<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑148/13</NO.CASE><NO.CASE>C‑149/13</NO.CASE><NO.CASE>C‑150/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0148</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2111">EU:C:2014:2111</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻI MAGĦQUDA C‑148/13 SA C‑150/13</P><P>A <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi Magħquda C‑148/13 sa C‑150/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">A (C‑148/13), B (C‑149/13) u C (C‑150/13)</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Status ta’ refuġjat</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/85/KE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tat-fatti u taċ-ċirkustanzi</KEYWORD><KEYWORD>Kredibbiltà tal-allegata orjentazzjoni sesswali tal-applikant</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din it-talba għal deċiżjoni preliminari r-Raad van State, Afdeling Bestuursrechtspraak [il-Kunsill tal-Istat, Taqsima Amministrattiva; ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Raad van State<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (il-Pajjiżi l-Baxxi); iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>] tqajjem kwistjoni wiesgħa kunċettwali dwar jekk id-dritt tal-UE jillimitax l-azzjonijiet tal-Istati Membri meta jevalwaw talbiet għall-ażil magħmulin minn applikant li jkun qed jibża’ minn persekuzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Din id-domanda tqajjem kwistjonijiet diffiċli u delikati dwar, fuq naħa, id-drittijiet ta’ individwi bħall-identità personali u d-drittijiet fundamentali u, fuq in-naħa l-oħra, il-pożizzjoni ta’ Stati Membri meta japplikaw miżuri ta’ armonizzazzjoni minima, jiġifieri d-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva tal-Kwalifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>); ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, iktar ’l isfel. Dik id-direttiva kienet irriformulata u mħassra u ssostitwita bid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011 L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>), b’seħħ mill-<DATE ISO="20131221">21 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</P></NOTE> u d-Direttiva tal-Proċeduri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, L 175M, 29/06/2006, p. 168) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Direttiva tal-Proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>); ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, iktar ’l isfel. Dik id-direttiva kienet irriformulata u mħassra u ssostitwita bid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 180, p. 60</REF.DOC.OJ>) b’seħħ mill-<DATE ISO="20150721">21 ta’ Lulju 2015</DATE>.</P></NOTE> fil-ġbir u l-evalwazzjoni ta’ evidenza dwar l-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ refuġjat. Meta jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet jinqalgħu iktar domandi. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-allegata orjentazzjoni sesswali ta’ applikant? Id-dritt tal-UE jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżaminaw allegata orjentazzjoni sesswali u kif għandu dan il-proċess jitmexxa b’mod li jkun konsistenti mad-drittijiet fundamentali? Talbiet għall-ażil ibbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali huma differenti minn talbiet magħmulin għal raġunijiet oħrajn u għandhom japplikaw regoli speċjali meta l-Istati Membri jeżaminaw talbiet bħal dawn?</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(A)(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Ġinevra, fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1952</DATE> [Is-Serje tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)], daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="19540422">22 ta’ April 1954</DATE>. Din ġiet issupplimentata bi Protokoll Dwar l-Istatus tar-Refuġjati, konkluż f’New York fil-<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE>, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19671004">4 ta’ Ottubru 1967</DATE>. Ser nirriferi għall-Konvenzjoni u l-Protokoll flimkien bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Konvenzjoni ta’ Ġinevra<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandu japplika għal kwalunkwe persuna li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>minħabba biża’ fondata li tiġi ppersegwitata għal raġunijiet ta’ razza, reliġjon, nazzjonalità, sħubija fi grupp soċjali partikolari jew opinjoni politika partikolari, tkun barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tagħha u ma tistax jew, minħabba din il-biża’, ma tixtieqx tapprofitta ruħha mill-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 jgħid li l-Konvenzjoni għandha tiġi applikata b’mod li huwa konsistenti mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</P></NOTE> jipprojbixxi t-tortura jew it-trattament jew il-piena inumana jew degradanti. L-Artikolu 8 jiggarantixxi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja. L-Artikolu 13 jipprovdi għal dritt għal rimedju effettiv. L-Artikolu 14 jipprojbixxi d-diskriminazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Id-drittijiet irrevokabbli skont l-Artikolu 15(2) tal-KEDB huma d-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2), il-projbizzjonijiet kontra t-tortura u l-iskjavitù u x-xogħol forzat (rispettivament l-Artikoli 3 u 4) u d-dritt tal-individwu li ma jingħatax piena jekk mhux skont il-liġi (l-Artikolu 7).</P></NOTE>. Is Seba’ Protokoll tal-KEDB jipprovdi ċerti salvagwardji proċedurali dwar it-tkeċċija ta’ frustieri, inkluż id-dritt tal-frustier li jippreżenta r-raġunijiet tiegħu kontra t-tkeċċija tiegħu, id-dritt li jkollu l-każ tiegħu rivedut u d-dritt li jkun irrappreżentat għal dawn ir-raġunijiet.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="389" DATE.PUB="2010">ĠU 2010 C 83, p. 389</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jgħid li d-dinjità tal-bniedem hija invjolabbli u għandha tkun irrispettata u protetta. Skont l-Artikolu 3(1), kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-integrità fiżika u mentali tagħha. L-Artikolu 3(2)(a) jgħid li fil-qasam tal-mediċina u l-bijoloġija, għandu jinkiseb il-kunsens liberu u informat tal-persuna kkonċernata, skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi. L-Artikolu 4 jikkorrispondi mal-Artikolu 3 tal-KEDB. L-Artikolu 7 jipprevedi li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[k]ull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-kommunikazzjonijiet tagħha<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Id-dritt għall-ażil huwa ggarantit bir-rispett dovut għar-regoli tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-Artikolu 18 tal-Karta. Id-diskriminazzjoni fuq il-bażi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, tal-orjentazzjoni sesswali hija pprojbita mill-Artikolu 21. L-Artikolu 41 tal-Karta huwa indirizzat lill-istituzzjonijiet u jiggarantixxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara wkoll, il-punt 78 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 83 iktar ’l isfel.</P></NOTE>. L-Artikolu 52(1) jgħid li kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet irrikonoxxuti mill-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u hija suġġetta għall-prinċipju ta’ proporzjonalità. Jistgħu jsiru limitazzjonijiet f’dawk il-każijiet<?PAGE NO="3"?> biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. L-Artikolu 52(3) jgħid li d-drittijiet sanċiti fil-Karta għandhom jiġu interpretati b’mod konsistenti mad-drittijiet korrispondenti ggarantiti mill-KEDB.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>SEKA<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) bdiet wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam f’Mejju 1999 u hija intiża għall-implementazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-premessa 3 fil-preambolu tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>. Miżuri adottati għall-finijiet tas-SEKA jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rrikonoxxuti fil-Karta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-premessa 10 u l-premessa 8 fil-preamboli tad-Direttivi tal-Kwalifikazzjoni u tal-Proċeduri rispettivament.</P></NOTE>. Fir-rigward tat-trattament tagħhom ta’ persuni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, l-Istati Membri huma marbuta b’obbligi tagħhom taħt strumenti tad-dritt internazzjonali li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-premessa 11 u l-premessa 9 fil-preamboli tad-Direttivi tal-Kwalifikazzjoni u tal-Proċeduri rispettivament.</P></NOTE>. L-għan tas-SEKA huwa l-armonizzazzjoni tal-qafas legali applikat fl-Istati Membri fuq il-bażi ta’ standards minimi komuni. Huwa ċentrali fil-miżuri li jipprovdu standards minimi li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara l-premessa 8 fil-preambolu għal u l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni, u l-premessa 7 fil-preambolu għal u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Proċeduri.</P></NOTE>. Is-SEKA wasslet għall-adozzjoni ta’ numru ta’ miżuri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Apparti mid-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u d-Direttiva tal-Proċeduri, ara d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE, tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE>, dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 162); id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE>, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 101); u tliet miżuri magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>s-sistema ta’ Dublin<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (ir-Regolamenti Dublin u EURODAC), b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-<DATE ISO="20030218">18 ta’ Frar 2003</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109). Dan ir-regolament jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat malajr l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz. Ġew miftiehma regoli ġodda dwar is-SEKA fl-2013. Jiena indikajt il-miżuri li jissostitwixxu d-Direttivi tal-Kwalifikazzjoni u tal-Proċeduri fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 2 u 3 rispettivament. Ma elenkajtx il-miżuri ġodda rimanenti għaliex dawk l-istrumenti ma humiex direttament rilevanti hawnhekk.</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva huwa li tistabbilixxi standards minimi u kriterji komuni għall-Istati Membri kollha, sabiex ikunu jistgħu jiġu rrikonoxxuti r-refuġjati u l-elementi essenzjali tal-istatus ta’ refuġjat, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati persuni li ġenwinament għandhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, u sabiex ikun hemm proċedura tal-ażil li tkun ġusta u effiċjenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-premessi 1 sa 4, 6, 7, 8, 10, 11 u 17 fil-preambolu tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ifisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ bir-raġun li jiġi persegwitat għar-raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta’ grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba f’din il-biża, ma jixtieqx japprofitta ruħu jew ruħha mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħed barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma jistax jew, minħabba f’din il-biża, ma jixtieqx jirritorna lejha, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għalih.