58 sa 64.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ma limitatx il-kriterju tal-ġudizzju għan-natura manifestament inadegwata tal-miżuri ta’ salvagwardja awtonomi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12137"?><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Madankollu, ikun tajjeb, jekk xejn minħabba raġunijiet ta’ ċertezza legali, li l-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża espressament li, anki fil-każ fejn l-istituzzjonijiet Komunitarji jkollhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, hija ma tillimitax ruħha sempliċiment li tivverifika jekk miżura hijiex manifestament inadegwata, iżda teżamina wkoll in-neċessità u n-natura raġonevoli tal-miżura, anki jekk b’intensità inqas.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Nuqqas ta’ għanijiet manifestament illegali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Kif ingħad iktar ’il fuq<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandhom l-istituzzjonijiet Komunitarji fl-oqsma tal-politika agrikola komuni u tal-politika kummerċjali, b’mod partikolari fl-għażla tal-għanijiet imfittxija. Konsegwentement, f’dawn l-oqsma, l-għażla u l-ibbilanċjar tal-għanijiet imfittxija huma suġġetti biss għal stħarriġ limitat ħafna min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan japplika wkoll għall-kwistjoni tal-mod ta’ bbilanċjar tal-għanijiet kontrastanti.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Mil-lenti ġuridika, ma hemm xejn li jista’ jiġi kkritikat dwar il-fatt li l-Kunsill u l-Kummissjoni, fl-organizzazzjoni tas-sistema globali li tirregola l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi, fittxew mhux biss għanijiet ta’ politika agrikola, iżda wkoll għanijiet ta’ politika kummerċjali. Il-Komunità lanqas ma għandha tiġi kkritikata għall-fatt li sabiex tilħaq l-imsemmija għanijiet ta’ politika kummerċjali<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, bis-saħħa tad-dritt internazzjonali, hija limitat l-istrumenti tagħha ta’ politika agrikola permezz ta’ ftehim dwar il-kummerċ<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Din għandha tinżamm separata mill-kwistjoni dwar jekk dan huwiex iġġustifikat, anki fid-dawl tal-piżijiet addizzjonali relatati li jiġu imposti fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Din il-kwistjoni trid tiġi analizzata, b’mod partikolari, fil-kuntest tan-neċessità u tan-natura adegwata tal-miżura. Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 122 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Nuqqas ta’ natura manifestament inadegwata</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Id-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30 ma huwiex manifestament<?PAGE NO="I-12138"?> inapproprjat sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika agrikola u ta’ politika kummerċjali li għandu l-istess dazju.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Qabel xejn, il-ġbir tad-dazju speċifiku ma huwiex manifestament inapproprjat għall-finijiet tal-għan <HT TYPE="ITALIC">ta’ politika agrikola</HT> sabiex issir ekonomikament mhux attraenti l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi barra mill-kwota stabbilita fil-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004 u, għaldaqstant, sabiex tillimita d-distorsjoni tas-suq li tirriżulta minn importazzjonijiet eċċessivi ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-adozzjoni ta’ din il-miżura għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-produtturi Komunitarji fil-forma ta’ dazju speċifiku b’rata fissa hija konformi mal-prinċipju — inerenti għad-dritt kummerċjali internazzjonali — tariffarju, li bih l-aċċess għas-swieq agrikoli għandu jkun iktar trasparenti u prevedibbli. Għaldaqstant, hija ma tistax titqies manifestament inadegwata fir-rigward tal-għanijiet ta’ politika kummerċjali mfittxija mill-klassifikazzjoni tariffarja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Nuqqas ta’ natura manifestament mhux neċessarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi analizzat jekk id-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30, huwiex