<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-561/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0561</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:29">EU:T:2018:29</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180125">25.1.2018</DATE> – Kawża T-561/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Galocha vs Impriża Konġunta <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Fusion for Energy<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal bil-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura tal-għażla tal-Impriża Konġunta <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Fusion for Energy<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Listi ta’ riżerva</KEYWORD><KEYWORD>Irregolarità tal-proċedura tal-għażla</KEYWORD><KEYWORD>Atti sussegwenti intiżi għal terzi</KEYWORD><KEYWORD>Interess ta’ terzi</KEYWORD><KEYWORD>Interess tas-servizz</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑561/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Yosu Galocha</HT>, residenti f’Madrid (Spanja), irrappreżentat minn A. Asmaryan Degtyareva u R.-B. Dan, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni</HT>, irrappreżentata minn R. Hanak, G. Poszler u S. Bernal Blanco, bħala aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, b’mod partikolari, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-għażla, ikkomunikata permezz tal-ittra elettronika tal-kap tal-unità tar-riżorsi umani tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, tal-<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li ma jitniżżilx l-isem tar-rikorrent fil-listi ta’ riżerva tal-proċedura tal-għażla F4E/CA/ST/FGIV/2015/001, għall-annullament tal-imsemmija listi ta’ riżerva u għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati l-kandidati b’suċċess li jidhru f’dawn il-listi,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, A. Dittrich (Relatur) u P. G. Xuereb, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjonijiet ikkontestati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fusion for Energy<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), impriża konġunta fis-sens tal-Artikolu 45 tat-Trattat Euratom, ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom, tas-<DATE ISO="20070327">27 ta’ Marzu 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="090" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 90, p. 58</REF.DOC.OJ>). Bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-Anness tal-imsemmija deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Personalità ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, din l-impriża għandha l-personalità ġuridika u għandha, fit-territorju ta’ kull wieħed mill-membri tagħha, il-kapaċità legali l-iktar wiesgħa mogħtija lill-persuni ġuridiċi mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rispettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Yosu Galocha, ħadem fil-postijiet ta’ Fusion for Energy f’Barcelona (Spanja) mit-<DATE ISO="20140423">23 ta’ April 2014</DATE> bħala aġent interim u mill-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE> bħala kuntrattur estern. Fi Frar 2016, il-kuntratt ta’ Fusion for Energy mal-impriża li r-rikorrent kien jaħdem għaliha ġie fi tmiemu u, minn dik id-data, ma jaħdimx iktar fil-postijiet ta’ Fusion for Energy.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150205">5 ta’ Frar 2015</DATE>, Fusion for Energy ippubblikat, fuq is-sit tal-Internet tagħha, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti F4E/CA/ST/FGIV/2015/001, li hija intiża għall-kostituzzjoni ta’ żewġ listi ta’ riżerva ta’ reklutaġġ ta’ uffiċjali ta’ sostenn tal-kontroll tal-ispejjeż, waħda ta’ erba’ kandidati b’suċċess, għal sit tagħha ta’ Barcelona, u l-oħra, ta’ erba’ kandidati b’suċċess ukoll, għal sit tagħha ta’ Cadarache (Franza). Il-kandidati b’suċċess kellhom jiġu rreklutati bħala membri tal-persunal bil-kuntratt abbażi tal-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>KAA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), għal tul ta’ żmien, li ma jiġġeddidx, ta’ massimu ta’ tliet snin. Fil-punt 3 tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni, fir-rigward tal-informazzjoni supplimentari dwar il-proċedura tal-għażla tal-persunal bil-kuntratt, kien sar riferiment għal gwida għall-kandidati, li tqiegħdet online fis-sit tal-Internet ta’ Fusion for Energy, kif ukoll tal-KAA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 5 tal-gwida għall-kandidati, li kien disponibbli matul il-proċedura tal-għażla, kien intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tal-għażla<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Kien jipprevedi b’mod partikolari l-istituzzjoni ta’ kumitat tal-għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Sezzjoni 1 tal-punt 5 intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Evalwazzjoni tal-kandidaturi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, it-tielet subparagrafu, tal-gwida għall-kandidati kien jipprevedi li l-kandidati eliġibbli li