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Stima ta’ fatti u ċirkostanzi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu iqisuha bħala d-dmir ta’ l-applikant li jissottometti kemm jista’ jkun malajr l-elementi kollha meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. F’koperazzjoni ma’ l-applikant huwa d-dmir ta’ l-Istat Membru li jistma l-elementi rilevanti ta’ l-applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-elementi riferiti fil-paragrafu 1 jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet ta’ l-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni ta’ l-applikanti rigward l-eta ta’ l-applikant, l-ambjent minfejn ikun ġej, inkluż dak ta’ qraba rilevanti, identità, nazzjonalità(jiet), pajjiż(i) u post(ijiet) ta’ residenza ta’ qabel, applikazzjonijiet ta’ asil ta’ qabel, rotti ta’ vjaġġar, dokumenti ta’ identita u ta’ vjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-istima ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali trid titwettaq fuq bażi individwali u tinkludi li jitqiesu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-fatti kollha rilevanti kif jirrelataw mal-pajjiż ta’ l-oriġin fil-ħin tat-teħid ta’ deċiżjoni fuq l-applikazzjoni; inkluż liġijiet u regolamenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-manjiera li fiha jiġu applikati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti presentati mill-applikant inkluż informazzjoni dwar jekk l-applikant kienx jew jistax jiġi suġġett għal persekuzzjoni jew periklu serju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-pożizzjoni individwali u ċ-ċirkostanzi personali ta’ l-applikant, inkluż fatturi bħal ma huma l-ambjent minn fejn ikun ġej, sess u eta, sabiex jiġi stmat jekk, fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi personali ta’ l-applikant, l-atti li għalihom l-applikant kien jew jista’ jiġi espost ikun jammonta għal persekuzzjoni jew periklu serju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>jekk l-attivitajiet ta’ l-applikant minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ l-oriġini kienux għall-għan waħdieni jew ewlieni li jinħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi stmat jekk dawn l-attivitajiet jesponux lill-applikant għal persekuzzjoni jew periklu serju jekk jiġi ritornat lura lil dak il-pajjiż;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jekk l-applikant ikun mistenni b’mod raġunevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ pajjiż ieħor fejn ikun jista’ jiddikjara ċ-ċittadinanza.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn Stati Membri japplikaw il-prinċipju skont liema huwa d-dmir tal-applikant li jissostanzja l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġjati minn xhieda dokumentarja jew xhieda oħra, dawk l-aspetti m’għandhomx jeħtieġu konferma, meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-applikant ikun għamel sforz ġenwin sabiex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-elementi rilevanti kollha, għad-dispożizzjoni ta’ l-applikant, ikun ġew sottomessi, u spjegazzjoni sodisfaċenti li għandha x’taqsam ma’ nuqqas ta’ elementi rilevanti oħra tkun ingħatat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>id-dikjarazzjonijiet ta’ l-applikant jistabu li huma koerenti u plawsibbli u ma jmorrux kontra informazzjoni speċifika u ġenerali rilevanti għall-każ ta’ l-applikant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali fil-ħin l-aktar kmieni possibbli, sakemm l-applikant jista’ jagħti raġuni tajba għaliex ma jkunx għamel dan; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-kredibilita ġenerali ta’ l-applikant tkun ġiet stabbilita.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni jiddefinixxi l-atti ta’ persekuzzjoni. Dawn l-atti għandhom ikunu serji biżżejjed min-natura tagħhom li jikkostitwixxu ksur sever ta’ drittijiet tal-bniedem bażiċi, b’mod partikolari d-drittijiet irrevokabbli (li jsemmi l-Artikolu 15(2) tal-KEDB), jew jinvolvu akkumulazzjoni ta’ diversi miżuri li huma severi biżżejjed li jammontaw għal ksur bħal dak ta’ drittijiet tal-bniedem bażiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Artikolu 9(1).</P></NOTE>. Atti ta’ vjolenza fiżika jew mentali inklużi atti ta’ vjolenza sesswali jistgħu jidħlu fid-definizzjoni ta’ atti ta’ persekuzzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Artikolu 9(2).</P></NOTE>. Irid ikun hemm konnessjoni bejn ir-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 10 u l-atti ta’ persekuzzjoni fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Artikolu 9(3).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Raġunijiet għal persekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. L-Artikolu 10(1)(d) jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>grupp għandu jitqies li jifforma grupp soċjali partikolari fejn partikolarment:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>membri ta’ dak il-grupp jaqsmu ambjent minn fejn ikunu ġew karatteristiku naturali, jew komuni li ma jistax jinbidel, jew jaqsmu karatteristiku jew twemmin li tant huwa fondamentali għall-identita jew il-kuxjenza li persuna m’għandhiex tiġi sfurzata li tirrinunsjah, u</P></ITEM><ITEM><P>li grupp għandu identità distinta fil-pajjiż rilevanti, minħabba li huwa notat bħala differenti mis-soċjeta ta’ madwaru;</P></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA><P>skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż tal-orġini, grupp soċjali partikolari jista’ jinkludi grupp ibbażat fuq karatteristiku komuni ta’ orjentazzjoni sesswali. Orjentament sesswali ma jistax jinftiehem li jinkludi atti li huma meqjusa bħala kriminali bi qbil mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri: Aspetti li għandhom x’jaqsmu mas-sess jistgħu jitqiesu, mingħajr ma joħolqu weħidhom presunzjoni għall-applikabilita ta’ dan l-Artikolu.</P><P>[...]</P></ALINEA><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-istima ta’ jekk applikant għandux biża’ bir-raġun ta’ persekuzzjoni mhuwiex importanti jekk l-applikant attwalment jipposjedix il-karatteristiku ta’ razziżmu, reliġjuż, nazzjonali, soċjali jew politiku li jattira l-persekuzzjoni, basta iżda li dan il-karatteristiku huwa attribbwit għall-applikant mill-attur ta’ persekuzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ir-raġunijiet għall-persekuzzjoni elenkati fl-Artikolu 10 jinkludu l-kunċetti ta’ razza, reliġjon, nazzjonalità u opinjoni politika.</P></NOTE></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva tal-Proċeduri</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva tal-Proċeduri huwa li jiġi introdott qafas minimu dwar proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-preamboli 2, 3, 5, 7, 8, 10, 13 u 22 fil-preambolu tad-Direttiva tal-Proċeduri.</P></NOTE>. Dan japplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-ażil magħmulin fit-territorju tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Artikolu 3(1).</P></NOTE>. Kull Stat Membru għandu jindika awtorità determinanti li tkun responsabbli biex teżamina l-applikazzjonijiet skont id-Direttiva tal-Proċeduri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Artikolu 4(1).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet huma stipulati fl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti dwar applikazzjonijiet għall-ażil jittieħdu wara eżami xieraq. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li: (a) l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati u d-deċiżjonijiet jittieħdu individwalment, oġġettivament u imparzjalment; (b) tinkiseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn diversi sorsi, bħall-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>UNHCR<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>); u (ċ) il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet ikollu l-konoxxenza tal-istandards rilevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u dwar ir-refuġjati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Artikolu 8(2).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Meta applikazzjoni tiġi miċħuda, ir-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt għandhom jingħadu fid-deċiżjoni (l-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu) u, qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità responsabbli, l-applikant għall-ażil għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu f’kundizzjonijiet li jippermettulu jippreżenta r-raġunijiet għall-applikazzjoni b’mod komprensiv (l-Artikolu 12).</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-intervista personali li normalment għandha ssir mingħajr il-preżenza ta’ membri tal-familja oħrajn, f’kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità xierqa u jippermettu lill-applikanti li jippreżentaw ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tagħhom b’mod komprensiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Artikolu 13(1), (2) u (3).</P></NOTE>. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista tkun suffiċjentement kompetenti sabiex tqis iċ-ċirkustanzi personali u ġenerali li jirrigwardaw l-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali jew il-vulnerabbiltà tal-applikant, sa fejn ikun possibbli li jsir dan, u għandhom jagħżlu interpretu li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Artikolu 13(3)(a) u (b).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 jgħid li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir rapport bil-miktub ta’ kull intervista personali, li jkun fih għall-inqas l-informazzjoni essenzjali dwar l-applikazzjoni, kif ippreżentata mill-applikant, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u li l-applikanti jkollhom aċċess fil-ħin għal dak ir-rapport<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Artikolu 14(1) u (2).</P></NOTE>. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-approvazzjoni tal-applikant tal-kontenut tar-rapport tal-intervista personali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Artikolu 14(3).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-applikanti għall-ażil l-opportunità, bl-ispejjeż għalihom, li jikkonsultaw konsulent legali jew konsulent ieħor permess skont il-liġi nazzjonali, li jagħti pariri dwar l-applikazzjonijiet għall-ażil<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Artikolu 15(1).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 għandu t-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Proċedura ta’ eżami<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u jifforma parti mill-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Proċeduri, fejn hemm stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fl-ewwel istanza. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw applikazzjonijiet għall-ażil permezz ta’ proċedura ta’ eżami skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II ta’ din id-direttiva. Huma għandhom jiżguraw li tali proċedura tkun konkluża mill-iktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Artikolu 23(2).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għall-ażil ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, deċiżjoni meħuda wara l-applikazzjoni tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Artikolu 39(1)(a).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont l-ispjegazzjoni tar-regoli nazzjonali pprovduti mill-qorti tar-rinviju, l-oneru huwa fuq l-applikant biex jistabbilixxi l-plawżibbiltà tar-raġunijiet li għalihom qed jintalab l-ażil u biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti insostenn ta’ din it-talba. Imbagħad l-awtoritajiet kompetenti jistiednu lill-applikant għal żewġ intervisti. Hemm disponibbli s-servizzi ta’ interpretu u tal-għajnuna legali sabiex tinkiseb l-assistenza legali. Lill-applikant jintbagħatlu dokument bl-intervisti li jkunu saru. Imbagħad għandu l-opportunità li jitlob li jsiru emendi għal dak id-dokument u biex jagħti iktar informazzjoni. Wara tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tal-applikant għall-ażil mill-Ministru rilevanti li jikkomunika d-deċiżjoni li jkun bi ħsiebu jagħti lill-applikant qabel ma ssir finali fejn imbagħad l-applikant jista’ jagħmel osservazzjonijiet bil-miktub. Imbagħad, il-Ministru jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni finali tiegħu li l-applikant jista’ jikkontesta billi jippreżenta rikors għal stħarriġ ġudizzjarju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ir-regoli nazzjonali jinsabu fl-Artikolu 31(1) tal-Vreemdelingenwet 2000 (Liġi dwar Ċittadini Barranin 2000), fl-Artikolu 3.111 tal-Vreemdelingenbesluit 2000 (Digriet dwar Ċittadini Barranin 2000) u fl-Artikolu 3.35 tal-Voorschrift Vreemdelingen 2000 (Regolament dwar Ċittadini Barranin 2000). Gwida fuq dawn id-dispożizzjonijiet tinsab fil-Vreemdelingencirculaire 2000 (Ċirkulari dwar Ċittadini Barranin 2000), b’mod partikolari l-paragrafi C2/2.1, C2/2.1.1, u C14/2.1 sa C14/2.4.