manifestament mhux neċessarju. Mil-lenti tan-neċessità, irid jiġi vverifikat jekk, apparti mill-miżura inkwistjoni, jeżistux miżuri oħra li huma xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, li huma inqas restrittivi għall-persuni kkonċernati, iżda li huma tali li jilħqu l-għan imfittex bl-istess effettività. Minħabba s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-istituzzjonijiet Komunitarji, il-verifika dwar l-eżistenza possibbli ta’ miżura alternattiva li hija inqas restrittiva trid tkun limitata għal analiżi ta’ natura manifesta<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punti 66 u 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Il-miżura li trid tiġi eżaminata hija l-ġbir ta’ dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott. Dan il-valur jikkorrispondi għall-ammont miftiehem fl-elenki ta’ impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO. Għaldaqstant, fl-ewwel lok, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-għanijiet ta’ politika agrikola u kummerċjali mfittxija setgħux jintlaħqu bl-istess effettività billi <HT TYPE="ITALIC">jiġi miftiehem</HT> ammont iżgħar (a). Barra minn hekk, irid jiġi eżaminat jekk sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika agrikola u kummerċjali<?PAGE NO="I-12139"?> tal-Konunità, jistax jikkostitwixxi miżura inqas restrittiva l-fatt li l-Komunità stess, fit-TDK, tistabbilixxi <HT TYPE="ITALIC">unilateralment</HT> dazju speċifiku iżgħar mir-rata massima miftiehma fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO (b). Sussegwentement, irid jiġi vverifikat jekk l-aġġustament tal-ammont tad-dazju speċifiku skont id-diversi kategoriji huwiex miżura inqas restrittiva (ċ). Fl-aħħar nett, trid tiġi analizzata t-teżi tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li jekk il-produtturi Komunitarji jingħataw sussidji ikbar, din tkun miżura inqas restrittiva (d).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ftehim fuq rata ta’ dazju inqas minn EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, tqum il-kwistjoni dwar jekk il-Komunità setgħetx tilħaq l-għanijiet tagħha ta’ politika agrikola u ekonomika b’mod daqstant effikaċi kieku, fl-elenki tal-impenji fil-kuntest tad-WTO, ftiehmet fuq rata ta’ dazju inqas minn EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din id-domanda għandha tingħata tweġiba fin-negattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li l-ġbir ta’ dazju speċifiku f’miżura li tirrendi ekonomikament mhux attraenti l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat minn Stati terzi barra mill-kwota prevista għandu jitqies li huwa neċessarju fid-dawl tal-għan ta’ politika ekonomika sabiex tiġi limitata d-distorsjoni tas-suq Komunitarju li tirriżulta minħabba l-importazzjoni eċċessiva minn Stati terzi<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 59 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-iffissar ta’ dazju speċifiku, li minħabba fih l-importazzjonijiet minn Stati terzi jsiru ekonomikament mhux attraenti jeħtieġ eżami kumpless. Għal din ir-raġuni, f’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet Komunitarji jridu jingħataw setgħa diskrezzjonali wiesgħa<NOTE NOTE.ID="E0039" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 62 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Dan għandu<?PAGE NO="I-12140"?> japplika iktar u iktar, meta ma tkunx kwistjoni ta’ ffissar ta’ dazju speċifiku, iżda ta’ ftehim fuq rata massima ta’ dazju fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO. Din ir-rata massima ta’ dazju li, fil-fatt, ma tistax tinqabeż mill-Komunità, hija ta’ natura permanenti<NOTE NOTE.ID="E0040" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Fil-każ ineżami, il-klawżola ta’ salvagwardja msemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Biedja ma tistax tiġi invokata peress li l-prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 2003 10 30 ma humiex indikati bis-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>SGS<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034"/>.