4.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1840

tal-31 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 fir-rigward tar-rapportar tal-valuri ta’ CO2 tad-WLTP għal ċerti kategoriji ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u li jaġġusta d-data tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi li l-miri tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-flotta kollha tal-UE għall-2025 u l-2030 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri jridu jiġu kkalkulati abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (3) għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020 (minn hawn ’il quddiem il-“valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla”)

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (4) jistabbilixxi r-regoli dwar il-kalkolu u r-rappurtar mill-manifatturi tal-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat aktar kif dawk il-valuri jridu jiġu ddeterminati, b’mod partikolari, fir-rigward tal-Vetturi Elettriċi Ibridi bl-Iċċarġjar fuq il-Vettura (NOVC-HEV) u tal-Vetturi Elettriċi Ibridi b’Iċċarġjar Mhux fuq il-Vettura (OVC-HEVs).

(3)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll l-mod li bih iridu jiġu ddeterminati l-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla meta jitwettqu diversi testijiet tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip.

(4)

Il-korrelazzjoni bejn l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-NOVC-HEVs u l-OVC-HEVs jenħtieġ li ssir abbażi ta’ testijiet fiżiċi fuq il-vetturi u mhux abbażi ta’ simulazzjonijiet imwettqa mill-għodda ta’ korrelazzjoni, minħabba l-kumplessità fl-adattament tal-għodda ta’ korrelazzjoni biex tqis teknoloġiji tal-vetturi bħal dawn. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-verifika effettiva tar-riżultati ta’ korrelazzjoni, jenħtieġ li d-data tat-test tekniku relatata ma’ dawk il-vetturi tiġi pprovduta lill-Kummissjoni bl-istess mod kif isir għall-vetturi konvenzjonali.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-manifatturi għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet ikkombinati jew, fejn applikabbli, l-emissjonijiet ikkombinati u ponderati ta’ CO2, iddeterminati bħala MCO2, imkejjel, għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida rreġistrata fl-2020, f’konformità mal-ekwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Għall-vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna biss:

l-ekwazzjoni għall-kalkolu MCO2-ind stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.2.3.2.4 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, fejn it-termini MCO2-H u MCO2-L għandhom, għall-familja tal-interpolazzjoni kkonċernata, jiġu sostitwiti bil-valuri MCO2,C,5 (ikkombinati) meħuda mill-entrati 2.5.1.1.3 (vettura H) u 2.5.1.2.3 (vettura L) taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE, kif indikat fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(b)

Għall-Vetturi Elettriċi Ibridi bl-Iċċarġjar fuq il-Vettura (NOVC-HEV):

l-ekwazzjoni: MCO2-imkejjel = MCO2-L,C,5 + Kind × (MCO2-H,C,5 – MCO2-L,C,5)

Fejn,

MCO2-L,C,5

huwa l-valur MCO2,C,5 (ikkombinat) għall-familja tal-interpolazzjoni kkonċernata, meħud mill-entrata 2.5.1.2.3 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif indikat fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151;

Kind

huwa l-koeffiċjent ta’ interpolazzjoni għall-vettura individwali kkunsidrata għaċ-ċiklu tat-test tad-WLTP kif speċifikat fil-paragrafu 4.5.3 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

MCO2-H,C,5

huwa l-valur MCO2,C,5 (ikkombinat) għall-familja tal-interpolazzjoni kkonċernata, meħuda mill-entrata 2.5.1.1.3 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif indikat fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151.

(c)

Għall-Vetturi Elettriċi Ibridi b’Iċċarġjar Mhux fuq il-Vettura (OVC-HEVs)

:l-ekwazzjoni: MCO2-imkejla = MCO2-L,C,5 + Kind × (MCO2-H,C,5 – MCO2-L,C,5)

Fejn,

MCO2-L,C,5, MCO2-H,C,5

jiġu ddeterminati, għall-familja ta’ interpolazzjoni kkonċernata, f’konformità mal-formula stabbilita fil-paragrafu 4.1.3.1 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, fejn it-terminu Mi,CDj għandu jiġi sostitwit bil-valur MCO2,CD (ikkombinat) meħud mill-entrata 2.5.3.2 għall-vetturi H u L, kif applikabbli, taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u t-terminu Mi,CS għandu jiġi sostitwit bil-valur MCO2,C,5 (ikkombinat) meħud mill-entrata 2.5.3.1. taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi H, L, jew M, kif applikabbli;

Kind

huwa l-koeffiċjent ta’ interpolazzjoni għall-vettura individwali kkunsidrata għaċ-ċiklu tat-test tad-WLTP kif definit fil-paragrafu 4.5.3 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.”;

