|
17.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 426/32 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2122
tas-16 ta’ Diċembru 2020
dwar l-għoti ta’ aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni għall-2021 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta’ Mejju 1973 (3) (“il-Ftehim Bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja”) u l-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) (4) kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2001 tal-23 ta’ Novembru 2001 li temenda l-Protokolli 2 u 3 tal-Ftehim ŻEE, dwar prodotti agrikoli pproċessati u prodotti agrikoli oħra (5), jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali bejn l-Unjoni u r-Renju tan-Norveġja għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati. |
|
(2) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula dazju b’rata żero għall-ilmijiet li jkollhom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud magħhom jew li jkunu bit-togħma, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2202 10 00, u għal xarbiet mhux alkoħoliċi oħra, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2202 90 10 li ma fihomx prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404. |
|
(3) |
Mill-1 ta’ Jannar 2017, il-kodiċi NM 2202 90 ġie sostitwit bil-kodiċijiet NM 2202 91 00 u 2202 99. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri l-prodotti tal-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99. |
|
(4) |
Il-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6) (“il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”) temporanjament jissospendi r-reġim mingħajr dazju applikat skont il-Protokoll 2 għal oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, li fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor ta’ ħlewwa jew togħma) u ex 2202 90 10 (xorb ieħor mhux alkoħoliku li fih iz-zokkor) sostitwit bil-kodiċi NM ex 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99. F’konformità mal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, l-importazzjonijiet ħielsa mid-dazju fuq dawk l-oġġetti, li joriġinaw min-Norveġja, jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota ħielsa mid-dazju. Jitħallas dazju fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-kwota ħielsa mid-dazju. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri jirrikjedi li l-prodotti kkonċernati jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni jekk il-kwota tariffarja ma tkunx ġiet eżawrita sal-31 ta’ Ottubru tas-sena preċedenti. |
|
(6) |
Skont id-data mogħtija lill-Kummissjoni, il-kwota annwali għall-2020 għall-prodotti inkwistjoni miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2154 (7), ma ġietx eżawrita sal-31 ta’ Ottubru 2020. Għalhekk, il-prodotti kkonċernati jenħtieġ li jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021. |
|
(7) |
Għalhekk, is-sospensjoni temporanja tar-reġim bla dazju applikat skont il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja jenħtieġ li ma tiġix applikata għall-2021. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-prodotti li joriġinaw fin-Norveġja li huma elenkati fl-Anness għandhom jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju għall-Unjoni.
2. Ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim Bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandhom japplikaw għall-oġġetti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.
(3) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.
(5) ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2154 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2020 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 66).
ANNESS
Oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li għandhom jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju lejn l-Unjoni mill-tal-1 ta’ Jannar sal-tal-31 ta’ Diċembru 2021
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Kodiċi TARIC |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
||
|
09.0709 |
2202 10 00 |
|
|
||
|
ex 2202 91 00 |
10 |
|
|||
|
ex 2202 99 11 |
11 19 |
|
|||
|
ex 2202 99 15 |
11 19 |
|
|||
|
ex 2202 99 19 |
11 19 |
|