</P></NOTE> u, skont il-prinċipju tan-nazzjon l-iktar favorit, taħt l-Artikolu 1 tal-GATT 1947, tapplika għall-importazzjonijiet mill-Istati membri kollha tad-WTO. Għal din ir-raġuni, l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Komunità, meta jiġu biex jiftiehmu fuq rata massima ta’ dazju jridu jikkunsidraw <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> b’liema mod id-dazju speċifiku, li l-iktar li jista’ jilħaq huwa r-rata massima tad-dazju miftiehem, huwa addattat sabiex, anki f’każ ta’ ċaqliq fil-prezzijiet, jillimita l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat fil-Komunità barra mill-kwota stabbilita.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dazju varjabbli ma jibqax ta’ natura neċessarja mill-mument fejn huwa jkun tant għoli li jkollu mhux biss l-effett li jrendi ekonomikament mhux attraenti l-importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreservat fil-Komunità, iżda għandu l-effett, barra minn hekk, ta’ projbizzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fuq l-importazzjoni akkumpanjata b’sanzjoni ekonomika<NOTE NOTE.ID="E0041" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 63 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Anki kieku dan il-prinċipju kellu jiġi traspost għar-rata massima tad-dazji miftiehma, il-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja applikat għad-dazji agrikoli varjabbli ma jkunux jistgħu jiġu applikati għal rata massima ta’ dazji miftiehma kuntrattwalment fil-kuntest tad-WTO. B’mod partikolari, minħabba l-validità ġenerali u permanenti tagħha, ir-rata massima ta’ dazji miftiehma ma tistax titqies mhux neċessarja sempliċement minħabba li ma ħaditx inkunsiderazzjoni biżżejjed id-differenzi li jkunu jeżistu, f’mument partikolari, bejn il-prezzijiet tal-prodotti Komunitarji u l-prezzijiet tal-prodotti importati minn xi Stat membru tad-WTO. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-għan ta’ politika agrikola, il-ftehim fuq tali dazju massimu jitqies li huwa manifestament mhux neċessarju biss meta tali dazju massimu, anki minħabba l-importazzjonijiet possibbli mill-Istati membri kollha tad-WTO u minħabba ċ-ċaqliq possibbli fil-prezzijiet, jeċċedi b’ħafna dak li hu neċessarju sabiex jiġu<?PAGE NO="I-12141"?> limitati l-importazzjonijiet minn Stati terzi barra mill-kwota stabbilita, u dan sabiex tiġi protetta l-industrija Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ma nara ebda raġuni għalfejn, f’dan il-każ, jirriżulta li huwa manifestament mhux neċessarju l-ftehim fuq dazju massimu ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jippreċiżaw li huma kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċaqliq, kultant kunsiderevoli, fil-prezzijiet tal-faqqiegħ ippreservat kemm ġewwa u kif ukoll barra l-Komunità. Barra minn hekk, huma jaffermaw li l-ftehim fuq dazju massimu fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott kien neċessarju sabiex jiġi evitat li l-produzzjoni Komunitarja tifga taħt il-pressjoni tal-importazzjonijiet minn Stati terzi. Mill-atti tal-kawża ma nista’ nsib ebda ħjiel fis-sens li din l-evalwazzjoni kienet manifestament żbaljata fiż-żmien tan-Negozjati tal-Urugwaj.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra. din l-evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet Komunitarji ġiet ikkonfermata <HT TYPE="ITALIC">ex post facto</HT>. Dan jirriżulta mill-informazzjoni fuq is-suq miġjuba mill-Kummissjoni. Mill-iskeda fuq it-tendenzi tal-prezzijiet li l-Kummissjoni hemżet mal-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, fl-Anness 3 jirriżulta li matul l-2004 u fl-2005 wkoll, id-differenza bejn il-prezzijiet medji għall-faqqiegħ ippreservat importat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-prezzijiet medji għall-faqqiegħ ippreservat li joriġina mill-Komunità kienet xi drabi tant għolja li l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fil-Komunità ma kinitx ekonomikament mhux attraenti u dan anki bid-dazju speċifiku għall-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Dan jinsab ikkonfermat mill-informazzjoni li tinsab fl-Anness 4 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni, fejn jingħad li l-faqqiegħ ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ġie importat fil-Komunità mhux biss f’ammonti li jaqgħu fil-kwota prevista fil-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004, iżda fi kwantità kunsiderevoli barra mill-kwota msemmija. