<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑261/13 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0261</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2107">EU:C:2014:2107</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C‑261/13 P</P><P>SCHÖNBERGER vs IL-PARLAMENT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑261/13 P</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Peter Schönberger</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ petizzjoni lill-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 20 TFUE u 227 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet li jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet imqajma</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-petizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Att li jipproduċi effetti legali vinkolanti li jaffettwaw is-sitwazzjoni legali ta’ persuna</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 263 TFUE</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Skont rapport tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kumitat tal-Petizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>il‑petizzjoni hija għodda importanti peress li tippermetti lill-individwu li jsemma’ leħnu b’mod uffiċjali u sabiex is-suġġetti li jinkwetawh jiġu eżaminati fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-[Unjoni]. Hija għalhekk rabta diretta bejnna, rappreżentanti eletti, u dawk li tagħhom għandna niddefendu l‑interessi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena parlamentari 1999/2000, A5‑0162/2000, http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=‑//EP//NONSGML+REPORT+A5‑2000‑0162+0+DOC+PDF+V0//FR.</P></NOTE>. Kif turi l-istatistika tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet, dan l‑istrument kien effettivament suċċess kbir. Fl-2013, in-numru ta’ petizzjonijiet irreġistrati ma’ dan il-Kumitat qabeż it-3 000, li juri żieda ta’ iktar minn 45 % meta mqabbel mas-sena 2012 u rdoppjar meta mqabbel mas-sena 2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena 2013 [2014/2008(INI)], paġna 17.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, P. Schönberger (iktar ’il quddiem l‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>appellant<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑Unjoni Ewropea Schönberger vs Il‑Parlament (T‑186/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:111">EU:T:2013:111</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li ddikjarat bħala inammissibbli r-rikors għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-<DATE ISO="20110125">25 ta’ Jannar 2011</DATE> li waqqfet l-eżami tal-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fit-<DATE ISO="20101002">2 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Petizzjoni Nru 1188/2010.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kawża għalhekk tittratta l-interpretazzjoni tal-portata tad‑dritt ta’ petizzjoni, skont l-Artikoli 20 TFUE u 227 TFUE, kif ikkonfermat mill-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Għall-ewwel darba, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat tal-Petizzjonijiet humiex suġġetti għal stħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dawn il-konklużjonijiet, għandu għalhekk jiġi eżaminat l-eżerċizzju tad-dritt ta’ petizzjoni fid-dawl tal-ġurisprudenza mogħtija sa issa dwar dan is-suġġett mill-Qorti Ġenerali, billi din titqabbel mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat. Fil-fatt, is-sentenza appellata tirrappreżenta applikazzjoni fidila tas-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>T‑308/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> li fiha l-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni fis-sens li l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ petizzjoni għandha tkun suġġetta għal stħarriġ ġuridiku, minħabba l-fatt li deċiżjoni ta’ inammissibbiltà jew li ma tittiħidx azzjoni ta’ petizzjoni taffettwa s-sustanza tad-dritt ta’ petizzjoni u tikkostitwixxi, minħabba f’hekk, deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Qabel kollox, nikkunsidra li, fis-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il‑Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat u dan l-iżball huwa bbażat, fl-opinjoni tiegħi, fuq interpretazzjoni wiesgħa tal-portata tad-dritt ta’ petizzjoni. Fl-opinjoni tiegħi, id-dritt ta’ petizzjoni huwa għodda ta’ djalogu politiku dirett, l‑espressjoni ta’ interazzjoni demokratika bejn iċ-ċittadin u r‑rappreżentati eletti li għandha, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, tibqa’ ’l bogħod mill-intervent tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dawn il-konklużjonijiet, għandi l-ħsieb nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla l-ġurisprudenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tikkostitwixxi l-bażi tas-sentenza appellata. Fi kwalunkwe każ, sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali tal-partijiet fil-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-kuntest ta’ dan l-appell, tadotta pożizzjoni espressa dwar il‑ġurisprudenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jew tannullaha jew tikkonfermaha. Jekk ikun il-każ li tiġi kkonfermata, l-appell jiġi ttrattat mingħajr diffikultà.