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domanda magħmula</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>A, B u C ressqu talbiet lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi għal permessi ta’ residenzi temporanji (ażil) skont il-Vreemdelingenwet 2000 għar-raġuni li għandhom biża’ fondat sew li jiġu ppersegwitati fil-pajjiżi ta’ oriġini rispettivi tagħhom minħabba l-fatt li huma rġiel omosesswali.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>A kien għamel talba iktar qabel għall-istatus ta’ refuġjat minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu, li l-Ministru kien ċaħad bħala li ma hijiex kredibbli. Il-Ministru ċaħad ukoll it-talba sussegwenti ta’ A għall-istatus ta’ refuġjat b’deċiżjoni maħruġa fit-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE> għar-raġuni li ma kienx qies kredibbli dak li qal A. Il-Ministru kkunsidra li l-fatt li A kien indika li kien lest jissottometti ruħu għal test biex jipprova li huwa omosesswali ma kienx ifisser li għandu jaċċetta mingħajr kundizzjoni l-orjentazzjoni sesswali li A allega dwaru nnifsu mingħajr ma ssir evalwazzjoni ta’ kredibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ B, il-Ministru kkonkluda li l-applikazzjoni tiegħu ma kinitx kredibbli għaliex kienet superfiċjali u vaga kemm fir-rigward tar-rakkont ta’ relazzjoni sesswali li B kellu f’żogħżitu ma’ ħabib u kemm dwar l-istqarrija ta’ B li huwa stess irrealizza li kien omosesswali. Fil-fehma tal-Ministru, billi B huwa minn familja Musulmana u pajjiż fejn l-omosesswalità ma hijiex aċċettata għandu jkun jista’ jagħti dettalji dwar l-emozzjonijiet tiegħu u kif aċċetta l-omosesswalità tiegħu. Il-Ministru rrifjuta t-talba ta’ B għall-istatus ta’ refuġjat b’deċiżjoni maħruġa fl-<DATE ISO="20120801">1 ta’ Awwissu 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Ministru kkunsidra li l-allegazzjoni ta’ C li kien omosesswali ma kinitx kredibbli għaliex kien hemm inkonsistenzi f’dak li qal. C stqarr li kien biss wara li kien telaq mill-pajjiż tal-oriġini tiegħu li huwa stess seta’ jirrikonoxxi li kien possibbilment omosesswali. Huwa kien jemmen li kellu dawn l-emozzjonijiet minn mindu kellu 14 jew 15-il sena u kien għarraf lill-awtoritajiet kompetenti li kellu relazzjoni sesswali ma’ raġel fil-Greċja. Iżda qabel, kien ibbaża l-applikazzjoni tiegħu għall-istatus ta’ refuġjat fuq il-fatt li kien għadda minn esperjenza ta’ problemi fl-istat ta’ oriġini tiegħu għaliex kellu relazzjoni sesswali ma’ bint il-prinċipal tiegħu. Il-Ministru kien tal-fehma li C seta’, u messu, iddikjara l-orjentazzjoni sesswali tiegħu fil-proċedura ta’ qabel. Il-Ministru kkunsidra li l-fatt li C ipproduċa film li jurih jagħmel atti sesswali ma’ raġel ma kienx jistabbilixxi li huwa omosesswali. Barra minn hekk, C ma setax jagħti spjegazzjoni ċara ta’ kif sar jaf bl-orjentazzjoni sesswali tiegħu u ma kienx jaf iwieġeb mistoqsijiet bħal dawk li jikkonċernaw l-identifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi li jiddefendu d-drittijiet tal-omosesswali. Il-Ministru rrifjuta t-talba ta’ C għall-istatus ta’ refuġjat b’deċiżjoni maħruġa fit-<DATE ISO="20121008">8 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>A, B u C ikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-Ministru fi proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem ir-Rechtbank ’s-Gravenhage (il-Qorti Distrettwali ta’ ’s-Gravenhage, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Rechtbank<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). L-azzjonijiet ġew miċħuda bħala infondati fid-<DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, fit-<DATE ISO="20120823">23 ta’ Awwissu 2012</DATE> u fit-<DATE ISO="20121030">30 ta’ Ottubru 2012</DATE> rispettivament. Sussegwentement, kull applikant appella mis-sentenza tar-Rechtbank li ċaħdet l-azzjoni tiegħu quddiem ir-Raad van State.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju kkunsidrat espressament żewġ kawżi li qegħdin quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja: Y u Z<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Kawżi magħquda C‑71/11 u C‑99/11 Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:518">EU:C:2012:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, dwar il-kunċett ta’ konvinzjoni reliġjuża skont l-Artikolu 10(1)(b) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>, li fiha diġà ngħatat is-sentenza, u X, Y u Z<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Kawżi magħquda C‑199/12, C‑200/12 u C‑201/12 X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (li kienet tressqet għal deċiżjoni preliminari mir-Raad van State fit-<DATE ISO="20120418">18 ta’ April 2012</DATE>), li dakinhar kienet pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. F’din l-aħħar kawża, intalbet gwida, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, dwar jekk ċittadini barranin b’orjentazzjoni omosesswali jifformawx grupp soċjali partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. L-appelli fil-proċeduri prinċipali ġew sospiżi sakemm tingħata deċiżjoni fil-kawża ta’ X, Y u Z.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri prinċipali A, B u C isostnu li l-Ministru żbalja meta ħa d-deċiżjoni tiegħu għaliex naqas milli jibbaża d-deċiżjoni tiegħu dwar jekk kinux omosesswali fuq id-dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom dwar l-orjentazzjoni sesswali. Huma allegaw li l-pożizzjoni tal-Ministru kienet tikser l-Artikoli 1, 3, 4, 7 u 21 tal-Karta billi kienet tammonta għal ċaħda ta’ allegata orjentazzjoni sesswali.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkunsidrat li l-verifika ta’ allegata orjentazzjoni sesswali hija iktar kumplessa mill-verifika ta’ raġunijiet oħra ta’ persekuzzjoni elenkati fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. F’dan ir-rigward, hija osservat li ma hemmx metodu uniformi kif issir din il-verifika ġewwa l-Istati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara r-rapport <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Fleeing homophobia — asylum claims related to sexual orientation and gender identity in Europe<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, ippubblikat minn Sabine Jansen u Thomas Spijkerboer (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Fleeing homophobia<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</P></NOTE>. Madankollu, hija tikkunsidra s-sottomissjonijiet tal-applikanti, li l-Ministru kien obbligat li jaċċetta allegata orjentazzjoni sesswali u li kien prekluż milli jeżaminaha, bħala li kienu dubjużi. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Y u Z u ta’ X, Y u Z (li kienet għadha pendenti), ir-Raad van State xtaqet gwida dwar jekk id-dritt tal-UE jimponix limiti fuq it-tiftix li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħmlu fir-rigward tal-allegata orjentazzjoni sesswali ta’ applikant għall-istatus ta’ refuġjat. Għaldaqstant, hija resqet din it-talba lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva [tal-Kwalifikazzjoni], u mill-[Karta], b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Saru osservazzjonijiet bil-miktub minn A u B, l-UNHCR, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja u l-Greċja u l-Kummissjoni Ewropea. Bl-eċċezzjoni ta’ B, ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja, il-partijiet kollha għamlu sottomissjonijiet orali fis-seduta tal-<DATE ISO="20140225">25 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Rimarki preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa dritt stabbilit li l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tikkostitwixxi l-bażi tas-sistema legali internazzjonali għall-protezzjoni tar-refuġjati. Id-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni ġiet adottata biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiġu ggwidati fl-applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni fuq il-bażi ta’ kunċetti u kriterji komuni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Kawżi magħquda C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08 Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:105">EU:C:2010:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52; sentenza Y u Z, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31 iktar ’il fuq, punt 47; u sentenza X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 39.</P></NOTE>. Għalhekk, din id-direttiva għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-iskema u skop ġenerali tagħha, u b’mod li huwa konsistenti mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u t-trattati rilevanti l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 78(1) TFUE. Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni għandha tkun interpretata wkoll b’mod konsistenti mad-drittijiet irrikonoxxuti mill-Karta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 40. Ara wkoll l-Artikolu 10 tal-Karta.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fi ħdan is-SEKA, id-Direttiva tal-Proċeduri tistabbilixxi sistema komuni ta’ salvagwardji li jservu biex jiżguraw li l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u d-drittijiet fundamentali jiġu osservati għal kollox fir-rigward tal-proċeduri tal-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-premessi 2, 3, 5, 7 u 8 fil-preamboli tad-Direttiva tal-Proċeduri u l-Artikolu 1 tagħha. Ara wkoll, il-Kawża C‑69/10 Samba Diouf, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:524">EU:C:2011:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, la d-Direttiva tal-Proċeduri fiha nnifisha u lanqas il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew il-Karta ma jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar kif għandha tiġi evalwata l-kredibbiltà ta’ applikant li jitlob l-istatus ta’ refuġjat għal kwalunkwe raġuni elenkata fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni, inkluż li jappartjeni għal grupp soċjali partikolari minħabba l-orjentazzjoni omosesswali tiegħu. Għalhekk din l-evalwazzjoni tidħol fil-kamp tar-regoli nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-ġurisprudenza stabbilita li tmur lura għall-Kawża 33/76 Rewe Zentralfinanz, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:188">EU:C:1976:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 5; iktar reċenti, ara l-Kawża C‑432/05 Unibet, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:163">EU:C:2007:163</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39.</P></NOTE>, imma d-dritt tal-UE jista’ jillimita d-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar ir-regoli li jistgħu japplikaw meta jevalwaw il-kredibbiltà tal-applikanti għall-ażil.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Deskrizzjoni bħala refuġjat</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Kif tispjega l-qorti tar-rinviju, din it-talba għal deċiżjoni preliminari tinqala’ fl-isfond ta’ talba preċedenti mill-istess qorti fil-kawża X, Y u Z<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-punt 28 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Ċerti kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni sa fejn tapplika għat-talbiet għall-istatus ta’ refuġjat għal raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali, ġew solvuti fid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak il-każ. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li orjentazzjoni omosesswali hija raġuni biex jingħad li l-applikant huwa membru ta’ grupp soċjali partikolari skont l-Artikolu 10(1)(d) ta’ dik id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punti 46 u 47.