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, id-dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott ma kienx, tal-inqas f’ċerti każijiet, għoli biżżejjed biex irendi ekonomikament mhux attraenti l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fil-Komunità barra mill-kwota prevista.<?PAGE NO="I-12142"?> Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, ċertament ma jistax jiġi preżunt li l-ammont tad-dazju speċifiku kien diġà laħaq il-livell li minnu dan id-dazju seta’ jkollu l-effetti ta’ projbizzjoni fuq l-importazzjoni akkumpanjat b’sanzjoni finanzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Anki jekk biex tiġi evalwata l-leġittimità tal-miżura, wieħed irid jieħu inkunsiderazzjoni l-mument li fih hija ġiet adottata, l-iżvilupp tas-suq tal-faqqiegħ ippreservat iwassal sabiex jingħad li l-istituzzjonijiet Komunitarji, fil-kuntest tal-ftehim fid-WTO fuq ir-rata massima ta’ dazji tal-Komunità fl-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, ma eċċedewx is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħhom. Il-ftehim fuq rata massima ta’ dazju ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO ma jistax jitqies, għaldaqstant, manifestament mhux neċessarju, u dan fid-dawl tal-għan ta’ politika agrikola li huwa għandu sabiex jipproteġi l-produtturi Komunitarji minn importazzjonijiet eċċessivi ta’ faqqiegħ ippreservat li joriġina minn Stati terzi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Użu ta’ dazju speċifiku b’valur inqas mir-rata massima tad-dazji miftiehma fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonfermaw li d-dazju speċifiku ġie stabbilit fit-TDK għall-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, peress li dan jikkorrispondi mar-rata ta’ dazju miftiehma fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO. Ma tteħdux inkunsiderazzjoni kriterji oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-iffissar ta’ dazju speċifiku għall-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott iridx jitqies manifestament mhux neċessarju, minħabba l-fatt li l-istituzzjonijiet Komunitarji — fid-dawl tad-differenzi fil-prezzijiet eżistenti bejn il-faqqiegħ ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u dak li joriġina mill-Komunità — ma kienux limitaw id-dazju speċifiku għall-miżura neċessarja sabiex jintlaħaq l-<HT TYPE="ITALIC">għan ta’ politika agrikola</HT> li jiġu limitati d-distorsjonijiet tas-suq Komunitarju li jirriżultaw mill-importazzjoni eċċessiva minn Stati terzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12143"?><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Huwa minnu li n-neċessità ta’ dazju speċifiku għall-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott ma jistax jitqies li huwa ġġustifikat sempliċement minħabba l-fatt li, meta applikat id-dazju speċifiku għal dak l-ammont, il-Komunità ssodisfat l-impenji tagħha fil-kuntest tad-WTO. Fil-fatt, fil-każ tar-rati ta’ dazji miftiehma fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO, dawn huma sempliċement rati ta’ dazji massimi. Skont l-Artikolu 2(1)(a) tal-GATT 1947, il-Komunità tista’ tidderoga minn dak id-dazju, ovvjament mhux billi tapplika dazju ikbar, iżda billi tapplika inqas dazju<NOTE NOTE.ID="E0042" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara M. Geboye Deste, (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28, p. 21), li jenfasizza li fid-dritt kummerċjali internazzjonali, it-tnaqqis unilaterali tad-dazju doganali miftiehem huwa permess.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-neċessità ta’ dazji għal dak l-ammont lanqas ma tista tiġi ġġustifikata billi jiġi invokat il-fatt li l-membri tad-WTO, fil-kuntest tan-Negozjati tal-Urugwaj, ma kkontestawhomx. Effettivament, dan il-fatt ma jista jkollu ebda effett, minnu nnifsu, fuq il-kompatibbiltà tal-ammont tar-rata ta’ dazju speċifiku mal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit mid-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0043" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza Hüpeden (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 36).