6.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10253 — Colony Capital/Goldman Sachs/Japan JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 170/08)

1.   

Fid-29 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Colony Capital, Inc. (“Colony Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

The Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Japan JV (Singapore).

Colony Capital u Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-impriża bi sħab ġdida. Japan JV (joint venture).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Colony Capital: il-ġestjoni ta’ portafoll globali magħmul minn, fost l-oħrajn, investimenti fl-infrastruttura diġitali, inklużi torrijiet tal-makroċelloli, ċentri tad-data, networks taċ-ċelloli żgħar u networks tal-fibra ottika,

—

Goldman Sachs: servizzi bankarji globali għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti. Hija tipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji, ta’ titoli u ta’ investiment madwar id-dinja għal bażi sostanzjali u diversifikata ta’ klijenti.

—

Japan JV: il-kostruzzjoni, is-sjieda u t-tħaddim ta’ ċentri tad-data dwar żoni ekoloġiċi, jew l-akkwist ta’ assi ta’ ċentru tad-data, fil-Ġappun.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10253 — Colony Capital/Goldman Sachs/Japan JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.