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li dawn l-applikanti ma għandhomx jiġu mistennija jaġixxu b’ċertu mod, pereżempju billi jesprimu l-orjentazzjoni sesswali bi trażżin jew billi jaħbu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punti 67 sa 69.</P></NOTE>. Fir-rigward tal-evalwazzjoni jekk hemmx biża’ fondat ta’ persekuzzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu żguri dwar jekk iċ-ċirkustanzi stabbiliti jikkostitwixxux jew le theddida tali li l-persuna kkonċernata tista’<?PAGE NO="10"?> raġonevolment tibża’, fid-dawl tas-sitwazzjoni individwali tagħha, li hija fil-fatt ser tkun suġġetta għal atti ta’ persekuzzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Din l-evalwazzjoni tal-importanza tar-riskju, f’kull każ, għandha ssir b’viġilanza u prudenza u tistrieħ biss fuq evalwazzjoni speċifika tal-fatti u taċ-ċirkustanzi, skont ir-regoli li jinsabu stabbiliti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni għandha tiġi kkunsidrata f’dan l-isfond. Għaldaqstant, pereżempju, ma huwiex meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi jekk applikant li jistabbilixxi li huwa omosesswali għandux awtomatikament jikseb l-istatus ta’ refuġjat ġewwa Stat Membru. Pjuttost, il-passi previsti fl-iskema leġiżlattiva jinvolvu li l-ewwel jiġi stabbilit jekk l-applikant huwiex membru ta’ grupp soċjali partikolari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>. Il-protezzjoni tingħata wkoll f’każijiet meta l-applikanti ma jkunux membri ta’ dan il-grupp (hawnhekk, omosesswali) imma huma mifhuma bħala tali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>. Imbagħad irid jiġi ddeterminat jekk l-applikant partikolari għandux biża’ fondat sew ta’ persekuzzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Artikoli 2(c) u 9 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>It-talba tal-qorti tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma tindikax jekk l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni huwiex rilevanti hawnhekk. Il-kwistjoni mqajma titpoġġa f’qafas kuntestwali minimu u għaldaqstant hija pjuttost astratta. Għalhekk, ser niffoka fuq jekk huwiex permissibbli skont id-dritt tal-UE għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jeżaminaw jekk applikant huwiex membru ta’ grupp soċjali partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 10(1)(d) minħabba l-omosesswalità tiegħu (iktar milli sempliċement jitwemmen f’dak li jgħid), kif għandu jitwettaq kwalunkwe proċess ta’ verifika u jekk hemmx limiti għall-mod kif din il-kwistjoni tista’ tiġi evalwata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dikjarazzjoni tal-persuna stess dwar l-orjentazzjoni sesswali tagħha</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Huwa element komuni fost dawk li jissottomettu osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja li s-sesswalità ta’ persuna hija kwistjoni kumplessa ħafna li hija integrali għall-identità personali tagħha u għall-isfera tal-ħajja privata tagħha. Barra minn hekk, il-partijiet kollha jaqblu li ma hemmx metodu oġġettiv kif tiġi vverifikata allegata orjentazzjoni sesswali. Madankollu, hemm fehmiet differenti dwar jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhomx jivverifikaw jekk applikant huwiex omosesswali u huwa b’hekk membru ta’ grupp soċjali fit-tifsira tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Kemm A kif ukoll B jissottomettu li l-applikant innifsu biss jista’ jiddefinixxi s-sesswalità tiegħu stess u huwa inkonsistenti mad-dritt għall-ħajja privata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>il-Qorti ta’ Strasbourg<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>).</P></NOTE> għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jivverifikaw orjentazzjoni sesswali allegata. A jissottometti li ma hemmx karatteristiċi ġenerali dwar l-omosesswalità u l-ebda kunsens ġenerali dwar il-fatturi li jinfluwenzaw orjentazzjoni sesswali bħal din. F’dak il-kuntest, l-awtoritajiet nazzjonali ma humiex kompetenti li jissostitwixxu l-evalwazzjoni tagħhom għall-orjentazzjoni sesswali ddikjarata mill-applikant. L-Istati Membri kollha li jissottomettu osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jikkontendu li l-awtoritajiet rispettivi tagħhom iżommu l-kompetenza biex jeżaminaw il-kredibbiltà tal-allegata orjentazzjoni sesswali tal-applikant.<?PAGE NO="11"?> Il-Kummissjoni tappoġġa dik il-fehma u tissottometti li hija konsistenti mal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. L-UNHCR jissottometti li l-verifika tad-dikjarazzjoni tal-applikant tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu hija element normali tal-evalwazzjoni fattwali f’dawn il-każijiet u għandha tikkostitwixxi l-punt tat-tluq ta’ eżami ta’ din il-kwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sa fejn għandu x’jaqsam l-intervent (ta’ għajnuna) tal-UNHCR, ninnota li l-paragrafu 7 tal-Linji Gwida tal-UNHCR dwar il-protezzjoni internazzjonali Nru 9 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Linji Gwida tal-UNHCR<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) jirreferi għall-Prinċipji Yogyakarta dwar l-Applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem Internazzjonali fir-rigward tal-Orjentazzjoni Sesswali u l-Identità tal-Ġeneru (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Prinċipji Yogyakarta<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, adottati fl-2007. Il-Prinċipji Yogyakarta ma humiex vinkolanti legalment, imma madankollu jirriflettu prinċipji stabbiliti tad-dritt internazzjonali. Fil-paragrafu 4 tal-preambolu tal-Prinċipji Yogyakarta, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>orjentazzjoni sesswali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kapaċità ta’ persuna għal affezzjoni emottiva profonda u ġibda sesswali għal, u relazzjonijiet sesswali intimi ma’ individwi ta’ sess differenti jew tal-istess sess jew iktar minn sess wieħed<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Jiena wkoll naqbel li l-orjentazzjoni sesswali ta’ individwu hija kwistjoni kumplessa, li hija minsuġa inseparabbilment mal-identità tiegħu li tidħol fl-isfera privata ta’ ħajtu. Għalhekk, il-kwistjoni ta’ jekk allegata orjentazzjoni sesswali ta’ individwu għandhiex tiġi aċċettata mingħajr eżami ulterjuri mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandha tiġi evalwata fil-qafas li ġej. L-ewwel nett, id-dritt għall-ħajja privata huwa ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta u l-protezzjoni mid-diskriminazzjoni fuq bażijiet li jinkludu l-orjentazzjoni sesswali hija espressament prevista fl-Artikolu 21(1). Dawn id-drittijiet jikkorrispondu mal-Artikolu 8 moqri flimkien, fejn meħtieġ, mal-Artikolu 14 tal-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Il-Qorti ta’ Strasbourg ittrattat numru ta’ każijiet dwar diskriminazzjoni għar-raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali fl-isfera tal-ħajja privata u familjari; ara l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, X <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L-Awstrija [GC], Nru 19010/07, punt 92 u l-ġurisprudenza ċċitata, KEDB 2013, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 KEDB waħdu u din id-dispożizzjoni moqrija flimkien mal-Artikolu 14 KEDB.</P></NOTE>. Madankollu, dawn ma humiex fost id-drittijiet irrevokabbli li minnhom ma huwiex possibbli li ssir deroga<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. It-tieni nett, il-Qorti ta’ Strasbourg iddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ħajja privata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> huwa wiesa’ u ma jistax jingħata definizzjoni eżawrjenti. Dan ikopri l-integrità fiżika u psikoloġika ta’ persuna inklużi elementi bħall-orjentazzjoni sesswali u l-ħajja sesswali li jidħlu fl-isfera personali protetta bl-Artikolu 8 tal-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza Van Kück vs Il-Ġermanja, Nru 35968/97, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata hemmhekk, KEDB 2003‑VII.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>It-tielet nett, f’każijiet dwar l-identità tas-sess u t-transsesswalità l-Qorti ta’ Strasbourg qalet li l-kunċett ta’ awtonomija personali huwa prinċipju importanti li qiegħed fil-bażi tal-garanziji fl-Artikolu 8 tal-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza Van Kück vs Il-Ġermanja, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50 iktar ’il fuq, punti 69 u 73 sa 75.</P></NOTE>. Filwaqt li huwa veru li l-kwistjonijiet li jirriżultaw minn din il-ġurisprudenza ma humiex eżattament l-istess bħal dawk li jirriżultaw meta l-orjentazzjoni sesswali hija inkwistjoni, jiena nikkunsidra li din tipprovdi gwida utli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, pereżempju, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-sentenza Christine Goodwin vs Ir-Renju Unit [GC], Nru 28957/95, KEDB 2002-VI, u s-sentenza Van Kück vs Il-Ġermanja, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50, iktar ’il fuq. Fil-każ Goodwin il-kwistjoni kienet jekk, meta naqas li jirrikonoxxi t-tibdil tas-sess tal-applikant, ir-Renju Unit kienx naqas milli jikkonforma ma’ ċerti obbligi biex jiġu żgurati, b’mod partikolari, id-drittijiet tagħha għall-ħajja privata. Ir-rikorrenti fil-każ Van Kück allegat li deċiżjonijiet tal-qrati Ġermaniżi u l-proċeduri relatati li ċaħdu t-talbiet tagħha għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi magħmulin għal miżuri tat-tibdil tas-sess kienu jiksru, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, id-dritt għall-ħajja privata peress li l-qrati kienu jeħtieġu provi li juru li t-tibdil tas-sess kien l-uniku trattament possibbli għall-kundizzjoni tagħha.</P></NOTE>. Il-Qorti ta’ Strasbourg ma kellhiex l-okkażjoni tiddeċiedi jekk l-Artikolu 8 tal-KEDB jiggarantixxix dritt li l-persuna ma jkollhiex l-allegata orjentazzjoni sesswali tagħha eżaminata mill-awtoritajiet kompetenti, partikolarment fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat. Ninterpreta l-ġurisprudenza eżistenti bħala li tgħid li peress li l-kunċett ta’ awtonomija personali huwa prinċipju importanti li qiegħed fil-bażi tal-interpretazzjoni tal-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 8 KEDB, individwi għandhom dritt jiddefinixxu l-identità tagħhom stess u dan jinkludi d-definizzjoni tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom stess.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għalhekk id-definizzjoni tal-applikant tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu stess għandu jkollha rwol importanti fil-proċess ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. Naqbel mal-UNHCR li dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom, tal-inqas, jikkostitwixxu l-punt tat-tluq tal-proċess ta’ evalwazzjoni. Imma l-Istati Membri huma preklużi milli jivverifikaw dawn id-dikjarazzjonijiet?</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni skont id-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni jeħtieġ lill-Istati Membri li jevalwaw l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali. Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn id-diversi raġunijiet ta’ persekuzzjoni elenkati fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva. Isegwi li applikanti li jitolbu l-istatus ta’ refuġjati għar-raġuni li huma omosesswali u jappartjenu għal grupp soċjali partikolari fit-tifsira tal-Artikolu 10(1)(d) ma humiex eżentati mill-proċess ta’ evalwazzjoni skont id-Direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara l-premessa 11 fil-preambolu tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sanċit fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u fl-Artikolu 21 tal-Karta.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) jippermetti lill-Istat Membri li jpoġġu l-oneru fuq l-applikant <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>li jissottometti kemm jista’ jkun malajr l-elementi kollha meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali [...]