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Bħala argument favur in-neċessità ta’ dazju speċifiku għal dan l-ammont, lanqas ma jista’ jiġi invokat il-fatt li skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 2658/87, il-Kummissjoni ma hijiex awtorizzata tibdel unilateralment it-tariffa tad-dazji. Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jrid jiġi osservat, fil-fatt, anki mil-leġiżlatur Komunitarju li, jekk ikun il-każ, irid jagħti s-setgħat xierqa lill-istituzzjonijiet Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Approċċ ibbażat sempliċement fuq l-ammont massimu tad-dazju speċifiku neċessarju fid-dawl tal-għanijiet ta’ politika agrikola — u għaldaqstant sensittiv għad-differenzi fil-prezzijiet eżistenti bejn il-faqqiegħ ippreservat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u dak li joriġina mill-Komunità — ma jiħux inkunsiderazzjoni biżżejjed il-fatt li, bid-dazju speċifiku, jiġu segwiti wkoll <HT TYPE="ITALIC">għanijiet ta’ politika kummerċjali</HT>. Għal dan il-għan, id-dazju speċifiku jista’ biss jitqies mhux neċessarju jekk l-għanijiet kollha ta’ politika kummerċjali jistgħu jintlaħqu, b’daqstant effettività, permezz ta’ miżuri alternattivi<NOTE NOTE.ID="E0044" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 59 ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Bi tnaqqis unilaterali tar-rata massima miftiehma fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO, il-Komunità tista’ ssegwi l-għanijiet tagħha ta’ politika kummerċjali, iżda mhux bl-istess effettività.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12144"?><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-metodu alternattiv, li permezz tiegħu l-ammont tad-dazju speċifiku jiġi aġġustat b’mod varjabbli skont id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-faqqiegħ ippreservat li joriġina mill-Komunità u dak li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-Biedja, l-istess bħad-dazji varjabbli. Il-metodu alternattiv jippreġudika l-għan ta’ politika kummerċjali sabiex il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq isiru iktar trasparenti u iktar prevedibbli permezz tal-projbizzjoni fuq id-dazji varjabbli<NOTE NOTE.ID="E0045" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punti 232 sa 234 tar-Relazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Appell (Appellate Body) tad-WTO tat-<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE>, Chile –Price Band System, WT/DS207/AB/R.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Madankollu, wieħed jista’ jikkontempla sistema alternattiva li biha d-dazju speċifiku jkollu, fil-prinċipju, valur fiss iżda jinbidel perjodikament skont id-differenza bejn il-prezzijiet tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina mill-Komunità u dak li joriġina minn Stati terzi. Fl-aħħar nett, ma huwiex meħtieġ li nanalizza l-kwistjoni dwar jekk tali approċċ huwiex kompatibbli mal-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-Biedja<NOTE NOTE.ID="E0046" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Fil-punt 232 tar-relazzjoni msemmija hemm enfasi fuq il-fatt li s-sempliċi fatt li d-dazji jiġu aġġustati perjodikament ma jfissirx neċessarjament li huma għandhom jiġu kklassifikati bħala imposti varjabbli fuq l-importazzjoni fis-sens tan-nota 1 tal-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-Biedja. Anzi, fil-punt 233 ta’ din ir-relazzjoni jissemma l-fatt li r-rata ta’ dazji tvarja awtomatikament skont skema jew formula partikolari.</P></NOTE>. Fil-fatt, b’approċċ ta’ dan it-tip, l-għanijiet ta’ politika kummerċjali tal-Komunità ma jkunux jistgħu jintlaħqu bl-istess effettività.