|
19.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9740 — ISQ/Rubis/Rubis Terminal)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 56/09)
1.
Fit-12 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
I Squared Capital Advisors LLC (“ISQ”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Rubis SCA (“Rubis”, Franza), |
|
— |
Rubis Terminal S.A. (“Rubis Terminal”, Franza), li bħalissa hija kkontrollata minn Rubis. |
ISQ takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Rubis Terminal kollha kemm hi, flimkien ma’ Rubis.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ISQ: kumpanija tal-investiment li tiffoka fuq setturi bħalma huma l-enerġija, l-utilitajiet, it-telekomunikazzjoni u t-trasport f’livell dinji. |
|
— |
Rubis: kumpanija speċjalizzata fid-distribuzzjoni ta’ prodotti taż-żejt u l-ħażna ta’ prodotti likwidi (inklużi prodotti taż-żejt, kimiċi, prodotti agrikoli u fertilizzanti) f’livell dinji. |
|
— |
Rubis Terminal: diviżjoni kummerċjali ta’ Rubis li prinċipalment tħaddem terminals ta’ ħażna bil-ħafna fil-Belġju, Franza, in-Netherlands u t-Turkija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9740 — ISQ/Rubis/Rubis Terminal
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).