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>L-elementi msemmijin fl-Artikolu 4(1) huma elenkati fid-dettall fl-Artikolu 4(2), ara l-punt 9 iktar ’il fuq. Ara wkoll il-Kawża C‑277/11 M.M., <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 73.</P></NOTE>. Din id-dispożizzjoni toħloq ukoll dmir pożittiv fuq l-Istati Membri biex jaġixxu f’kooperazzjoni mal-applikant biex jevalwaw l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni tiegħu. L-evalwazzjoni għandha ssir fuq bażi individwali u għandha tinkludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-pożizzjoni individwali tal-applikant u ċ-ċirkustanzi personali tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Artikolu 4(3)(c) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. Ara wkoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Proċeduri.</P></NOTE>. L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni tirrikonoxxi li applikant mhux dejjem ikun jista’ jissostanzja t-talba tiegħu bi provi dokumentali jew xort’oħra. Għalhekk, provi bħal dawn ma humiex meħtieġa meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 4(5)(a) sa (e)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-punt 9 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Meta applikant jinvoka l-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva u jitlob l-istatus ta’ refuġjat għar-raġuni li huwa membru ta’ grupp soċjali partikolari fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu, jiena naħseb li huwa kważi inevitabbli li l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva jsir rilevanti. Allegata orjentazzjoni sesswali ma tistax tiġi vverifikata oġġettivament; u mhux probabbli li jkun hemm provi dokumentali jew ta’ xort’oħra biex tiġi sostnuta l-istqarrija li jkun għamel l-applikant stess dwar l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Għaldaqstant, il-kredibbiltà ssir il-kwistjoni ċentrali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-punti 60 u 61 iktar ’l isfel.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant hija konsistenti mal-Karta u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali?</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Jidhirli li dan huwa l-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-Karta jiggarantixxi d-dritt għall-ażil bir-rispett dovut għar-regoli tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u tat-Trattati. Ma hemmx dritt korrispondenti fil-KEDB, għalkemm l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 7 jipprovdi għal ċerti salvagwardji proċedurali dwar it-tkeċċija tal-frustieri. Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-istatus ta’ refuġjat, il-Qorti ta’ Strasbourg irrikonoxxiet li l-Istati Kontraenti għandhom id-dritt bħala materja ta’ dritt internazzjonali (bla ħsara għall-obbligi tat-trattati tagħhom) li jikkontrollaw id-dħul, ir-residenza u t-tkeċċija tal-frustieri ġewwa t-territorju tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza F.N. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L-Isvezja, Nru 28774/09, punt 65 u l-ġurisprudenza ċċitata, tat-<DATE ISO="20121218">18 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</P></NOTE>. Dan huwa mistenni. Fl-applikazzjoni ta’ politika tal-ażil l-Istati Membri huma obbligati li jistabbilixxu min ġenwinament għandu bżonn tal-protezzjoni u jaċċettawhom bħala refuġjati. Bl-istess mod, huma intitolati li jirrifjutaw l-assistenza lil min ma jkunx ġenwin.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jekk applikant huwiex membru ta’ grupp soċjali partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 10(1)(d) (jew jitqies li huwa membru u jiskatta l-Artikolu 10(2)) huwa marbut mill-qrib mal-kwistjoni ta’ jekk għandux biża’ fondat sew ta’ persekuzzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>. L-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju reali neċessarjament għandha tkun waħda rigoruża<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza M.K.N. vs l-Isvezja, Nru 72413/10, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata, tas-<DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</P></NOTE>; magħmula b’viġilanza u attenzjoni. Dak li hemm fin-nofs f’dawn il-każijiet huma kwistjonijiet dwar l-integrità tal-persuna, il-libertajiet individwali u l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Sentenza Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:105">EU:C:2010:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, iktar ’il fuq, punt 90.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għalkemm allegata orjentazzjoni sesswali tal-applikant għandha neċessarjament dejjem tkun il-punt tat-tluq, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma intitolati li jeżaminaw dan l-element tat-talba tiegħu flimkien mal-elementi l-oħra kollha sabiex jiġi evalwat jekk għandux biża’ ta’ persekuzzjoni fondat sew fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jirriżulta inevitabbilment li applikazzjonijiet għall-istatus ta’ refuġjat għal raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali, bħal kwalunkwe applikazzjoni oħra għall-istatus ta’ refuġjat, huma suġġetti għal proċess ta’ evalwazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. Madankollu, din l-evalwazzjoni għandha ssir b’mod li tirrispetta d-drittijiet individwali kif iggarantiti mill-Karta. (Tabilħaqq, dan kollu jaqblu miegħu l-partijiet).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tal-kredibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>La d-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u lanqas id-Direttiva tal-Proċeduri ma jipprovdu speċifikament għall-mod kif il-kredibbiltà ta’ applikant għandha tiġi evalwata. Għalhekk, il-pożizzjoni ġenerali hija li, fin-nuqqas ta’ regoli tal-UE fuq suġġett, hija s-sistema legali domestika ta’ kull Stat Membru individwali li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet proċedurali li jirregolaw l-azzjonijiet skont il-liġi intiżi biex jiżguraw il-protezzjoni li d-dritt tal-UE jipprovdi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara, pereżempju, il-Kawża C‑93/12 Agrokonsulting, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:432">EU:C:2013:432</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Din il-pożizzjoni ġenerali hija suġġetta għal limiti skont id-dritt tal-UE?</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>A u B jissottomettu li huwa meħtieġ fi kwalunkwe evalwazzjoni li jiġu stabbiliti l-fatti dwar dak li jgħid l-applikant biex jissostanzja t-talba tiegħu għall-istatus ta’ refuġjat; u li l-iskop tal-istadju li jmiss (il-proċess ta’ kooperazzjoni bejn l-applikant u l-awtoritajiet nazzjonali) huwa sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn il-fatti jistgħux jiġu kkonfermati. L-applikanti ma jistgħux ikunu meħtieġa jsostnu t-talbiet tagħhom għall-istatus ta’ refuġjat b’mod li jimmina d-dinjità u l-integrità personali tagħhom. Għalhekk, metodi bħal eżamijiet mediċi, mistoqsijiet dwar l-esperjenzi sesswali tal-applikant, jew il-paragun tal-applikant inkwistjoni ma’ stereotipi omosesswali huma inkonsistenti mal-Karta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>L-applikanti jirreferu għall-Artikoli 1, 3, 4 (id-drittijiet irrevokabbli), 7, 18, 19, 21 u 41 tal-Karta.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi jgħidu li l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni ma jgħid xejn dwar il-mod kif għandha tiġi eżaminata d-dikjarazzjoni tal-applikant tas-sesswalità tiegħu stess. Dan jiddeterminawh l-Istati Membri nnifishom. Ir-Repubblika Ċeka tissottometti li għandhom jiġu applikati l-metodi l-inqas intrużivi għall-ħajja privata ta’ applikant. Madankollu, ma għandhomx jiġu esklużi proċeduri oħrajn jekk metodi inqas eżiġenti ma jistabbilixxux il-kredibbiltà tal-applikant u jekk huwa jagħti l-kunsens tiegħu. Il-Gvern Franċiż, dak Ġermaniż u dak Grieg jaqblu li l-Linji Gwida tal-UNHCR jipprovdu gwida utli dwar il-proċess tal-evalwazzjoni tal-kredibbiltà. Il-Ġermanja tissottometti li testijiet psewdomediċi jew talbiet sabiex l-applikanti jwettqu atti sesswali sabiex tiġi stabbilita l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, imorru kontra l-Artikolu 1 tal-Karta. Il-Gvern Belġjan jappoġġa wkoll il-Linji Gwida tal-UNHCR u jgħid li ma huwiex meħtieġ li tiġi vverifikata klinikament jew xjentifikament<?PAGE NO="14"?> orjentazzjoni sesswali tal-applikant. Li jgħodd huwa jekk dak li jgħid l-applikant huwiex plawżibbli. Id-dritt għal ħajja privata diġà huwa kkunsidrat adegwatament mit-test tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u mid-Direttiva tal-Proċeduri. Wieħed ma jistax joqgħod fuq dan id-dritt għat-tieni darba biex titnaqqas is-severità tal-evalwazzjoni jew biex tinħoloq iktar flessibbiltà fir-regoli favur l-applikanti għall-ażil li jallegaw li huma omosesswali.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-UNHCR taqsam id-diversi metodi tal-evalwazzjoni tal-kredibbiltà inkwistjoni f’żewġ kategoriji. Uħud minnhom, li fiċ-ċirkustanzi kollha jiksru l-Karta, jiddiskrivihom bħala li jikkonsistu fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>blacklist<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Dawn ikopru: mistoqsijiet invażivi dwar id-dettalji tal-prattiki sesswali tal-applikant; eżamijiet mediċi jew psewdomediċi; u rekwiżiti abbużivi dwar l-evidenza, bħal pereżempju talbiet sabiex l-applikanti jipprovdu ritratti tagħhom innifishom jagħmlu atti sesswali. It-tieni kategorija tal-UNHCR hija deskritta bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>lista griża<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>; din tirrigwarda prattiki li, jekk ma jiġux applikati b’mod xieraq u sensittiv, jirriskjaw li jmorru kontra l-Karta. Il-lista griża tinkludi prattiki bħal li jiġi konkluż li l-applikant ma għandux kredibbiltà għaliex ma invokax l-orjentazzjoni sesswali tiegħu bħala l-bażi biex jitlob l-istatus ta’ refuġjat mal-ewwel opportunità tiegħu, jew għaliex jonqos li jagħti tweġiba korretta għal mistoqsijiet ta’ tagħrif ġenerali, pereżempju, dwar organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-omosesswali fil-pajjiż fejn jintalab l-ażil. Il-lista griża tal-UNHCR tkopri wkoll proċeduri nazzjonali li jonqsu milli joffru lil applikant opportunità biex jispjega elementi li ma jidhrux li huma kredibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tissottometti li d-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni ma tpoġġix limiti fuq it-tip ta’ provi li jistgħu jiġu ppreżentati insostenn ta’ applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat. Madankollu, għandhom jinġabru provi b’mod li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali tal-applikanti. Metodi li huma degradanti jew inkonsistenti mad-dinjità umana, bħal testijiet psewdomediċi jew evalwazzjoni b’riferiment għal stereotipi, huma inkonsistenti kemm mad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni kif ukoll mal-Karta. Il-Kummissjoni tikkunsidra li ma huwiex possibbli li jingħataw indikazzjonijiet ġenerali iktar minn dawk ipprovduti diġà mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u l-Artikoli 3 u 7 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Huwa veru li ma hemmx espressament kliem fid-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni li jirregola d-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar prattiki jew metodi għall-evalwazzjoni tal-kredibbiltà ta’ applikant. Madankollu, fil-fehma tiegħi, dan ma jfissirx li d-dritt tal-UE ma jpoġġix limiti fuq din id-diskrezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-Karta tipprovdi standards ġenerali li għandhom jiġu applikati fl-implementazzjoni ta’ kwalunkwe direttiva. Id-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni tarmonizza billi tintroduċi standards minimi biex wieħed jikseb status ta’ refuġjat ġewwa l-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Artikolu 1 tagħha.