2004R2104 — MT — 06.11.2007 — 002.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2104/2004 tad-9 ta' Diċembru 2004 (ĠU L 365, 10.12.2004, p.19) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1570/2005 tas-27 ta’ Settembru 2005 |
L 252 |
6 |
28.9.2005 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1274/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 |
L 284 |
6 |
30.10.2007 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2104/2004
tad-9 ta' Diċembru 2004
li jwassal għall-klawsoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tal-Kunsill li għandu x’jaqsam ma’ l-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 li għandu x’jaqsam mal-konservazzjoni u l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-qasam tas-sajd fl-ambitu tal-politika komuni tas-sajd ( 1 ), u notevolment l-Artikolu 11(5), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li għandu x’jaqsam ma’ l-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni ultraperiferali ( 2 ), u notevolment Artikolu 1(2) tiegħu, il-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 jistabbilixxi, għall-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd tar-reġjuni ultraperiferiċi, derogi li t-tul ta' żmien tagħhom huwa limitat sa' l-31 ta' Diċembru 2006. Dawn id-derogi jikkonċernaw is-sistema ta’ dħul fil-flotta tas-sajd u ta’ ħruġ mill-flotta tas-sajd, indikati fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li għandu x'jaqsam mal-konservazzjoni u l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ambitu tal-politika komuni tas-sajd, kif ukoll l-għajnuniet għar-rinnovazzjoni u l-immodernar tal-flotta indikati fir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 tal-Kunsill ( 3 ). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 jistabbilixxi li l-livelli ta’ referenzi speċifiċi għal kull segment ta’ flotta fir-reġjuni ultraperiferali għal Franza u l-Portugall huma l-objettivi fl-aħħar ta’ l-2002 tal-programmi ta’ gwida mifruxa fuq bosta snin IV (“MAGP”). |
|
(3) |
Għall-Gżejjer Kanari l-iffissar tal-livelli speċifiċi ta' referenza għandhom isegwu avviċinament konformi ma’ dak li kien segwit għall-iffissar ta’ l-objettivi fl-ambitu tal-MAGP IV, filwaqt li jkunu kunsidrati l-limiti tal-possibbiltajiet ta’ sajd għad-dispożizzjoni tal-flotot konċernati. Għal dan l-effet il-kumitat xjentifiku, tekniku u ekonomiku tas-sajd (STECF) ta’ l-opinjoni tiegħu fir-rapport tas-sezzjoni ta’ Marzu/April 2004 dwar il-possibbiltajiet ta’ sajd tal-flotot reġistrati fil-Gżejjer Kanari. Barra minn hekk, eżaminazzjoni tal-possibbiltajiet ta’ sajd tal-flotot reġistrati fil-Gżejjer Kanari u attivitajiet fl-ambitu ta’ l-akkordji bilaterali u multilaterali kienet ukoll magħmula minn Spanja u l-Kummissjoni. Skond il-Kummissjoni, ebda wieħed minn dawn l-eżaminazzjonijiet u rapporti ma ppermetta bħala konklużjoni l-possibbiltà ta’ espansjoni tal-flotot attwalment irreġistrati fil-Gżejjer Kanari. |
|
(4) |
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-evoluzzjoni tal-flotot reġistrati r-reġjuni ultraperiferali fir-rapport annwali indikat fir-Regolament (KE) Nru 1438/2003 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi l-klawsoli ta’ applikazzjoni tal-politika komunitarja fil-qasam tal-flotta definita fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ( 4 ) tal-Kunsill |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat id-dikjarazzjoni addizzjonali tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2004 ( 5 ) li għandha x’taqsam mad-disposizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, u notevolment fejn għandha x’taqsam is-segmentazzjoni l-aktar adatta skond it-tip ta’ sajd, l-opinjonijiet xjentifiċi dwar il-qagħda tar-riservi indikati u t-trattament ġust tal-flotot li joperaw fuq l-istess riservi. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 639/2004. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat tas-sajd u ta’ l-akwakultura. |
IDDEĊIDIET DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Livelli ta’ referenzi speċifiċi
Il-livell tar-referenzi speċifiċi għall-flotot reġistrati fir-reġjuni ultraperiferali ta’ Franza, tal-Portugal u ta’ Spanja huma ffissati fl-Anness skond is-segment ta’ flotta.