kellhom l-aħjar profili kellhom jiġu mistiedna jgħaddu testijiet orali u bil-miktub. Il-ħames subparagrafu kien jipprevedi li l-informazzjoni l-iktar dettaljata li tirrigwarda d-data, il-ħinijiet u l-indirizz li fihom iseħħu dawn it-testijiet orali u bil-miktub kellhom jiġu indikati fil-konvokazzjonijiet mibgħuta lill-kandidati eliġibbli. Finalment, mis-sitt subparagrafu kien jirriżulta li, skont in-numru ta’ kandidati, dawn tal-aħħar setgħu jiġu mistiedna jgħaddu testijiet orali u bil-miktub l-istess jum jew f’diversi jiem wara xulxin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-sezzjoni 2 tal-punt 5 intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għażla<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tal-gwida għall-kandidati kienu jidhru suċċessivament it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Eżami orali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Eżami bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u t-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Aspetti proċedurali tal-eżamijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>eżami orali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kien indikat li l-imsemmi eżami kien maħsub bil-għan li jgħin lill-membri tal-kumitat tal-għażla li jevalwaw il-preżentazzjoni ġenerali u l-motivazzjoni tal-kandidat, il-kapaċità tiegħu għall-eżerċizzju tal-kompiti deskritti taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Responsabbilitajiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni, il-konjizzjonijiet speċjalizzati tiegħu fil-qasam inkwistjoni, il-kapaċità tiegħu li jesprimi ruħu fil-lingwi tax-xogħol ta’ Fusion for Energy u l-kapaċità tiegħu ta’ adattament f’ambjent multi-kulturali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>eżami bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, kien previst li, matul dan l-eżami, kienu ser jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kompetenzi speċifiċi proprji għall-post vakanti li għalih il-proċedura tal-għażla kienet tnediet, il-kwalità tal-espressjoni bil-miktub tal-kandidat u l-preżentazzjoni tiegħu kif ukoll il-kapaċitajiet ġenerali u lingwistiċi tiegħu sa fejn kienu neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Aspetti proċedurali tal-eżamijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fit-tieni paragrafu, kien indikat li l-evalwazzjoni tal-kandidati tkun kompluta biss meta kull wieħed minnhom ikun ipparteċipa f’żewġ eżamijiet, orali u bil-miktub, u li din l-evalwazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultat milħuq fil-kuntest taż-żewġ eżamijiet. Il-ħames paragrafu kien ifakkar b’mod partikolari li kull kuntatt mal-membri tal-kumitat tal-għażla kien projbit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta l-kandidatura tiegħu għall-proċedura tal-għażla attivata mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, l-unità tar-riżorsi umani ta’ Fusion for Energy laqqa’ lir-rikorrent għal intervista. F’ittra annessa ma’ din l-ittra elettronika, ir-rikorrent ġie infurmat bil-fatt li l-intervista kellha tul ta’ madwar 45 minuta u li kien ser jiżvolġi prinċipalment bl-Ingliż, bil-għan li jgħin lill-membri tal-kumitat tal-għażla li jevalwaw il-preżentazzjoni ġenerali u l-motivazzjoni tiegħu, il-kapaċità tiegħu għall-eżerċizzju tal-kompiti deskritti taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Responsabbilitajiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni, il-konjizzjonijiet speċjalizzati tiegħu fil-qasam inkwistjoni, il-kapaċità tiegħu li jesprimi ruħu fil-lingwi tax-xogħol ta’ Fusion for Energy u l-kapaċità tiegħu ta’ adattament għal ambjent multi-kulturali. Ma kien jinsab ebda riferiment għal eżami bil-miktub f’din l-ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150511">11 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-rikorrent ipparteċipa għall-eżami orali tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni,</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ma ntbagħtet ebda stedina għal eżami bil-miktub lir-rikorrent u lanqas lill-kandidati l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra elettronika tal-<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-kap tal-unità tar-riżorsi umani ta’ Fusion for Energy informa lir-rikorrent, f’isem il-kumitat tal-għażla, li, fid-dawl tal-eżamijiet orali u bil-miktub li għalihom kien ipparteċipa, il-kumitat tal-għażla kien iddeċieda li ma jniżżilx ismu fuq il-listi ta’ riżervi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-istess jum, ir-rikorrent ressaq talba għal eżami mill-ġdid ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-kumitat tal-għażla. F’din it-talba, huwa argumenta li ebda eżami bil-miktub ma kien ġie organizzat u kien qed jitlob li r-riżultati tal-għażla mħaddma fuq l-uniku bażi tal-eżami orali jkunu annullati u li l-eżami bil-miktub ikun organizzat qabel ma l-kumitat tal-għażla ma tieħu deċiżjoni finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ukoll fl-istess jum, ir-rikorrent ressaq ilment abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Regolamenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt bis-saħħa tal-Artikolu 117 tal-KAA, quddiem l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ASTK<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), jiġifieri id-direttur ta’ Fusion for Energy. F’din tal-aħħar, huwa argumenta li ebda eżami bil-miktub ma kien ġie organizzat u kien qed jitlob li r-riżultati tal-għażla mħaddma fuq l-uniku bażi tal-eżami orali jkunu annullati u li l-eżami bil-miktub ikun organizzat qabel ma l-kumitat tal-għażla ma tieħu deċiżjoni finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra elettronika tat-<DATE ISO="20150703">3 ta’ Lulju 2015</DATE>, il-kumitat tal-għażla ċaħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-listi ta’ riżerva stabbiliti fuq il-bażi tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni jinkludu kull wieħed mill-ismijiet tal-erba’ kandidati b’suċċess. L-isem tar-rikorrent ma jagħmilx parti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, wieħed mill-kandidati b’suċċess li jidher fuq dawn il-listi ġie indirizzat offerta ta’ impjieg minn Fusion for Energy. Adotta l-funzjonijiet tiegħu fl-<DATE ISO="20150801">1 ta’ Awwissu 2015</DATE> f’Cadarache. Fl-<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE>, ieħor minn dawn il-kandidati b’suċċess ġie indirizzat offerta ta’ impjieg minn Fusion for Energy. Adotta l-funzjonijiet tiegħu fl-<DATE ISO="20151101">1 ta’ Novembru 2015</DATE> f’Cadarache.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fit-<DATE ISO="20150818">18 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrent ppreżenta dan ir-rikors. Dan tal-aħħar ġie irreġistrat taħt in-numru F-117/15.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-istess jum, ir-rikorrent ressaq talba għal miżuri provviżorji intiża li l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jordna, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ Fusion for Energy li jirrigwardaw ir-reklutaġġ tal-uffiċjali ta’ sostenn tal-kontroll tal-ispejjeż u, min-naħa l-oħra, sussidjarjament, is-sospensjoni tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-imsemmija membri tal-persunal fil-każ fejn dawn diġà assumewhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara talba għal miżuri provviżorji, Fusion for Energy iddeċidiet li tissospendi l-użu tal-listi ta’ riżerva sabiex tistenna deċiżjoni f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE>, il-proċedura fil-kawża prinċipali ġiet sospiża skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 91(4) tar-Regolamenti, sabiex tistenna risposta għall-ilment tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>, Fusion for Energy ċaħdet l-ilment tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-talba għal miżuri provviżorji ġiet miċħuda permezz ta’ digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Galocha vs Impriża Konġunta <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Fusion for Energy<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/></NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑117/15 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:114">EU:F:2015:114</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u l-ispejjeż ġew irriżervati. F’dan id-digriet, il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/><HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, il-motiv tar-rikorrent ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni u tal-gwida għall-kandidati kien ibbażat u li kien jeżisti għalhekk <HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT>. Madankollu, ir-rikorrent ma kienx stabbilixxa li l-kundizzjoni dwar l-urġenza kienet sodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku neħħa s-sospensjoni tal-proċedura f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, Fusion for Energy ppreżentat ir-risposta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-rikorrent ppreżenta r-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, Fusion for Energy ppreżentat il-kontroreplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza f’tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="137" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 200, p. 137</REF.DOC.OJ>), din il-kawża ġiet ittrasferita lill-Qorti Ġenerali fl-istat li din kienet tinsab fid-data tal-<DATE ISO="20160831">31 ta’ Awwissu 2016</DATE>. Hija ġiet irreġistrata taħt in-numru T-561/16 u mogħtija lill-Ħames Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (il-Ħamest Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, għamlet xi mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet u talbet lil Fusion for Energy li tipproduċi d-dokumenti relatati mal-kawża. Il-partijiet wieġbu għal dawn id-domandi u Fusion for Energy ipproduċiet dawn id-dokumenti fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għad-domandi tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-proċedura tal-għażla inkwistjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-listi ta’ riżerva stabbiliti wara l-proċedura ta’ għażla inkwistjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati kandidati b’suċċess li jidhru f’dawn il-listi;</P></ITEM><ITEM><P>tirrikonoxxi l-fondatezza tal-organizzazzjoni ta’ proċedura ġdida tal-għażla għall-postijiet ta’ uffiċjal ta’ sostenn tal-kontroll tal-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>tirrikonoxxi l-adegwatezza tal-eżami bil-miktub fil-kuntest tal-proċedura ta’ għażla ġdida għall-postijiet ta’ uffiċjal ta’ sostenn tal-kontroll tal-ispejjeż u tirrikonoxxi l-fondatezza tal-organizzazzjoni immedjata tagħha sabiex jintgħażlu kandidati;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara inġusta u tinvalida l-possibbiltà għal Fusion for Energy biex ma torganizzax l-eżami bil-miktub fil-kuntest tal-proċeduri tal-għażla li hija pprevediet fil-verżjoni aġġornata tal-gwida għall-kandidati;</P></ITEM><ITEM><P>tordna kwalunkwe miżura li tqis xieraq sabiex tiġi repetuta l-proċedura ta’ għażla skont ir-regoli stabbiliti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni u mar-regoli esposti fil-Gwida għall-kandidati indikata fl-imsemmi avviż, peress li huwa obbligatorju l-organizzazzjoni tal-eżami orali u tal-eżami bil-miktub;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Fusion for Energy għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fusion for Energy titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors parzjalment inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>fi kwalunkwe każ, tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad kull miżura mitluba mir-rikorrent, billi tiddikjarahom inammissibbli jew infondati;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż u għall-ispejjeż kollha l-oħra relatati mal-proċedura.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv uniku, ibbażat fuq irregolarità tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iressaq motiv uniku, ibbażat fuq irregolarità tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni. F’dan ir-rigward, huwa jsostni, b’mod partikolari, li l-kumitat tal-għażla ma organizzax l-eżami bil-miktub, minkejja li l-avviż inkwistjoni kien jipprevedi l-organizzazzjoni ta’ tali eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fusion for Energy tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Filwaqt li tikkonċedi li l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni kien jagħmel riferiment għall-gwida għall-kandidati u li l-imsemmija gwida kienet tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ eżami bil-miktub, Fusion for Energy targumenta li l-indikazzjoni ta’ tali eżami ġiet il-konsegwenza ta’ żball amministrattiv involontarju. Fil-kuntest tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni, hija ma riditx torganizza eżami bil-miktub. Din il-proċedura li tikkonċerna l-pożizzjonijiet għal tul ta’ żmien speċifiku, li tirrispondi għall-bżonnijiet urġenti, kellha bżonn mod ta’ għażla iqsar u inqas kumpless.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont Fusion for Energy, ma kienx jirriżulta mill-gwida għall-kandidati u mill-kuntest tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni li eżami bil-miktub mingħajr ebda dubju possibbli kellu jseħħ. Ir-rikorrent missu għamel domandi sabiex jikkjarifika dan il-punt qabel l-intervista jew fl-okkażjoni tagħha. Skont Fusion for Energy, għalkemm ir-rikorrent kien realment ippreparat għall-eżamijiet orali u bil-miktub billi segwa l-istruzzjonijiet li jidhru fil-gwida għall-kandidati, il-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri tal-għażla ta’ Fusion for Energy u l-perspettiva tal-proċedura tal-għażla tal-persunal il-ġdid, ikun sorprendenti li ma fittix li jikkjarifika dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Fusion for Energy ssostni li, għall-pożizzjonijiet bħal dak ta’ uffiċjal ta’ sostenn tal-kontroll tal-ispejjeż, il-preparazzjoni ta’ eżami orali ma hijiex differenti minn dik ta’ eżamijiet ikkunsidrat flimkien orali u bil-miktub. Il-gwida għall-kandidati ma tiddefinixxix il-prijorità bejn l-eżamijiet differenti li jistgħu jiġu organizzati fil-kuntest ta’ proċedura tal-għażla. Konformement mal-mudell tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni, għall-pożizzjoni ta’ uffiċjal bil-kuntratt ta’ tul taż-żmien qasir, il-kandidati għandhom jiġu magħżula skont l-ittri ta’ motivazzjoni tagħhom, il-kurrikuli tagħhom u l-eżamijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-kandidati kollha għall-proċedura tal-għażla inkwistjoni kienu ġew suġġetti għall-istess rekwiżiti, peress li ebda minnhom ma kien wettaq eżami bil-miktub. F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont Fusion for Energy, ir-rikorrent ma kienx jinsab f’sitwazzjoni sfavorevoli meta mqabbel ma’ kandidati oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Finalment, Fusion for Energy żżid tgħid li, fir-rigward tar-rikorrent, ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni ma kienx ikun differenti jekk dan kellu konjizzjoni tal-fatt li ebda eżami bil-miktub ma kien organizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bis-saħħa tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/198 u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tal-anness tal-imsemmija deċiżjoni, moqrija fid-dawl tal-premessa 15 ta’ din id-deċiżjoni, il-KAA hija applikabbli għall-uffiċjali bil-kuntratt ta’ Fusion for Energy u li l-kandidati b’suċċess tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni kellhom jiġu rreklutati bħala uffiċjali bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tal-KAA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi rrilevat li jirriżulta mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni li eżami bil-miktub kellu jiġi organizzat. Fil-fatt, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmi avviż jirreferi għall-gwida għall-kandidati fir-rigward tal-informazzjoni supplimentari relatata mal-proċedura tal-għażla inkwistjoni. Din il-gwida għandha għalhekk, tiġi kkunsidrata bħala li tifforma parti integrali tal-imsemmi avviż. It-tieni nett, skont il-verżjoni tal-imsemmija gwida li kienet applikabbli matul l-imsemmija proċedura, kien previst li jkunu organizzati eżami bil-miktub u eżami orali. It-tielet nett, għandu jiġi kkonstatat li la l-imsemmi avviż u lanqas l-imsemmija gwida ma jinkludu elementi li jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-eżami orali seta’ jkun eliminatorju jew li dispensa tal-eżami bil-miktub seta’ jiġi deċiż matul il-proċedura tal-għażla inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-indikazzjonijiet li jidhru fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni, u għalhekk ukoll dawk li jidhru fil-gwida għall-kandidati, li għaliha l-imsemmi avviż kien jagħmel riferiment, kienu vinkolanti għal Fusion for Energy u kellhom għalhekk jiġu osservati mill-kumitat tal-għażla tal-ASTK. Fil-fatt, il-funzjoni ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti hija, minn naħa, li jinforma lill-persuni kkonċernati, b’mod daqstant preċiż daqs kemm huwa possibbli, dwar in-natura tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex timtela pożizzjoni sabiex jitqiegħdu fil-pożizzjoni li jkunu jistgħu jevalwaw jekk hemmx lok għalihom li jippreżentaw il-kandidatura tagħhom, u, min-naħa l-oħra, li jiġi stabbilit il-kuntest ta’ legalità li fir-rigward tiegħu l-istituzzjoni għandha l-intenzjoni li twettaq l-eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040121">21 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Robinson vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑328/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:13">EU:T:2004:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). In-natura vinkolanti tal-avviż inkwistjoni huwa barra minn hekk ikkonfermat mill-Parti A, punt 2.1 tal-leġiżlazzjoni relatata mal-proċeduri tal-għażla ta’ Fusion for Energy tal-<DATE ISO="20130401">1 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li, jekk wieħed jagħmel evalwazzjoni tar-rikorrent u tal-kandidati l-oħra eliġibbli mingħajr ma jkun organizza eżami bil-miktub, il-kumitat tal-għażla ma osservax il-modalitajiet previsti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni, minkejja li kien obbligat li josservahom. Għalhekk, ir-rikorrent jargumenta ġustament li, f’dan ir-rigward, il-proċedura tal-għażla inkwistjoni kienet vvizzjata b’irregolarità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Ebda argument imressaq minn Fusion for Energy ma jista’ jikkontesta din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-ewwel nett, Fusion for Energy issostni li r-riferimenti għal eżami bil-miktub li kienu jidhru fil-gwida għall-kandidati u fl-ittra elettronika tal-<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE> kienu l-konsegwenza ta’ żball amministrattiv. Il-kumitat tal-għażla u l-ASTK ma kinux ġew ikkonsultati dwar il-gwida għall-kandidati u ma kinux iffirmawha. F’dan il-kuntest, Fusion for Energy targumenta wkoll li, bis-saħħa tal-Artikolu 5(4) u (5) tal-mudell ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni, l-organizzazzjoni ta’ eżami bil-miktub ma hijiex obbligatorja għal pożizzjonijiet ta’ tul taż-żmien speċifiku li għandhom jimtlew f’terminu qasir. Barra minn hekk, skont Fusion for Energy, ma kienx jirriżulta mill-gwida għall-kandidati li eżami bil-miktub kellu jseħħ mingħajr ebda dubju possibbli u r-rikorrent kellu jsir konxju minħabba f’hekk fil-mument tar-riċezzjoni tal-istedina u fil-mument tal-intervista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti ma għandhomx jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li la l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni u lanqas il-gwida għall-kandidati ma kienu jinkludu elementi li kienu jippermettu lill-kandidati li jirrealizzaw li Fusion for Energy ma kinitx tixtieq torganizza eżami bil-miktub u li l-indikazzjonijiet li kienu jidhru fl-imsemmija gwida u jirrigwardaw l-organizzazzjoni ta’ eżami bil-miktub kienu r-riżultat ta’ żball amministrattiv. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li ssostni Fusion for Energy, l-uniku fatt li kien jirriżulta mill-punt 5 tal-gwida għall-kandidati li d-dettalji supplimentari fuq il-proċedura tal-għażla huma ppreċiżati fl-istedina ma jippermettux li jiġi kkunsidrat li kien jeżisti dubju fir-rigward tal-fatt li eżami bil-miktub kien organizzat. Fil-fatt, il-punt 5, taqsima 1, il-ħames subparagrafu intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Evalwazzjoni tal-kandidaturi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tal-imsemmija gwida kien limitat li jindika li informazzjoni iktar dettaljata li tikkonċerna d-data, il-ħin u l-indirizz li fihom kienu ser iseħħu l-eżamijiet bil-miktub u orali jkunu indikati fl-istedina. Madankollu, ma setax jiġi dedott minn dan li ebda eżami bil-miktub ma kien previst jew li Fusion for Energy setgħet tiġi ddispensata milli torganizza wieħed minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Sussegwentement, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jidhru fil-gwida għall-kandidati, l-uniku fatt li, fl-istedina għall-intervista, ma kienet ngħatat ebda indikazzjoni fir-rigward tad-data, tal-ħin u tal-indirizz li fihom kellu jseħħ l-eżami bil-miktub ma kien jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-avviż inkwistjoni kien ġie mmodifikat. Mill-inqas, tali modifika ma kellhiex tkun is-suġġett ta’ pubblikazzjoni adegwata. Din il-konklużjoni ma titqiegħedx fid-dubju minħabba l-fatt li l-punt 5, taqsima 1, is-sitt subparagrafu, tal-imsemmija gwida kienet tindika li, għal raġunijiet prattiċi, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna jgħaddu l-eżamijiet orali u bil-miktub l-istess jum jew f’diversi ġranet wara. Fil-fatt, anki jekk wieħed iqis dan is-subparagrafu, ma jistax jiġi kkunsidrat li r-rikorrent kien imissu jiddubita li ebda eżami bil-miktub ma jkun organizzat, kuntrarjament għall-indikazzjonijiet ċari li jidhru fil-gwida għall-kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument ta’ Fusion for Energy ibbażat fuq il-fatt li, fil-bidu ta’ kull intervista mwettqa fil-kuntest tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni, il-proċedura applikabbli kienet tiġi spjegata lill-kandidati kollha u l-organizzazzjoni ta’ eżami bil-miktub ma kellhiex tiġi msemmija, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din ma tistax tiġi kkunsidrata bħala modifika tal-avviż inkwistjoni, peress li tali modifika ma tkunx, fi kwalunkwe każ, is-suġġett ta’ pubblikazzjoni adegwata u peress li, ma tkunx intervjeniet f’ħin utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argumenti ta’ Fusion for Energy ibbażati fuq il-fatt li hija kellha d-dritt torganizza proċedura tal-għażla mingħajr eżami bil-miktub, għandu jitfakkar li huwa l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni li kien jikkostitwixxi l-kuntest legali li fir-rigward tiegħu kellha tagħmel<?PAGE NO="8"?> l-eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati u mhux l-avviż li kienet trid jew setgħet tippubblika. Fil-fatt, jekk wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-avviż li kienet trid jew setgħet tippubblika dan jċaħħad l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni mir-rwol essenzjali li għandu jkollu fil-proċedura ta’ reklutaġġ (ara l-punt 45 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-argument ta’ Fusion for Energy ibbażat fuq il-fatt li l-kumitat tal-għażla u l-ASTK ma kinux ġew ikkonsultati fir-rigward tal-gwida għall-kandidati, huwa biżżejjed li wieħed jiftakar li l-avviż inkwistjoni kien jirreferi b’mod espliċitu għall-imsemmija gwida u li, minħabba dan ir-riferiment, l-indikazzjonijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta’ eżami bil-miktub li jidhru fl-imsemmija gwida kienu jagħmlu parti integrali tal-imsemmi avviż (ara l-punt 44 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni nett, Fusion for Energy issostni li, anki jekk eżami bil-miktub kien ġie organizzat, huwa improbabbli li, fir-rigward tar-rikorrent, ir-riżultat finali kien ikun differenti. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fl-assenza ta’ kull indikazzjoni li tikkonċerna d-deliberazzjoni tal-eżami bil-miktub u tal-eżami orali, ma jistax ikun preżunt li, fil-każ fejn eżami bil-miktub kellu jiġi organizzat, l-isem tar-rikorrent, fi kwalunkwe każ, ma kienx jidher fil-listi ta’ riżerva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-fatt li ebda eżami bil-miktub ma kien ġie organizzat u li l-kandidati kollha, konsegwentement, ġew ittrattati bl-istess mod ma jqiegħedx fid-dubju l-fatt li l-proċedura tal-għażla inkwistjoni kienet ivvizzjata minn irregolarità fir-rigward tal-kandidati kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-fatt biss li Fusion for Energy irrikonoxxiet li wettqet żball u skużat ruħha mar-rikorrent ma huwiex biżżejjed biex tiġi korretta l-irregolarità li tivvizzja l-proċedura tal-għażla inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jintlaqa’ l-motiv uniku, mingħajr ma jkun neċessarju li tittieħed deċiżjoni fuq l-argumenti l-oħrajn li r-rikorrent jersaq insostenn ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kapijiet tat-talbiet tar-rikorrent</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li l-motiv