</P></NOTE>. Is-SEKA tiġi mminata, partikolarment is-sistema ta’ Dublin, kieku l-Istati Membri kellhom japplikaw prattiki diverġenti ħafna meta jevalwaw dawn l-applikazzjonijiet. Ma jkunx effett mixtieq jekk id-differenzi fl-implementazzjoni tagħha jwasslu biex applikazzjonijiet jirnexxu iktar f’ġurisdizzjoni partikolari milli f’oħra minħabba li r-rekwiżiti tal-provi jkunu iktar faċli li jiġu ssodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Sabiex il-qorti tar-rinviju jkollha risposta utli, nemmen li huwa meħtieġ li jiġu identifikati prattiki li ma humiex konsistenti mad-dritt tal-UE. Is-sottomissjonijiet tal-UNHCR huma partikolarment utli f’dan ir-rigward. Madankollu, jiena ma adottajtx it-terminoloġija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>blacklist<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>lista griża<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, li tistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>blacklist<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jinvolvi l-ħolqien ta’ regoli preskrittivi ta’ applikazzjoni ġenerali li huwa xogħol li iktar jixraq lil-leġiżlatura. It-tieni nett, fil-kuntest tal-proċeduri preżenti ismijiet bħal dawk ma jtejbux iċ-ċarezza u ma jassistux fiċ-ċertezza legali għaliex l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedura skont l-Artikolu 267 TFUE hija limitata għall-materjal li jitqiegħed quddiemha u ma jkunx ċar jekk il-listi humiex intiżi bħala illustrattivi jew eżawrjenti.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għandi nindika wkoll li ma naqbilx mal-pożizzjoni tal-Gvern Belġjan billi nqis il-kwistjoni bħala li toħloq iktar flessibbiltà favur l-applikanti li jixtiequ l-istatus ta’ refuġjat għal raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali. Pjuttost hija kwistjoni li jiġu stabbiliti l-parametri tal-azzjoni tal-Istati Membri meta jiġu applikati d-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u d-Direttiva tal-Proċeduri. Għaldaqstant, iktar ’il quddiem ser nidentifika dawk il-prattiki li nikkunsidra li huma inkompatibbli mal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni interpretata fid-dawl tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Ġewwa l-Unjoni Ewropea, l-omosesswalità ma hijiex ikkunsidrata iktar bħala kundizzjoni medika jew psikoloġika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>L-ICD-9 (1977) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa elenkat l-omosesswalità bħala marda mentali; din tneħħiet mill-ICD-10, approvata mit-Tlieta u Erbgħin Assemblea Dinjija tas-Saħħa fis-<DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>. Il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) hija għodda dijanjostika standard għall-epidemjoloġija, għall-ġestjoni tas-saħħa u għall-għanijiet kliniċi).</P></NOTE>. Ma hemm l-ebda eżami mediku rrikonoxxut li jista’ jiġi applikat biex tiġi stabbilita l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna. Fir-rigward tad-dritt għall-ħajja privata, l-interferenza mad-dritt ta’ individwu għall-orjentazzjoni sesswali tiegħu tista’ tiġri biss meta, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, tkun stabbilita bil-liġi u tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>L-Artikolu 7 moqri flimkien mal-Artikolu 52(1) tal-Karta.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Billi l-omosesswalità ma hijiex kundizzjoni medika, kull allegat test mediku applikat għad-determinazzjoni tal-orjentazzjoni sesswali ta’ applikant ma jistax, fil-fehma tiegħi, jitqies li huwa konsistenti mal-Artikolu 3 tal-Karta. Ma jgħaddix ukoll mir-rekwiżit tal-proporzjonalità [l-Artikolu 52(1)] fir-rigward tal-ksur tad-dritt għall-privatezza u l-ħajja familjari għaliex mid-definizzjoni stess, test bħal dan ma jistax jissodisfa l-għan li tiġi stabbilita l-orjentazzjoni sesswali ta’ individwu. Isegwi li testijiet mediċi ma jistgħux jintużaw għall-għan li tiġi stabbilita l-kredibbiltà tal-applikant, billi jiksru l-Artikoli 3 u 7 tal-Karta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Testijiet mediċi applikati mingħajr il-kunsens tal-applikant jistgħu jiksru l-Artikoli 1 u 4 tal-Karta. B’mod ċar ikunu inkompatibbli mal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni billi huma inkompatibbli mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni. Fil-kawża tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Jalloh vs Il-Ġermanja [GC], Nru 54810/00, KEDB 2006-IX, il-Qorti ta’ Strasbourg spjegat il-prinċipji ġenerali dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tal-KEDB (li jikkorrispondi mal-Artikolu 4 tal-Karta) fir-rigward ta’ kif isiru eżamijiet mediċi. It-trattament ħażin għandu jilħaq livell minimu ta’ severità jekk ser japplika għalih l-Artikolu 3. Dik tkun evalwazzjoni relattiva; jiddipendi miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni u hija suġġetta għal oneru ogħla ta’ prova, lil hinn minn kull dubju raġonevoli (ara l-punt 67). Il-Qorti ta’ Strasbourg qieset ukoll fl-evalwazzjoni tagħha jekk l-għan tat-trattament mediku huwiex biex il-persuna kkonċernata tiġi umiljata jew iddegradata (ara iktar ’il quddiem il-paragrafi 68 u 69 sa 74).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż u l-UNHCR ikkummentaw b’mod partikolari fuq it-test psewdomediku tal-fallometrija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>L-ittestjar fallometriku jiffoka fuq ir-reazzjoni fiżika tas-suġġett għall-pornografija li tista’ tinkludi materjal eterosesswali jew omosesswali (irġiel jew nisa). Ara wkoll il-paragrafu 6.3.5 tar-rapport <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Fleeing homophobia<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33 iktar ’il fuq.</P></NOTE> fl-osservazzjonijiet rispettivi tagħhom. Isegwi, minn dak li jiena għidt fil-punti 60 u 61 iktar ’il fuq li japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għal dawn it-testijiet psewdomediċi, li jiena nikkunsidra dawn it-testijiet bħala pprojbiti mill-Artikoli 3 sa 7 tal-Karta. Il-fallometrija hija mod partikolarment dubjuż li jivverifika l-orjentazzjoni omosesswali. L-ewwel nett, din tinvolvi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-faċilitazzjoni tal-provvista ta’ pornografija biex ikunu jistgħu jsiru dawn it-testijiet. It-tieni nett, tinjora l-fatt li l-moħħ tal-bniedem huwa strument b’saħħtu u reazzjoni fiżika għall-materjal impoġġi quddiem l-applikant tista’ tiġi pprovokata mill-persuna li qed timmaġina xi ħaġa differenti mix-xbieha li qed jintwera. Dawn it-testijiet ma jiddistingwux bejn applikanti ġenwini u dak li ma humiex u għalhekk huma b’mod ċar ineffettivi kif ukoll jiksru d-drittijiet fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Jidhirli li mistoqsijiet espliċiti dwar l-attivitajiet u l-inklinazzjonijiet sesswali ta’ applikant huma inkonsistenti wkoll mal-Artikoli 3 u 7 tal-Karta. Min-natura tagħhom stess, dawn il-mistoqsijiet jiksru l-integrità ta’ individwu kif iggarantita mill-Artikolu 3(1) tal-Karta. Dawn huma intrużivi u jiksru r-rispett għall-ħajja privata u familjari. Barra minn hekk huwa dubjuż il-valur probatorju tagħhom fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat. L-ewwel nett, applikant mhux ġenwin jista’ faċilment jivvinta l-informazzjoni meħtieġa. It-tieni nett, prattika bħal din tista’ tnaffar ċerti individwi (inklużi applikanti ġenwini) u għalhekk timmina l-prinċipju ta’ kooperazzjoni bejn l-applikant u l-awtoritajiet nazzjonali (l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni).</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet fil-kawża X, Y u Z li fir-rigward tal-espressjoni ta’ orjentazzjoni sesswali, xejn fil-kliem tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni ma jissuġġerixxi li l-leġiżlatura tal-UE riedet teskludi ċerti tipi oħra ta’ atti jew espressjoni marbuta mal-orjentazzjoni sesswali (jiġifieri, li ma jkunx omosesswali) mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Apparti minn dawk l-atti kkunsidrati li huma kriminali skont id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, ara l-punt 67. Ara wkoll il-punt 34 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Għalhekk, l-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni ma jistabbilixxix limiti dwar l-attitudni li l-membri ta’ grupp soċjali partikolari jistgħu jadottaw fir-rigward tal-identità tagħhom jew aġir li jista’ jew ma jistax jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ orjentazzjoni sesswali għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Ara s-sentenza X, Y u Z, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:720">EU:C:2013:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32 iktar ’il fuq, punt 68.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dan jissuġġerixxili li l-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk irrikonoxxiet li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jeżaminaw applikazzjonijiet għall-istatus ta’ refuġjat fuq il-bażi ta’ arketip omosesswali. Sfortunatament, eżami bbażat fuq mistoqsijiet dwar l-attivitajiet sesswali ta’ applikant tassew jissuġġerixxi li dawk l-awtoritajiet qed jibbażaw l-evalwazzjoni tagħhom fuq assunzjonijiet stereotipiċi dwar imġiba omosesswali. Domandi bħal dawn x’aktarx ma jkunux jistgħu jiddistingwu applikanti ġenwini minn dawk li ma humiex li jkunu tħarrġu fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, u għalhekk ma humiex xierqa u huma sproporzjonati skont it-tifsira tal-Artikolu 52(1) tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, huwa b’mod ċar kontra l-Artikolu 7 tal-Karta li l-applikanti jkunu meħtieġa jipproduċu provi bħal filmati jew ritratti jew jintalbu jagħmlu atti sesswali biex juru x’inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Nerġa’ nżid ngħid li l-valur probatorju ta’ dawn il-provi huwa dubjuż għaliex jista’ jiġi ffabbrikat jekk meħtieġ u l-applikant ġenwin ma jkunx jista’ jintgħaraf minn dak li ma huwiex.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Anki jekk applikant jagħti l-kunsens tiegħu għal kwalunkwe waħda mit-tliet prattiki (eżamijiet mediċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Ara l-Artikolu 3(2)(a) tal-Karta.</P></NOTE>, mistoqsijiet intrużivi, jew li jiġu pprovduti provi espliċiti), dan il-kunsens ma jibdilx l-analiżi tiegħi. Il-kunsens tal-applikant għal test mediku għal xi ħaġa (l-omosesswalità) li ma hijiex kundizzjoni medika rrikonoxxuta (i) ma jistax jirrimedja ksur tal-Artikolu 3 tal-Karta, (ii) ma jżidx il-valur probatorju ta’ kwalunkwe prova miksuba, u (iii) ma jistax jirrendi tali limitazzjoni tad-drittijiet iggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Karta proporzjonata għall-finijiet tal-Artikolu 52(1). Barra minn hekk, għandi wkoll dubji serji jekk applikant, li huwa l-parti vulnerabbli fil-proċedura għall-applikazzjoni tal-istatus ta’ refuġjat, jistax verament jitqies li jkun ta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kunsens liberu u informat għal kollox f’tali ċirkustanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-partijiet kollha li għamlu osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jaċċettaw li l-orjentazzjoni sesswali hija kwistjoni kumplessa. Għaldaqstant, meta jagħmlu l-evalwazzjoni tal-kredibbiltà, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx japplikaw ideat stereotipiċi għat-talbiet tal-applikanti. Id-determinazzjonijiet ma għandhomx jiġu bbażati fuq assunzjonijiet li hemm tweġibiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>korretti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>inkorretti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għal mistoqsijiet tal-eżaminatur — pereżempju, li applikant ma huwiex kredibbli jekk ma jkunx ħass anzjetà meta nduna li kien omosesswali u mhux eterosesswali, jew jekk jonqos milli juri għarfien ta’ kwistjonijiet politiċi jew attivitajiet partikolari li jikkonċernaw l-omosesswali. Dawn il-prattiki huma inkonsistenti mal-Artikolu 4(3)(c) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni li jeżiġi li l-awtortitajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi individwali u personali tal-applikant inkwistjoni. Inżid ngħid għall-kompletezza li l-għan tal-intervista huwa li l-applikant jiġi mistieden jirrakkonta l-istorja tiegħu. Jekk meta jagħmel hekk, pereżempju, minn rajh jagħti informazzjoni sesswali espliċita dwaru nnifsu, dik is-sitwazzjoni tista’ tingħaraf mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed jagħmlulu dawk il-mistoqsijiet. Madankollu, dawk l-awtoritajiet xorta jibqgħu obbligati jivvalutaw il-kredibbiltà tiegħu wara li jżommu f’moħħhom li informazzjoni bħal dik ma tistax tistabbilixxi l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. F’dan ir-rigward, niġbed l-attenzjoni għal-linji gwida tal-UNHCR.