Dawn il-livelli speċifiċi ta’ referenza huma l-livelli massimi ta’ kapaċità, f’termini ta’GT u kW, li l-Istati Membri huma awtorizzati li jaċċettaw permezz ta’ ammissjonijiet fil-flotta bid-deroga tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
Artikolu 2
Kontroll tal-livelli speċifiċi ta’ referenza
Għal kull segment indikat fl-ewwel Artikolu, il-livell ta’ referenza f’tunnellaġġ u f’ kapaċità għal kull data wara l-31 ta’ Diċembru 2002 hi l-istess għall-livell ta’ referenza kif inhu ffissat fl-Anness għal dan is-segment imnaqqas, rispettivament, tat-tunnellaġġ u tal-kapaċità tal-bastimenti ta’ l-imsemmi segment li ħallew il-flotta wara l-31 ta’ Diċembru 2002 minħabba għajnuna pubblika.
Artikolu 3
Konsolidazzjoni ta’ livelli ta’ referenza
Fl-31 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni tikkalkula għal kull Stat Membru it-total ta' kapaċitajiet f'GT u f'kW tal-flotot reġistrati fir-reġjuni ultraperiferali, u tad-dħul f’dawn il-flotot deċiż skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 li ma kinux reġistrati sa dik id-data.
Dan it-total hu miżjud mal-livelli ta’ referenza tal-flotta metropolitana. Ir-riżultat li jkun akkwistat b’dan il-mod jistabbilixxi mill-1 ta' Jannar 2007 il-livelli ta' referenza tal-flotta ta' l-Istat Membru.
Artikolu 4
Kontribuzzjoni għar-rapporti annwali
Fir-rapport annwali previst mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003, l-Istati Membri konċernati jikkunsidraw l-evoluzzjoni tal-flotot reġistrati fir-reġjuni ultraperiferali.
L-informazzjonijiet li jikkonċernaw is-sena 2003 huma inklużi fir-rapporat annwali għall-2004.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Hu applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2003
Dan ir-Reġolament hu obbligatorju fl-intiera tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Livelli ta’ referenza speċifiċi għal flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi ta’ Spanja, Franza u l-Portugall
|
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
|
Gżejjer Kanari Tul < 12 m ilmijiet ta’ l-UE |
CA1 |
2 878 |
23 202 |
|
Gżejjer Kanari Tul ≥ 12 m ilmijiet ta’ l-UE |
CA2 |
4 779 |
16 055 |
|
Gżejjer Kanari Tul ≥ 12 m. Ilmijiet internazzjonali u ta’ pajjiżi terzi |
CA3 |
51 167 |
90 680 |
|
Total |
58 824 |
129 937 |
|
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
|
Réunion Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FC |
1 050 |
19 320 |
|
Réunion Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FD |
10 002 |
31 465 |
|
Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FF |
475 |
6 260 |
|
Il-Gujana Franċiża. Bastimenti għas-sajd tal-gambli. |
4FG |
7 560 |
19 726 |
|
Il-Gujana Franċiża. Speċijiet pelaġiċi. Bastimenti li jistadu ’l barra mill-kosta. |
4FH |
3 500 |
5 000 |
|
Martinique. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FJ |
5 409 |
142 116 |
|
Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FK |
1 000 |
3 000 |
|
Guadeloupe. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FL |
6 188 |
167 765 |
|
Guadeloupe. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FM |
500 |
1 750 |
|
Total |
35 684 |
396 402 |
|
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
|
Madeira. Speċijiet demersali. Tul < 12 m |
4K6 |
680 |
4 574 |
|
Madeira. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4K7 |
5 354 |
17 414 |
|
Madeira. Speċijiet pelaġiċi. Tartarun. Tul ≥ 12 m |
4K8 |
253 |
1 170 |
|
Azores. Speċijiet demersali. Tul < 12 m |
4K9 |
2 721 |
30 910 |
|
Azores. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4KA |
14 246 |
29 845 |
|
Total |
23 254 |
83 913 |
( 1 ) ĠU L 358 tat-31.12.2002, p. 59.
( 2 ) ĠU L 102, 7.4.2004, p.9.
( 3 ) ĠU L 337 ta’ l- 31.12.1999, p.10. Regolament emendat finalment mir-Regolament (KE) Nru 1421/2004 (ĠU L 260 tas-6.8.2004, p.1).
( 4 ) ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21. Regolament emendat finalment mir-Regolament (KE) Nru 916/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p.81).
( 5 ) Id-Dokument tal-Kunsill Nru 7520/04 ADD1 tad-19 ta’ Marzu 2004.