32001D0301



Official Journal L 102 , 12/04/2001 P. 0073 - 0073


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ April 2001

li temenda d- Deċiżjoni 92/486/EEC li tistabilixxi l- forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ- ċentru host ANIMO u l- Istati Membri

(innotifikata taħt dokument numru K(2001) 1100)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/301/KE)

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal- Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il- kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall- kummerċ intra- komunitarju f’ ċerti annimali u prodotti bil- għan li jkun ikkompletat is- suq intern [1], kif l- aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/EEC [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 20(3) ta’ dan,

Billi:

(1) Studji varji tal- Komunitàa u seminarji jindikaw li n-network ta’ l- arkitettura ANIMO ghanda tigi riveduta bil- għan li tkun stabbilita sistema veterinarja li tinkludi l- applikazzjonijiet kompjuterizzati differenti wżati.

(2) Deċiżjoni 92/486/KEE tal- 25 ta’ Settembru 1992 tistabilixxi l- forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ- ċentru ta’ ospitazzjoni ANIMO u l- Istati Membri [3], kif l- aħħar emendata minn Deċiżjoni 2000/288/KE [4], ghanda tkun emendata b’ mod xieraq sabiex tiggarantixxi l-kontinwitàa tan-network ta’ l- ANIMO.

(3) Il- miżuri li hemm provduti f’ din id- Deċiżjoni huma skond l- opinjoni tal- Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is- segwenti paragrafu 6 hu miżjud ma’ l-Artikolu 2a ta’ Deċiżjoni 92/486/KEE:

"6. Għall- perijodu mill- 1 ta’ April 2001 sa’ l- 31 ta’ Marzu 2002, l- awtoritajiet ta’ koordinazzjoni li hemm provvediment ghalihom fl-Artikolu 1 ser jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm referenza f’ dak l- Artikolu huma estiżi għal sena.

Is- segwenti ħlas ser japplika fir-rigward ta’ dan il- paragrafu:

- ECU 386 għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera) għal kull wieħed mill- unitajiet ANIMO elenkati f’ Deċiżjoni 2000/287/KE [5]."

Artikolu 2

Din id- Deċiżjoni ser tapplika mill- 1 ta’ April 2001.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill- Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ April 2001.

Għall- Kummissjoni

David Byrne

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tal-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20.

[4] ĠU L 98, tad-19.4.2000, p. 37.

[5] ĠU L 98, tad-19.4.2000, p. 12.

--------------------------------------------------