(b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Fejn jiġi rreġistrat aktar minn valur tal-kejl wieħed fl-entrati 2.5.1.1.3, 2.5.1.2.3, 2.5.3.1 jew 2.5.3.2 ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE, il-valuri MCO2,C,5 jew MCO2,CD imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, għall-fini ta’ din id-dispożizzjoni, jiġu ddeterminati kif ġej:

(a)

f’każ ta’ kejl wieħed: il-valur kombinat irreġistrat għat-Test 1;

(b)

f’każ ta’ żewġ kejliet: il-medja taż-żewġ valuri kkombinati rreġistrati għat-Testijiet 1 u 2;

(c)

f’każ ta’ tliet kejliet: il-medja tat-tliet valuri kkombinati rreġistrati għat-Testijiet 1, 2 u 3.”;

(2)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 2.1, l-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fir-rigward tal-Vetturi Elettriċi Ibridi bl-Iċċarġjar fuq il-Vettura (NOVC-HEV) u l-Vetturi Elettriċi Ibridi b’Iċċarġjar Mhux fuq il-Vettura (OVC-HEVs), il-valuri ta’ CO2 tan-NEDC li jridu jintużaw bħala referenza għall-fini tat-Taqsima 3 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ testijiet fiżiċi fuq il-vettura minflok b’simulazzjonijiet tal-għodda ta’ korrelazzjoni. Il-kejl fiżiku għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirreferu għat-testijiet fiżiċi fuq il-vetturi stabbiliti f’dan l-Anness. Id-data tal-input għat-testijiet fiżiċi fuq il-vetturi għandha tiġi ddeterminata u ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lis-servizz tekniku, f’konformità mal-punt 2.4”:

(b)

fil-punt 2.2a, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-korrezzjoni tar-riżultati tat-test tad-WLTP għall-emissjonijiet tal-massa ta’ CO2 f’konformità mal-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 u l-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għandha tapplika għar-riżultati tat-test kollha bħal dawn, minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3.4.4(a) tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 u l-paragrafu 1.1.4(a) tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI ta’ dak ir-Regolament;”;

(c)

fil-punt 2.4, it-tabella 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata 24, it-test fit-tieni kolonna taħt “Il-parametri tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “Il-Kapaċità tal-batterija ta’ servizz”;

(ii)

l-entrati 38 sa 41 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“38

Il-valur ta’ CO2 tad-WLTP tal-fażi 1 (valur tas-sostenn taċ-ċarġ fil-każ tal-NOVC u tal-OVC-HEVs)

gCO2/km

L-entrata 2.1.1.2.1.

tal-Appendiċi 8a tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Valur imkejjel mhux ikkoreġut MCO2,p,1 tal-fażi Baxxa

39

Il-valur ta’ CO2 tad-WLTP tal-fażi 2 (valur tas-sostenn taċ-ċarġ fil-każ tal-NOVC u tal-OVC-HEVs)

gCO2/km

Idem

Valur imkejjel mhux ikkoreġut MCO2,p,1 tal-fażi Medja

40

Il-valur ta’ CO2 tad-WLTP tal-fażi 3 (valur tas-sostenn taċ-ċarġ fil-każ tal-NOVC u tal-OVC-HEVs)

gCO2/km

Idem

Valur imkejjel mhux ikkoreġut MCO2,p,1 tal-fażi Għolja

41

Il-valur ta’ CO2 tad-WLTP tal-fażi 4 (valur tas-sostenn taċ-ċarġ fil-każ tal-NOVC u tal-OVC-HEVs)

gCO2/km

Idem

Valur imkejjel mhux ikkoreġut MCO2,p,1 tal-fażi Għolja Ħafna”

(iii)

fl-entrata 60, it-test fit-tieni kolonna taħt “Il-parametri tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “Il-Kurrent tal-Alternejter tad-WLTP (konvertitur DC/DC – naħa tal-vultaġġ baxx - fil-każ tal-NOVC u tal-OVC-HEVs)”;

(iv)

fl-entrata 61, it-test fit-tieni kolonna taħt “Il-parametri tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “Il-Kurrent tal-batterija ta’ servizz”;

(v)

titħassar l-entrata 75;

(vi)

l-entrata 77 hija sostitwita b’dan li ġej:

“77

Kejl ta’ CO2 tad-WLTP ikkoreġut (valur tas-sostenn taċ-ċarġ fil-każ tal-NOVC u tal-OVC-HEVs) għall-vetturi H u/jew L

g/km

L-entrata 2.1.1.2.1. tal-Appendiċi 8a tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Emissjonijiet ikkombinati ta’ CO2 imkejla għall-vetturi H u L wara l-korrezzjonijiet kollha applikabbli, MCO2,C,5 . Jekk jitwettqu tnejn jew tliet testijiet tad-WLTP, għandhom jiġu pprovduti r-riżultati kollha mkejla (minbarra l-NOVC u l-OVC-HEVs fejn għandu jiġi pprovdut il-valur finali tal-approvazzjoni tat-tip biss ).”

