|
14.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1525
tat-13 ta’ Settembru 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti permezz tal-fermentazzjoni bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 14498 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-liżina. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 14498 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, u fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2021 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-monoidroklorur tal-L-liżina u s-sulfat tal-L-liżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 14498, meta jissupplimentaw id-dieta b’ammonti xierqa, ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Rigward is-sikurezza tal-utenti ta’ dawk l-addittivi, l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar jistax ikun tossiku meta jittieħed man-nifs il-monoidroklorur tal-L-liżina, u dwar humiex irritanti għall-għajnejn jew għall-ġilda l-monoidroklorur tal-L-liżina u s-sulfat tal-L-liżina, jew jistgħux ikunu sensitizzaturi tal-ġilda. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li dawn l-addittivi huma meqjusa li huma sorsi tal-aċidu amminiku essenzjali L-liżina fin-nutrizzjoni tal-annimali u li biex ikunu effikaċi fir-ruminanti, l-addittivi iridu jkunu protett kontra d-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 14498 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta’ dawk is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiġi awtorizzat. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma tal-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u tal-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2021;19(12):6980.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||
|
3c322iii |
— |
Monoidroklorur tal-L-liżina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ monoidroklorur tal-L-liżina li fih mill-inqas 78,8 % L-liżina u b’kontenut ta’ ndewwa ta’ ≤ 1 % Fil-forma ta’ trab |
L-ispeċijiet kollha |
- |
- |
- |
|
4.10.2032 |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Monoidroklorur tal-L-liżina prodott permezz tal-fermentazzjoni bil- Corynebacterium glutamicum CGMCC 14498 Formula kimika: C6H15ClN2O2 Numru CAS: 657-27-2 Metodi analitiċi (1) Għall-identifikazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżini fl-addittiv tal-għalf u fil-premixxeli li fihom aktar minn 10 % liżina:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:
|
|||||||||||||||||
|
3c328 |
|
Sulfat tal-L-liżina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ sulfat tal-L-liżina li fih mill-inqas 73,0 % (L-liżina ≥ 55,0 % u aċidi amminiċi oħrajn ≥ 10 %) Fil-forma ta’ trab |
L-ispeċijiet kollha |
— |
— |
10 000 |
|
4.10.2032 |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Sulfat tal-L-liżina prodott permezz tal-fermentazzjoni bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 14498 Formula kimika: [C6H14N2O2]2 SO4 Numru CAS: 60343-69-3 |
|||||||||||||||||
|
Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-liżini fl-addittiv tal-għalf u fil-premixxeli li fihom aktar minn 10 % liżina:
Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
|||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en