uniku mqajjem mir-rikorrent ntlaqa’, għandu jiġi eżaminat f’liema miżura din tiġġustifika l-aċċettazzjoni tal-kapijiet tat-talbiet tar-rikorrent (ara l-punt 34 aktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrent isemmi l-annullament tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni. Fid-dawl tal-fatt li r-rikorrent ma jitlobx l-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni u li, permezz tat-tieni u t-tielet kapijiet tat-talbiet tiegħu, jitlob l-annullament tal-listi ta’ riżerva stabbiliti wara l-imsemmija proċedura u l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati kandidati b’suċċess li jidhru f’dawn il-listi, l-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrent għandu jiġi interpretat bħala intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-għażla li ma jniżżilx ismu fuq il-listi ta’ riżerva, li ġew ikkomunikati lilu permezz ta’ ittra elettronika tal-kap tal-unità tar-riżorsi umani ta’ Fusion for Energy tal-<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE> (ara punt 15 aktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>L-aċċettazzjoni tal-motiv uniku ibbażat fuq irregolarità tal-proċedura tal-għażla inkwistjoni twassal għal annullament ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet kapijiet ta’ talbiet, ir-rikorrent jitlob l-annullament tal-listi ta’ riżerva stabbiliti wara l-proċedura tal-għażla inkwistjoni u l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati l-kandidati b’suċċess li jidhru fuq dawn il-listi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fusion for Energy issostni li l-annullament tal-listi ta’ riżerva u tad-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati l-kandidati b’suċċess li jidhru fuq dawn il-listi jikkostitwixxi sanzjoni sproporzjonata għall-irregolarità mwettqa. F’dan ir-rigward, hija targumenta li ż-żewġ kandidati b’suċċess diġà kkonkludew kuntratt ma’ Fusion for Energy u diġà ħadu l-funzjonijiet tagħhom. Skont Fusion for Energy, anki fl-assenza ta’ tali irregolarità, ir-rikorrent lanqas ma kellu opportunitajiet li ismu jitniżżel fuq il-listi ta’ riżerva,<?PAGE NO="9"?> fid-dawl tan-numru għoli ta’ kandidati u minħabba l-fatt li ma kellu ebda prova li l-organizzazzjoni ta’ eżami bil-miktub kien jimmodifika r-riżultat finali. Fi kwalunkwe każ, jista’ jirrigwarda biss telf ta’ opportunità li jidher fuq il-listi ta’ riżerva, li, fih innifsu, ma jikkostitwixxi ebda garanzija ta’ impjieg fil-futur u jiġġustifika biss kumpens ekonomiku limitat. F’dan il-kuntest, għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrent seta’ jtaffi l-preġudizzju allegat billi jitlob speċifikazzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-eżami bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-prinċipju, għandha tiġi stabbilita mill-ġdid sitwazzjoni legali li fiha r-rikorrent kien jinsab qabel l-illegalità mwettqa mill-kumitat tal-għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, meta l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti timplika mhux biss l-annullament ta’ att iddestinat għar-rikorrent u li tikkawżalu preġudizzju, iżda wkoll l-annullament tal-atti sussegwenti ddestinati għal terzi u li jkunu favorevoli għalihom, l-annullament ta’ dawn l-atti sussegwenti huwa ddikjarat bħala konsegwenza fil-każ biss, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-illegalità mwettqa, tal-interessi ta’ terzi u tal-interess tas-servizz, hija ma tidhirx eċċessiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Girardot vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑10/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:94">EU:T:2004:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interess ta’ terzi, għandu jitfakkar li, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u għall-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aspettattivi leġittimi tagħhom, li tista’ tintrabat b’mod partikolari mar-reġistrazzjoni ta’ isimhom fuq il-lista ta’ riżerva u għall-ħatra tagħhom għall-pożizzjoni li timtela (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Girardot vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑10/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:94">EU:T:2004:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew, jekk ikun il-każ, għad-deċiżjoni li ssirilhom offerta għall-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-kandidati b’suċċess li l-ismijiet tagħhom kienu jidhru fuq il-listi ta’ riżerva, inkluż dawk li rċevew offerti ta’ xogħol min-naħa ta’ Fusion for Energy, ma jistgħux jinvokaw aspettattivi leġittimi. Fil-fatt, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni kien jipprevedi li jseħħ eżami bil-miktub. Issa, il-listi ta’ riżerva ġew stabbiliti u l-offerti ta’ impjieg ntbagħtu mingħajr ma dawn il-kandidati kienu suġġetti għal tali eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura tal-irregolarità, ma jistax iktar jiġi kkunsidrat li annullament tal-listi ta’ riżerva u tad-deċiżjonijiet li jiġi rreklutati kandidati b’suċċess li jidhru fuq dawn il-listi hija eċċessiva fid-dawl