(vii)

jiżdiedu l-entrati 79 sa 101 li ġejjin:

“79

Riżultati tas-CO2 tad-WLTP li jnaqqsu ċ-ċarġ (ikkombinati)

gCO2/km

2.5.3.2 tal-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Emissjonijiet tal-massa ta’ CO2 ikkombinati li jnaqqsu c-ċarġ MCO2,CD (valuri medji fil-każ tat-testijiet 2 u 3) għat-test tat-Tip I kif ikkalkulat skont il-paragrafu 4.1.2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 (OVC-HEV biss)

80

Emissjonijiet ikkombinati ta’ CO2 ponderati bil-fattur ta’ utilità tad-WLTP (imkejla)

gCO2/km

Ikkalkulati skont il-Paragrafu 4.1.3.1 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Riżultati kkombinati u ponderati kkalkulati (imkejla) kif deskritt fl-Artikolu 7a(1)(c) ta’ dan ir-Regolament (OVC-HEV biss)

81

Emissjonijiet ikkombinati ta’ CO2 ponderati bil-fattur ta’ utilità tad-WLTP (iddikjarati)

gCO2/km

L-entrata 2.5.3.3 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Riżultati kkombinati u ponderati kkalkulati (iddikjarati) meħuda mill-entrata 2.5.3.3 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (OVC-HEV biss)

82

Il-Firxa Elettrika Kollha Ekwivalenti (Equivalent All Electric Range - EAER) tad-WLTP ikkombinata

km

L-entrata 2.5.3.7.2 (EAER) taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Il-Firxa Elettrika Kollha Ekwivalenti (Equivalent All Electric Range - EAER) ikkombinata (OVC-HEV biss)

83

In-numru tal-indiċi taċ-ċiklu tat-tranżizzjoni

—

L-entrata 2.1.1.4.1.4 tal-Appendiċi 8a tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

għall-OVC-HEV indika n-numru tal-indiċi taċ-ċiklu tat-tranżizzjoni

84

Tibdil relattiv tal-enerġija elettrika tal-REECi ta’ kull test li jnaqqas iċ-ċarġ

—

Ikkalkulat skont il-paragrafu 3.2.4.5.2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Indika l-REECi ta’ kull test tas-CD

85

Emissjonijiet ta’ CO2 b’Sostenn taċ-Ċarġ tal-NEDC (Iddikjarati, Kundizzjoni B)

gCO2/km

Dokument ta’ informazzjoni (Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151)

(għall-NOVC-HEV l-entrata 3.5.7.2.1; għall-OVC-HEV l-entrata 3.5.7.2.2)

Dikjarazzjoni OEM

għall-NOVC-HEV: Valur iddikjarat u kkombinat ta’ CO2 tal-NEDC; Għall-OVC-HEV: Emissjonijiet tal-massa ta’ CO2 iddikjarati u kkombinati b’sostenn taċ-ċarġ (Kundizzjoni B tal-NEDC).

86

Emissjonijiet ta’ CO2 bi Tnaqqis taċ-Ċarġ (iddikjarat, Kundizzjoni A)

gCO2/km

Dokument ta’ informazzjoni (l-entrata 3.5.7.2.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151)

Emissjonijiet ta’ CO2 tas-CD, dikjarazzjoni OEM (OVC-HEV biss)

87

Emissjonijiet ta’ CO2 ikkombinati u ponderati tal-NEDC (iddikjarati)

gCO2/km

Dikjarazzjoni OEM

Dikjarazzjoni OEM (OVC-HEV biss)

88

Awtonomija elettrika tal-NEDC għall-OVC-HEV (iddikjarata)

km

Dikjarazzjoni OEM

Dikjarazzjoni OEM(OVC-HEV biss)

89

Fattur KCO2 għall-korrezzjoni tal-modalità b’sostenn taċ-ċarġ

(g/km)/(Wh/km)

il-paragrafu 2.3.2. tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Koeffiċjent tal-korrezzjoni RCB tal-emissjonijiet tal-massa ta’ CO2 għall-NOVC u għall-OVC-HEV

90

Konfigurazzjoni tal-Vettura Ibrida (P0, P1, P2, P2 planetarja, P3, or P4) (***)

—

 

Il-vettura għandha magna elettrika li tintuża għall-propulsjoni tal-vettura u għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika fil-pożizzjoni P0, P1, P2, P2 planetarja, P3, jew P4, jew kombinament ta’ dawn?