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, tali approċċ jista’ jirriżulta pjuttost bħala piż, peress li jippreżumi li l-istituzzjonijiet Komunitarji jqabblu l-prezzijiet ġewwa l-Komunità mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-membri kollha tad-WTO, li minnhom jista’ jiġi importat faqqiegħ ippreservat lejn il-Komunità. Skont il-prinċipju tan-nazzjon l-iktar favorit imsemmi fl-Artikolu 1 tal-GATT 1947, ma huwiex ammissibbli mbagħad li r-rata tad-dazju speċifiku tiġi stabbilita fil-konfront ta’ kull wieħed mill-membri tad-WTO għal ammont differenti għal kull wieħed<NOTE NOTE.ID="E0047" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara M. Geboye Deste (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28, p. 23), li jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-vantaġġi ggarantiti lil Stat Membru jiġu reżi universali permezz tal-prinċipju tan-nazzjon l-iktar favorit.</P></NOTE>. Għal din ir-raġuni, l-approċċ li bih l-ammont tar-rata ta’ dazju speċifiku jieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, id-differenzi fil-prezzijiet f’ċerti membri tal-WTO ma jistax, <HT TYPE="ITALIC">a priori,</HT> jintuża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12145"?><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, it-tnaqqis unilaterali tad-dazju massimu miftiehem fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO jinvolvi l-għoti ta’ aċċess għas-suq agrikolu tal-Komunità, min-naħa tal-Komunità lill-operaturi ekonomiċi li joriġinaw minn membri oħra tad-WTO, mingħajr ma tingħata ebda garanzija lill-operaturi ekonomiċi tal-Komunità li, bħala korrispettiv, ikunu jistgħu jidħlu fis-swieq tal-membri l-oħra tad-WTO. Kif irrilevaw tajjeb il-Kunsill u l-Kummissjoni, jista’ jkun diffiċli għall-Komunità li tinnegozja <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> kumpens għat-tnaqqis unilaterali tad-dazji massimi miftiehma li jsir barra miċ-ċiklu tan-negozjati. It-tnaqqis unilaterali jippreġudika, għaldaqstant, l-għan ta’ politika kummerċjali tal-Komunità li, abbażi tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">do ut des</HT>, tinnegozja vantaġġi għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-aċċess għas-swieq tal-membri l-oħra tad-WTO.</TXT></NP><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Huwa minnu li kontra din il-biża’ wieħed jista’ jsostni li, f’dan il-każ, ma hijiex kwistjoni ta’ għoti ta’ aċċess għas-suq agrikolu tal-Komunità lill-operaturi ekonomiċi ta’ membri oħra tad-WTO li jseħħ permezz tat-tnaqqis fl-ammont tad-dazju speċifiku. Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi biss, fil-fatt, li ma jinġabarx dazju speċifiku ħafna ogħla minn dak li hu neċessarju sabiex l-importazzjoni ssir inqas ekonomikament attraenti.</TXT></NP><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>Madankollu din il-kontestazzjoni, ta’ natura teoretika u astratta, ma hijiex konvinċenti. Kif intqal iktar ’il fuq, is-suq tal-faqqiegħ ippreservat huwa kkaratterizzat b’ċaqliq kunsiderevoli fil-prezzijiet<NOTE NOTE.ID="E0048" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 97 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Minn dan isegwi li d-dazju speċifiku għall-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott iwassal għal konsegwenzi differenti skont kemm ikun hemm differenza fil-prezz. Għaldaqstant, f’ċerti ċirkustanzi, id-dazju jista’ jilħaq l-ammont meħtieġ sabiex irendi l-importazzjoni fil-Komunità mhux attraenti jew saħansitra, imur lil hinn minn hekk; madankollu, huwa jista’ jibqa’ taħt dan il-livell u għaldaqstant, irendi ekonomikament attraenti l-aċċess għas-suq. Minħabba ċ-ċaqliq qawwi fil-prezzijiet, ma jistax jiġi eskluż, għaldaqstant, li l-iffissar ta’ dazju speċifiku, li, għal perijodu speċifiku, jirriżulta li huwa unilateralment inqas mill-ammont tar-rata ta’ dazji massimi miftiehma ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, irendi attraenti l-aċċess għas-suq għall-operaturi ekonomiċi li joriġinaw minn membri oħra tad-WTO, mingħajr ma jiġi ggarantit li l-operaturi ekonomiċi tal-Komunità jirċievu, bħala korrispettiv, aċċess ekwivalenti għas-suq tal-membri l-oħra tad-WTO.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12146"?