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li, billi ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-orjentazzjoni sesswali ta’ individwu definittivament, prattiki li huma intiżi għal dan ma għandu jkollhom l-ebda rwol fil-proċess ta’ evalwazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. Dawn il-prattiki jiksru l-Artikoli 3 u 7 tal-Karta. Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, jistgħu jiksru wkoll drittijiet oħrajn iggarantiti mill-Karta. L-evalwazzjoni biex jiġi stabbilit jekk l-istatus ta’ refuġjat għandux jingħata għandha tiffoka minflok fuq kemm huwa kredibbli l-applikant. Jiġifieri, jiġi kkunsidrat jekk dak li jgħid huwiex plawżibbli u koerenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċess tal-evalwazzjoni tal-kredibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-kredibbiltà ta’ applikant l-ewwel tiġi evalwata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>proċedura tal-ewwel istanza<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) li d-deċiżjoni tagħhom tista’ tkun suġġetta għall-istħarriġ ġudizzjarju jekk l-applikant jippreżenta appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qrati nazzjonali rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-proċedura tal-ewwel istanza jinsabu fil-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Proċeduri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>L-għan ta’ din id-direttiva huwa li jiġu stabbiliti standards minimi dwar proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti jew l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat, ara l-Artikolu 1.</P></NOTE>. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>awtorità determinanti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tidħol fit-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>awtoritajiet kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fid-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE> dwar applikazzjonijiet għall-ażil jittieħdu wara eżami adegwat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>Ir-rekwiżiti għal dak l-eżami huma stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(a) sa (c) tad-Direttiva tal-Proċeduri. Ara wkoll l-Artikoli 9 sa 11 ta’ din id-direttiva dwar ir-rekwiżiti għal deċiżjoni tal-awtorità determinanti, garanziji għall-applikanti u l-obbligi tal-applikanti.</P></NOTE>. L-applikanti għandhom jingħataw opportunità biex jipparteċipaw f’intervista personali qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Proċeduri.</P></NOTE>. Ir-rekwiżiti għall-intervista personali huma stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Proċeduri. Dawn jinkludu li jiġi żgurat li l-intervisti personali jsiru skont kundizzjonijiet li jippermettu lill-applikanti li jippreżentaw ir-raġunijiet għall-applikazzjonijiet tagħhom b’mod komprensiv. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali li jagħmlu dawn l-intervisti jkunu kompetenti biżżejjed u li l-applikanti jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ interpretu biex jassistihom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076"><P>Artikolu 13(3) tad-Direttiva tal-Proċeduri.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kredibbiltà, B jissottometti li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma taċċettax li l-kwistjoni tal-orjentazzjoni sesswali ta’ applikant għandha tiġi stabbilita sempliċement fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tiegħu allura l-oneru tal-prova għandu jaqa’ fuq l-awtoritajiet kompetenti biex jippruvaw li ma huwiex omosesswali.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx ma’ din il-pożizzjoni. Il-proċedura ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni ma tinvolvix proċess ġudizzjarju. Pjuttost tipprovdi opportunità għall-applikant biex jippreżenta l-istorja tiegħu u l-provi tiegħu u għall-awtoritajiet kompetenti biex jiġbru l-informazzjoni, biex jaraw u jisimgħu lill-applikant, biex jevalwaw l-imġiba tiegħu u biex jgħarblu l-plawżibbiltà u l-koerenza ta’ dak li jgħid l-applikant. Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tfisser li ż-żewġ partijiet jaħdmu lejn għan komuni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077"><P>Ara l-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fis-sentenza M.M, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:253">EU:C:2012:253</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 iktar ’il fuq, punt 59.</P></NOTE>. Huwa veru li dik id-dispożizzjoni tippermetti lill-Istati Membri li jeħtieġu mingħand l-applikant li jissottometti l-elementi neċessarji biex jissostanza t-talba tiegħu. Madankollu, ma jsegwix li huwa konformi mal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni li jiġi applikat xi rekwiżit ta’ prova li għandu l-effett li jkun prattikament impossibbli jew diffiċli eċċessivament (pereżempju standard għoli ta’ prova, bħal lil hinn minn kull dubju raġonevoli, jew standard kriminali jew kważi kriminali) biex applikant jissottometti l-elementi meħtieġa biex<?PAGE NO="18"?> jissostanzja t-talba tiegħu skont id-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078"><P>Ara pereżempju, il-Kawża 199/82 San Giorgio, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:318">EU:C:1983:318</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14, dwar regoli nazzjonali li ħtieġu prova li effettivament għamluha impossibbli li jkun hemm ħlas lura ta’ imposti miġburin bi ksur tad-dritt ta’ dik li kienet il-Komunità. F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ effettività jipprojbixxi Stat Membru milli jagħmel l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-UE impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli; ara l-Kawża C‑591/10 Littlewoods Retail Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. L-applikant lanqas ma għandu għalfejn ikun meħtieġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>jipprova<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> l-orjentazzjoni sesswali tiegħu b’xi standard (differenti) ieħor billi dik il-kwistjoni ma tistax tiġi pprovata bħala tali. Għaldaqstant, huwa importanti li l-uffiċjal li jkun qed jagħmel id-determinazzjoni jkollu opportunità li jara lill-applikant jgħid l-istorja tiegħu jew tal-inqas ikollu rapport sħiħ dwar l-imġiba tiegħu matul l-eżami (jiena nippreferi tal-ewwel).</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Applikanti ġenwini għall-istatus ta’ refuġjat ta’ spiss isibu lilhom innifishom jitolbu l-ażil għaliex ikunu għaddew minn trawma u sofrew ċirkustanzi diffiċli u ta’ dwejjaq. Ta’ spiss ikun meħtieġ li dak li jkun jagħtihom il-benefiċċju tad-dubju meta jiġi biex jevalwa l-kredibbiltà tal-istqarrijiet tagħhom u d-dokumenti mibgħuta insostenn ta’ dan. Jidhirli li dak huwa l-prinċipju wara l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. Madankollu, meta tingħata informazzjoni li tqanqal raġunijiet sodi sabiex il-veraċità tas-sottomissjonijiet ta’ dak li qed jitlob l-ażil titqiegħed fid-dubju, l-individwu għandu jipprovdi spjegazzjoni sodisfaċenti għad-diskrepanzi allegati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079"><P>Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza J.H. vs Ir-Renju Unit, Nru 48839/09, punt 50, tal-<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-kredibbiltà ta’ applikant hija dubjuża, għandu jiġi mgħarraf b’dan qabel ma ssir determinazzjoni negattiva fil-konfront tiegħu?</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Proċeduri ma fiha l-ebda rekwiżit bħal dan. L-Artikolu 14(1) sempliċement jeħtieġ li jsir u jingħata rapport tal-istatus tal-intervista personali lill-applikant, li jkollu fih <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għall-inqas<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> l-informazzjoni essenzjali dwar l-applikazzjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-parti kkonċernata biex tapprova l-kontenut tagħha, u li l-punti li ma jkunx jaqbel magħhom jistgħu jitpoġġew, jekk ikun il-każ, fil-fajl personali tiegħu. Għalhekk hemm maħsub biex l-applikant jiġi ggarantit opportunità biex jirranġa ċerti elementi jew qabel deċiżjoni tiġi adottata jew, jekk le, wara l-adozzjoni tagħha fil-kuntest ta’ appell. Barra minn hekk, meta applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat tiġi miċħuda, ir-raġunijiet għandhom jissemmew fid-deċiżjoni rilevanti u għandha tingħata informazzjoni fuq kif dik id-deċiżjoni tiġi kkontestata (l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Proċeduri).</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Dawn il-proċeduri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080"><P>Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni moqri flimkien mad-Direttiva tal-Proċeduri.</P></NOTE> huma ddisinjati biex jiżguraw li l-applikant ikollu smigħ xieraq fl-ewwel istanza. L-applikant għandu opportunità li jressaq il-każ tiegħu u jiġbed elementi oħrajn għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-istadju tal-intervista personali. Madankollu, ma huwiex ċar mid-Direttiva tal-Proċeduri jekk il-leġiżlatur kellux speċifikament f’moħħu sa fejn l-evalwazzjoni tal-kredibbiltà tista’ tiddetermina każijiet bħal dawk fil-proċeduri prinċipali, meta l-istatus ta’ refuġjat jintalab fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tal-applikant imma ma jkun hemm l-ebda prova biex tikkorrabora l-allegata omosesswalità tiegħu. F’każijiet bħal dawn, l-imġiba tal-applikant meta jirrakkonta l-istorja tiegħu hija importanti daqs l-istorja attwali nnifisha. Id-Direttiva tal-Proċeduri ma teħtieġx li d-determinazzjoni ssir mill-uffiċjal li jagħmel l-intervista (skont l-Artikoli 12 u 13 ta’ din id-direttiva). Għaldaqstant, determinazzjoni tista’ ssir minn uffiċjal li la ra u lanqas sema’ lill-applikant, fuq il-bażi ta’ fajl li forsi fih rapport bi spazji vojta li jindikaw li l-applikant naqas milli jwieġeb mistoqsijiet dwar l-imġiba sesswali tiegħu jew juri għarfien tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>drittijiet tal-gays<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Filwaqt li intervisti rrikordjati f’forma vidjo jistgħu sa ċertu punt jimmitigaw din il-problema, din ma hijiex nieqsa mill-perikoli tagħha, partikolarment f’qasam sensittiv bħal dan.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-kawża M.M.