Dikjarazzjoni OEM

91

Output massimu tal-potenza ta’ kull magna elettrika (P0, P1, P2, P2 planetarja, P3, jew P4) (***)

kW

Il-punt 3.3.1.1.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Dikjarazzjoni OEM

92

Output massimu ta’ torque ta’ kull magna elettrika (P0, P1, P2, P2 planetarja, P3, jew P4) (***)

Nm

 

Dikjarazzjoni OEM

93

Għal kull magna elettrika, il-proporzjon bejn il-veloċità rotazzjonali tal-magna elettrika u l-veloċità rotazzjonali ta’ referenza (P0, P1, P2, P2 planetarja, P3, jew P4) (***)

—

 

Dikjarazzjoni OEM

94

Kapaċità ta’ trazzjoni REESS

Ah

Il-punt 3.3.2.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Dikjarazzjoni OEM

95

Kurrent ta’ trazzjoni REESS

A

Appendiċi 3 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Il-valuri tas-serje kronoloġika ta’ 20Hz użati għat-test(ijiet) jerġgħu jittieħdu bħala kampjuni ta’ 1Hz

96

Tip ta’ teknoloġija ta’ trazzjoni REESS

—

Il-punt 1.1.10 tal-Appendiċi 8a tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Dikjarazzjoni OEM

97

Stat taċ-ċarġ inizjali tat-trazzjoni tal-REESS

%

 

Dikjarazzjoni OEM

98

Numru ta’ ċelluli tal-REESS

 

Il-punt 3.3.2.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Dikjarazzjoni OEM

99

Vultaġġ nominali/serje kronoloġika tal-REESS tat-trazzjoni

V

L-Appendiċi 3 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Valuri nominali jew tas-serje taż-żmien użati għat-test (minimu ta’ 20Hz)

100

Funzjoni tal-engine-idle coasting

—

Iva/Le

Il-vettura għandha l-funzjoni tal-engine-idle coasting (li tippermetti lill-magna ma tkunx ingranata matul il-coasting tal-vettura sabiex tiffranka l-fjuwil)?

101

Funzjoni tal-engine-off coasting

—

Iva/Le

Il-vettura għandha l-funzjoni tal-engine-off coasting (li tippermetti lill-magna tintefa’ waqt il-coasting tal-vettura sabiex tiffranka l-fjuwil)?

(d)

fit-tieni paragrafu tal-punt 4.2.1.4.2, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fil-każ tal-punt (d), fejn il-koeffiċjenti tat-tagħbija tat-triq għall-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq ikunu ġew iddeterminati skont il-punt 2.3.8.2.1(a), il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq għall-vettura individwali jistgħu jiġu ddeterminati f’konformità mal-formuli stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-punt 4.2.1.5.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (2)(c) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).

(***)  P0: il-magna elettrika hija mqabbda maċ-ċinga tat-trażmissjoni tal-magna, għalhekk għandha l-veloċità tal-magna bħala l-veloċità ta’ referenza;

P1: il-magna elettrika hija mqabbda mal-krankxaft tal-magna, għalhekk għandha l-veloċità tal-magna bħala l-veloċità ta’ referenza;

P2: il-magna elettrika hija mmuntata fuq it-trażmissjoni (gerboks jew trażmissjoni kontinwament varjabbli), għalhekk għandha l-veloċità tal-input tat-trażmissjoni bħala veloċità ta’ referenza;

P2 planetarja: il-magna elettrika hija mqabbda mal-ger tas-sett tal-gerijiet planetarju li ma jkunx imqabbad mal-magna b’kombustjoni interna jew mal-ġnub tat-trażmissjoni finali, minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala l-ġenb planetarju. F’dan il-każ il-proporzjon tal-veloċità li għandha tiġi speċifikata hija l-proporzjon bejn il-magna elettrika u l-veloċità rotazzjonali tal-ġenb planetarju (veloċità ta’ referenza) li tirrifletti l-effett ta’ multiplikazzjoni tal-veloċità jew l-effett ta’ tnaqqis li jkollu ger tat-tnaqqis

P3: il-magna elettrika tinsab fuq it-trażmissjoni finali ta’ fus motorizzat, għalhekk għandha l-veloċità rotazzjonali tal-input tat-trażmissjoni finali bħala veloċità ta’ referenza (din tinkludi magni elettriċi mmuntati fuq il-ger ta’ sett tal-gerijiet planetarju fil-ġenb tat-trażmissjoni finali). Vettura jista’ jkollha sa żewġ magni P3 (waħda għall-fus ta’ quddiem (P3a) u waħda għall-fus ta’ wara (P3b));

P4: il-magna elettrika tinsab fuq in-naħa ta’ isfel tat-trażmissjoni finali, għalhekk għandha l-veloċità tar-roti bħala veloċità ta’ referenza; Vettura jista’ jkollha sa erba’ muturi P4 (wieħed għal kull rota, fejn P4a tindika r-roti ta’ quddiem u P4b ir-roti ta’ wara).

Aktar speċifikazzjonijiet ta’ dawn l-inputs għandhom jiġu pprovduti fil-mudell tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni”;