><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni għandu jiġi rrilevat, għaldaqstant, li l-applikazzjoni unilaterali ta’ dazju speċifiku li jkun inqas mir-rata massima ta’ dazji miftiehma fl-elenki tal-impenji tal-Komunità fil-kuntest tad-WTO ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni bħala miżura inqas restrittiva. Din ma hijiex adegwata sabiex tilħaq l-istess għanijiet ta’ politika kummerċjali tal-Komunità bl-istess effettività.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Aġġustament fl-ammont ta’ dazju speċifiku skont il-kategoriji</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tfakkar li r-rata tad-dazji speċifika ma tagħmel ebda differenza skont il-kategoriji ta’ faqqiegħ. L-istess qorti tistaqsi għalhekk jekk id-dazju speċifiku għall-ammont ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott iridx jitqies manifestament mhux neċessarju minħabba l-fatt li ma jagħmilx distinzjoni bejn il-faqqiegħ ippreservat skont il-kategoriji individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>114.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din id-domanda wkoll trid tingħata tweġiba fin-negattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>115.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li rata ta’ dazju speċifika ma hijiex sproporzjonata minħabba l-fatt biss li hija prevista rata fissa għal diversi kategoriji tal-istess prodott. Il-kwistjoni dwar jekk rata fissa hijiex neċessarja tiddependi minn serje ta’ ċirkustanzi, fosthom il-fatt jekk hijiex xierqa sabiex tilħaq l-għanijiet b’mod effikaċi<NOTE NOTE.ID="E0049" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19880211">11 ta’ Frar 1988</DATE>, The National Dried Fruit Trade Association (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="77/86" PAGE.ECR="757" YEAR="1988">77/86, Ġabra p. 757</REF.DOC.ECR>, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>116.</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, l-użu ta’ rata fissa ma jidhirx li huwa manifestament mhux neċessarju.</TXT></NP><NP><NO.P>117.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Kunsill ifakkar li jeżistu effetti ta’ sostituzzjoni bejn il-kategoriji individwali ta’ faqqiegħ ippreservat. Jekk il-Komunità, kull darba, tiġbor dazju differenti skont il-kategorija ta’ faqqiegħ ippreservat, l-importaturi jkunu mħajra jiddikjaraw, mal-importazzjoni, kategorija ta’ kwalità inferjuri minn dik vera, u dan biex igawdu minn rata ta’ dazju inferjuri; biex jiġi evitat dan l-aġir jistgħu jissaħħu l-kontrolli, iżda dan jitfa’ piż ikbar fuq l-awtoritajiet doganali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12147"?><NP><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, lanqas id-distinzjoni unilaterali min-naħa tal-Komunità għall-kategoriji differenti ta’ faqqiegħ ippreservat ma tirriżulta li hija xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika kummerċjali tagħha. Kif intwera iktar ’il fuq<NOTE NOTE.ID="E0050" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara hawn fuq il-punti 109 sa 112 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, minħabba ċaqliq sostanzjali fil-prezzijiet tal-faqqiegħ ippreservat, ma jistax jiġi eskluż li l-użu ta’ inqas dazju għall-faqqiegħ ippreservat ta’ livell inferjuri mhux biss iwassal għal-livell ta’ dazju speċifiku li jrendi l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat mhux attraenti, iżda jista’ jkollu effett ikbar. F’dan il-każ, huwa jrendi l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat fil-Komunità bħala ekonomikament mhux attraenti u, għaldaqstant, diffiċli ħafna li l-Komunità tiftiehem fuq trattament ekwivalenti għal dak tal-membri l-oħra tad-WTO, sabiex jitjieb l-aċċess għas-suq li jiġi ggarantit unilateralment u barra miċ-ċiklu tan-negozjati.</TXT></NP><NP><NO.P>119.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni skont il-kategoriji ma tistax evidentement titqies bħala miżura inqas restrittiva sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika kummerċjali tal-Komunità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Sussidji ikbar għall-operaturi ekonomiċi Komunitarji</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>120.