<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0081"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rispett tad-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi d-dritt ta’ kull persuna li tinstema’, u huwa meħtieġ anki meta l-leġiżlazzjoni applikabbli ma tipprovdix espressament għal rekwiżit proċedurali bħal dan<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082"><P>Sentenza M.M., <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 iktar ’il fuq, punti 83 u 86 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Barra minn hekk, dan id-dritt jiggarantixxi lil kull persuna l-opportunità li ssemma l-fehmiet tagħha b’mod effettiv matul proċedura amministrattiva u qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwa l-interessi tagħha b’mod ħażin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083"><P>Sentenza M.M., <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 iktar ’il fuq, punt 87. Artikolu 41 tal-Karta huwa, bħala tali, indirizzat biss lill-istituzzjonijiet tal-UE u mhux lill-Istati Membri; ara, pereżempju, il-Kawża C‑482/10 Cicala, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28. Madankollu, kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza M.M., l-Istati Membri huma suġġetti għall-prinċipji ġenerali sanċiti f’din id-dispożizzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, nuqqas (i) li applikant jiġi informat li l-applikazzjoni tiegħu x’aktarx ma hijiex ser tirnexxi għaliex l-awtoritajiet kompetenti jiddubitaw il-kredibbiltà tiegħu, (ii) li jingħatawlu r-raġunijiet għal dik il-fehma, u (iii) li jingħata l-opportunità li jindirizza dawn il-preokkupazzjonijiet speċifiċi jista’ jirriżulta fi ksur ta’ dan ir-rekwiżit proċedurali ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-każijiet inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali, il-qorti tar-rinviju tispjega li skont ir-regoli proċedurali applikati fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-applikanti rispettivi għandhom jingħataw opportunità jikkummentaw fuq ir-riżultati tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-kwistjoni tal-kredibbiltà. Bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju li dak huwa li fil-fatt ġara hawnhekk, jiena ma naħsibx li dawn il-każijiet iwasslu għal tali ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(5)(b) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni jgħid li fejn aspetti tal-istqarrijiet ta’ applikant ma humiex sostnuti bi provi oħra, għandhom jiġu sottomessi l-elementi rilevanti kollha li l-applikant għandu għad-dispożizzjoni tiegħu u għandha tingħata spjegazzjoni sodisfaċenti dwar kull nuqqas ta’ element rilevanti ieħor. Dan jissuġġerili li l-proċeduri għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom l-opportunità li jindirizzaw speċifikament mistoqsijiet dwar il-kredibbiltà tagħhom f’każijiet meta l-unika prova tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom hija d-dikjarazzjoni tagħhom stess.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa kemm mixtieq u kif ukoll prudenti għall-Istati Membri li jiżguraw li l-applikanti jingħataw din l-opportunità biex jindirizzaw preokkupazzjonijiet speċifiċi dwar il-kredibbiltà tagħhom matul l-istadju amministrattiv (jew il-proċedura tal-ewwel istanza), qabel ma tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet determinanti.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Kemm A kif ukoll B jikkontestaw id-deskrizzjoni tal-qorti tar-rinviju tal-mod kif id-Direttivi tal-Kwalifikazzjoni u tal-Proċeduri ġew trasposti fid-dritt nazzjonali u l-proċess tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ refuġjat fil-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod partikolari s-sistema tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Min-naħa tiegħu, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi jindika li jikkunsidra d-deskrizzjoni tal-qorti tar-rinviju bħala informata u preċiża. Il-qorti tar-rinviju indikat li l-qrati li qed jisimgħu l-appelli tat-tliet applikanti mid-deċiżjonijiet tal-Ministru eżaminaw il-kwistjoni tal-kredibbiltà rispettiva tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Hemm kwistjoni ta’ prinċipju dwar kemm għandu jkun intensiv stħarriġ ta’ deċiżjoni amministrattiva negattiva meta jkun in-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-applikant ir-raġuni għaċ-ċaħda ta’ talba għall-istatus ta’ refuġjat. Dan l-istħarriġ għandu jkun ristrett għal punti ta’ dritt, jew għandu jestendi għall-eżami tal-provi? Din il-kwistjoni ma tqajmitx mill-qorti tar-rinviju f’dawn il-proċeduri u għalhekk minix ser nindirizzaha hawnhekk. Barra minn hekk, billi ma huwiex l-iskop tal-proċedura ta’ talba għal deċiżjoni preliminari li jiġi eżaminat jekk l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi naqasx milli jwettaq<?PAGE NO="20"?> l-obbligi tiegħu fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni jew tad-Direttiva tal-Proċeduri (dawn ma humiex proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu), il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex meħtieġa tiddeċiedi fuq id-differenzi bejn A u B u l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar is-sistema li qiegħda attwalment fis-seħħ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084"><P>Kawżi magħquda C‑447/08 u C‑448/08 Sjöberg and Gerdin, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:415">EU:C:2010:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Huma differenti l-limiti skont id-dritt tal-UE li japplikaw għall-evalwazzjoni tal-kredibbiltà ta’ applikazzjonijiet għall-istatus ta’ refuġjat ibbażat fuq l-orjentazzjoni sesswali minn dawk li japplikaw għal talbiet ibbażati fuq raġunijiet oħra ta’ persekuzzjoni fid-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni?</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jiena naħseb li le.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Il-Karta tipprovdi l-kuntest ġenerali għall-interpretazzjoni kemm tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni kif ukoll tad-Direttiva tal-Proċedura fir-rigward tar-raġunijiet kollha ta’ persekuzzjoni li hemm fl-Artikolu 10 tal-ewwel waħda. Jista’ jagħti l-każ li jiġu invokati drittijiet fundamentali differenti fir-rigward ta’ raġunijiet differenti. Pereżempju d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon (l-Artikolu 10 tal-Karta) jista’ loġikament jiġi invokat fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat ibbażata fuq raġunijiet ta’ persekuzzjoni reliġjuża<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085"><P>Artikolu 10(2)(b) tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni.</P></NOTE>. Madankollu, fl-applikazzjonijiet kollha għall-istatus ta’ refuġjat l-evalwazzjoni ta’ fatti u ta’ ċirkustanzi hija suġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni u fid-Direttiva tal-Proċeduri. Din il-fehma hija konsistenti mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sanċit fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u fl-Artikolu 21 tal-Karta. Il-lakuni li identifikajt fil-leġiżlazzjoni jkunu ugwalment rilevanti għall-applikazzjonijiet bbażati fuq kwalunkwe raġuni ta’ persekuzzjoni elenkata fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni sa fejn il-kredibbiltà tal-applikant hija l-kwistjoni ewlenija meta jkun hemm ftit li xejn jew ebda provi korroborattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Diġà indikajt li d-domanda tal-qorti tar-rinviju saret f’termini astratti u li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ferm ftit materjal quddiemha għar-rigward taċ-ċirkustanzi tal-każijiet individwali fil-proċeduri prinċipali. Għal kompletezza, ser nagħmel dawn il-kummenti dwarhom.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>A indika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li kien lest jissottometti ruħu għal eżami biex jipprova l-orjentazzjoni omosesswali tiegħu. Madankollu, jiena tal-fehma li ma jkunx konsistenti mal-Artikoli 3 u 7 tal-Karta għall-dawk l-awtoritajiet li jaqblu fuq proċedura bħal dik sabiex jistabbilixxu l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Il-Ministru rrifjuta l-applikazzjoni ta’ B għaliex (i) iddeċieda li dak li qal B ma kienx adegwat u (ii) B ma ssodisfax l-aspettattivi dwar kif raġel omosesswali minn familja Musulmana u fejn l-omosesswalità ma hijiex aċċettata jista’ jirreaġixxi meta jsir konsapevoli li huwa nnifsu huwa omosesswali. Sa fejn id-deċiżjoni tal-Ministru kienet ibbażata fuq (i), hija l-qorti nazzjonali rilevanti, bħala l-uniku ġudikant tal-fatti, li għandha tiddetermina jekk B ingħatax opportunità adegwata biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li d-dritt ta’ B għal amministrazzjoni tajba jiġi rrispettat, huwa importanti li l-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw li B ġie informat bil-punti fejn elementi biex jissostanzjaw dak li qal nstabu li kienu neqsin u li ngħata l-opportunità li jindirizza dawn il-preokkupazzjonijiet. Madankollu, fir-rigward ta’ (ii), ma jkunx konsistenti mal-Artikolu 4(3)(c) tad-Direttiva għall-awtoritajiet nazzjonali li jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom biss fuq assunzjoni stereotipika li għaliex B huwa Musulman u minn pajjiż fejn l-omosesswalità ma hijiex aċċettata dak li jgħid mhux kredibbli mingħajr stqarrija li tagħti d-dettalji dwar l-emozzjonijiet tiegħu u kif wasal biex jaċċetta l-omosesswalità tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Il-Ministru ċaħad it-talba ta’ C billi ddeċieda li: (i) kienet inkonsistenti; (ii) kellha informazzjoni nieqsa billi C ma spjegax b’mod ċar kif irrealizza li kien omosesswali; u (iii) li film li juri lil C qed jagħmel att sesswali ma’ raġel ma jistabbilixxix l-orjentazzjoni omosesswali ta’ C. Fir-rigward tal-punti (i) u (ii), sa fejn id-deċiżjoni tal-Ministru hija bbażata fuq dawk il-punti, hija l-qorti nazzjonali, bħala l-uniku ġudikant tal-fatti, li għandha tiddetermina jekk C ingħatax opportunità adegwata biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li d-dritt ta’ C għall-amministrazzjoni tajba jiġi rrispettat huwa importanti għall-awtoritajiet nazzjonali li jiżguraw li C kien informat bil-punti fejn elementi biex jissostanzjaw dak li qal instabu li kienu neqsin u li ngħata l-opportunità li jindirizza dawn il-preokkupazzjonijiet. Fir-rigward ta’ (iii), jiena nikkunsidra li jmur kontra l-Artikoli 3 u 7 tal-Karta li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw provi minn C ta’ film li jurih jagħmel att sesswali.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett nissuġġerixxi li jkun kemm mixtieq kif ukoll prudenti li jiġi żgurat li t-tliet applikanti jkollhom l-opportunità li jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni speċifika dwar il-kredibbiltà tagħhom matul l-istadju amministrattiv (jew il-proċedura tal-ewwel istanza), qabel ma tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet determinanti; u li l-uffiċjal li jagħmel id-determinazzjoni jew (preferibbilment) ikun ra l-imġiba tagħhom meta jirrakkontaw l-istejjer rispettivi tagħhom jew għall-inqas ikollu aċċess għall-informazzjoni li tindika kif ġabu ruħhom matul il-proċess tal-intervista.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti risposta għad-domandi li saru mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) f’dan is-sens:</TXT><P>Meta applikazzjoni għall-istatus ta’ refuġjat magħmula skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> (dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija) u evalwata skont ir-regoli fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE> (dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat), tkun ibbażata fuq it-talba li l-applikant jappartjeni għal grupp soċjali minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83, dik l-applikazzjoni hija suġġetta għall-evalwazzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi għall-finijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/83. L-iskop ta’ din l-evalwazzjoni huwa biex jiġi stabbilit jekk dak li jgħid l-applikant huwiex kredibbli; u meta jagħmlu l-eżami tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 7 tagħha.</P><P>Stqarrija mill-applikant dwar l-allegata orjentazzjoni sesswali tiegħu stess hija element importanti li għandu jitqies. Iżda, prattiki bħal eżamijiet mediċi, eżamijiet psewdomediċi, mistoqsijiet intrużivi dwar l-attivitajiet sesswali tal-applikant u l-aċċettazzjoni ta’ provi espliċiti li juru applikant qed jagħmel atti sesswali huma inkompatibbli mal-Artikoli 3 u 7 tal-Karta; u mistoqsijiet ġenerali minn awtoritajiet kompetenti bbażati fuq fehmiet stereotipiċi tal-omosesswali huma inkonsistenti mal-evalwazzjoni tal-fatti dwar individwu partikolari meħtieġ mill-Artikolu 4(3)(c) tad-Direttiva 2004/83/KE.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>