tal-interess tas-servizz. Fil-fatt, minn naħa, l-irregolarità affettwat l-evalwazzjoni tal-kandidati kollha u ma jistax għalhekk jinstab rimedju mill-miżuri li jikkonċernaw biss ir-rikorrent. Min-naħa l-oħra, din il-proċedura ta’ għażla għandha biss dimensjoni limitata ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni u t-tielet kapijiet ta’ talbiet għandhom jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ sas-seba’ kapijiet ta’ talbiet, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali li tirrikonoxxi l-fondatezza tal-organizzazzjoni ta’ proċedura ġdida tal-għażla għall-pożizzjonijiet ta’ uffiċjal ta’ sostenn tal-kontroll tal-ispejjeż, li tiġi rikonoxxuta n-natura opportuna tal-eżami bil-miktub fil-kuntest ta’ din il-proċedura ġdida tal-għażla, li tirrikonoxxi l-fondatezza tal-organizzazzjoni immedjata tagħha sabiex jintgħażlu l-kandidati, tiddikjara inġusta u tinvalida l-possibbiltà għal Fusion for Energy biex ma torganizzax l-eżami bil-miktub fil-kuntest tal-proċeduri tal-għażla li hija pprevediet fil-verżjoni aġġornata tal-gwida għall-kandidati, kif ukoll li tordna kull miżura ġġudikata opportuna sabiex torganizza mill-ġdid il-proċedura tal-għażla b’konformità mar-regoli stabbiliti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni u mar-regoli esposti fil-gwida għall-kandidati msemmija fl-imsemmi avviż, peress li l-organizzazzjoni tal-eżamijiet orali u bil-miktub hija obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fusion for Energy issostni li dawn il-kapijiet ta’ talbiet huma inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti, il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tindirizza l-amministrazzjoni tal-ordnijiet jew biex isiru dikjarazzjonijiet awtorizzati (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961105">5 ta’ Novembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Mazzocchi-Alemanni vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑21/95 u T‑186/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:158">EU:T:1996:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li r-raba’ sas-seba’ kapijiet ta’ talbiet imorru lil hinn minn annullament tad-deċiżjoni li ma jitniżżilx l-isem tar-rikorrent fuq il-listi ta’ riżerva, minn annullament ta’ dawn il-listi u minn annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati kandidati b’suċċess li jidhru fuq dawn il-listi, u intiżi, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali tindirizza ordnijiet lil Fusion for Energy jew tagħmel dikjarazzjoni rregolata mid-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-raba’ kap ta’ talbiet intiż li l-Qorti Ġenerali tikkonstata li proċedura ġdida tal-għażla għandha tiġi organizzata għall-pożizzjonijiet ta’ uffiċjal ta’ sostenn tal-kontroll tal-ispejjeż. Il-ħames kap tat-talbiet intiż li l-Qorti Ġenerali tikkonstata li, fil-kuntest ta’ proċedura ġdida tal-għażla, eżami bil-miktub huwa opportun u għandu jiġi organizzat minn Fusion for Energy. Min-naħa tiegħu, is-sitt kap ta’ talbiet intiż li l-Qorti Ġenerali tikkonstata li proċedura tal-għażla mingħajr eżami bil-miktub ma hijiex possibbli. Finalment, permezz tas-seba’ kap ta’ talbiet, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali li tieħu deċiżjonijiet dwar miżuri li huma intiżi li jiggarantixxu li l-proċedura tal-għażla tkun konformi mar-regoli stabbiliti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti inkwistjoni u fil-gwida għall-kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ sas-seba’ kapijiet ta’ talbiet għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandhom jintlaqgħu l-ewwel sat-tielet kapijiet ta’ talbiet u, għalhekk, li tiġi annullata d-deċiżjoni li ma jitniżżilx l-isem tar-rikorrent fuq il-listi ta’ riżerva, li jiġu annullati dawn il-listi ta’ riżerva kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati l-kandidati b’suċċess li jidhru fuq dawn il-listi u li jiġi miċħud il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li Fusion for Energy tilfet essenzjalment u r-rikorrent għamel talba f’dan is-sens, hija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-kumitat tal-għażla, ikkomunikata permezz ta’ ittra elettronika mill-kap tal-unità tar-riżorsi umani tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, tal-<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li ma jitniżżilx l-isem ta’ Yosu Galocha fuq il-listi ta’ riżerva tal-proċedura tal-għażla F4E/CA/ST/FGIV/2015/001 hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-listi ta’ riżerva tal-proċedura tal-għażla F4E/CA/ST/FGIV/2015/001 huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjonijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni li jiġu rreklutati l-kandidati b’suċċess li jidhru fuq il-listi ta’ riżerva tal-proċedura tal-għażla F4E/CA/ST/FGIV/2015/001 huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="11"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Xuereb</P></SIGNATORY><P><HT TYPE="BOLD">Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE>.</HT></P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>