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, trid tiġi miċħuda ukoll it-teżi tar-rikorrent fil-kawża prinċipali fejn isostni li bħala miżura inqas restrittiva, jistgħu jingħataw sussidji ikbar lill-produtturi Komunitarji. Indipendentement mill-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mal-Ftehim dwar il-Biedja, għandu jitfakkar li miżura alternattiva li tinvolvi piżijiet finanzjarji kunsiderevoli għall-Komunità ċertament ma tistax titqies bħala miżura inqas restrittiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>121.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ ineżami, apparti mill-użu ta’ dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, ma jidher li hemm ebda miżura manifestament inqas restrittiva sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika agrikola u kummerċjali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12148"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Nuqqas ta’ natura manifestament irraġonevoli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>122.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-ġbir ta’ dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott lanqas ma jista’ jitqies manifestament irraġonevoli. Fil-fatt, l-użu ta’ tali dazju jista’ jinvolvi piżijiet kunsiderevoli fuq l-importatur. Madankollu, f’każ bħal dak ineżami, il-fatt li l-għanijiet ta’ politika kummerċjali jingħataw preċedenza ma jistax jitqies manifestament irraġonevoli. Minn naħa, fil-fatt, iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-vantaġġi sinjifikattivi ta’ politika kummerċjali li ġew segwiti permezz tal-konverżjoni f’tariffi tal-ostakoli kummerċjali. Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi injorat il-fatt li importatur prudenti jibqa’ jimporta merkanzija fil-Komunità biss jekk dan jirriżulta li huwa ekonomikament vantaġġuż għalih. Għal din ir-raġuni, fl-ewwel lok, ikunu interessati dawk l-importaturi biss li intenzjonalment ikunu taw informazzjoni falza fuq il-merkanzija importata jew li jkunu għamlu xi żbalji. Indipendentement mill-fatt jekk tkunx azzjoni intenzjonali jew żball, ma jidhirlix li huwa manifestament irraġonevoli li, f’każ simili, tingħata prijorità lill-għanijiet ta’ politika kummerċjali tal-Komunità.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni fil-qosor</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>123.</NO.P><TXT>L-analiżi ma żvelat xejn dwar il-fatt li l-ġbir ta’ rata ta’ dazju speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, fuq faqqiegħ importat mill-Komunità barra mill-kwota stabbilita mill-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1864/2004, jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>124.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-ammont tad-dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> ma huwiex ta’ 18.4 % kif qalet il-qorti tar-rinviju, iżda ta’ 14.9 %<NOTE NOTE.ID="E0051" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>F’dan ir-rigward, ara r-regoli msemmija fil-punti 19 sa 22 u 70 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12149"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>125.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, nipproponi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tkun kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>L-analiżi tar-rata ta’ dazju speċifika ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, li kienet tapplika bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-<DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, u impost fuq importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru <HT TYPE="ITALIC">Agaricus</HT> (Kodiċi NM 2003 10 30), barra mill-kwota stabbilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2004, tas-<DATE ISO="20041026">26 ta’ Ottubru 2004</DATE>, li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi, fil-verżjoni tiegħu kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1995/2005, tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 1864/2004, ma żvelat ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tiegħu fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0035" REF.START="QS0035"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>