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ petizzjoni huwa rrikonoxxut mill‑Artikoli 20(d) TFUE u 227 TFUE, bħala espressjoni partikolari taċ-ċittadinanza Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tal-Karta jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu d-dritt ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Skont l-ispjegazzjonijiet tal-Karta, id-dritt iggarantit b’dan l-artikolu huwa d-dritt iggarantit bl-Artikoli 20 TFUE u 227 TFUE. Skont l-Artikolu 52(2) tal-Karta, dan japplika skont il-kundizzjonijiet previsti f’dawn iż-żewġ artikoli.</P></NOTE></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-ipproċessar tal-petizzjonijiet ġie rregolat mit-Titolu VIII tar‑Regolament tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Regolament Intern<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Id-dispożizzjonijiet applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> f’din il-kawża huma l-Artikoli 191 sa 193 tar-Regolament Intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Verżjoni tax-xahar ta’ Lulju 2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 44, p.1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Madankollu, għandu jiġi nnotat li, wara l-emenda tar-Regolament Intern, li saret fl-2011, dawn id-dispożizzjonijiet ġew emendati u kienu jinsabu fl-Artikoli 201 sa 203 tar-Regolament Intern (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Regolament Intern emendat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Emenda tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jirregola d-dritt ta’ petizzjoni permezz tal-verżjoni tas-7 leġiżlatura tax-xahar ta’ Marzu 2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="116" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 116</REF.DOC.OJ>). Din tinkludi essenzjalment ir-reviżjoni, intermedjarja biss, tar-regolament intern adottat skont id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas‑<DATE ISO="20090506">6 ta’Mejju 2009</DATE> [2006/2209(REG)] (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="212E" PAGE.FIRST="140" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 212 E, p. 140</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fl-aħħar nett, wara emenda li saret fl‑Lulju 2014, id-dritt għal petizzjoni huwa attwalment irregolat permezz tal-Artikoli 215 sa 218 tar-Regolament Intern emendat fil-kuntest tat‑tmien leġiżlatura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+RULES-EP+20140701+TOC+DOC+XML+V0//MT.</P></NOTE>. Madankollu, din l-aħħar emenda ma kellhiex effett fuq il-kliem tad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tar-Regolament Intern emendat.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 191 tar-Regolament Intern intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Dritt ta’ Petizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="191.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea u kull persuna naturali jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandha d-dritt li tindirizza, b’mod individwali jew flimkien ma’ ċittadini jew persuni oħrajn, petizzjoni lill-Parlament dwar xi kwistjoni li taqa’ taħt l-oqsma ta’ attività ta’ l-Unjoni Ewropea u li tkun taffetwah jew taffetwaha direttament.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="191.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Petizzjonijiet dikjarati inammissibbli mill-kumitat għandhom jiġu arkivjati; min jagħmel il-petizzjoni għandu jkun infurmat bid-deċiżjoni u bil-motivazzjonijiet għaliha.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 192 tar-Regolament Intern intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Eżami ta’ Petizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="192.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumitat responsabbli jista’ jiddeċiedi li jagħmel rapport jew b’xi mod ieħor jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar petizzjonijiet li jkun iddikjara bħala inammissibbli. Il-kumitat jista’, b’mod partikolari fil-każ ta’ petizzjonijiet li jfittxu li jkun hemm tibdil f’liġijiet eżistenti, jitolbu opinjonijiet minn kumitati oħra skond l-Artikolu 46.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="192.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkun qed jikkunsidra petizzjonijiet jew jistabbilixxi fatti, il‑kumitat jista’ jorganizza smiegħ ta’ min jagħmel il-petizzjonijiet jew smiegħ ġenerali jew jibgħat membri sabiex jistabilixxu l-fatti tas-sitwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">in situ</HT>.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="192.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Il-President għandu jinforma lil min jagħmel il-petizzjonijet bid‑deċiżjonijiet meħuda u l-motivazzjonijiet għalihom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 201(7) tar-Regolament Intern emendat, il‑petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru jintbagħtu mill-President tal-Parlament quddiem il-kumitat kompetenti, li jistabbilixxi jekk il‑petizzjonizzjonijiet humiex ammissibbli jew le skont l-Artikolu 227 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 201(8) tar-Regolament Intern jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Petizzjonijiet dikjarati inammissibbli mill-kumitat għandhom jiġu arkivjati; il-petizzjonant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni u bir-raġunijiet li wasslu għaliha. Meta jkun possibbli, jistgħu jiġu rrakkomandati mezzi ta’ riparazzjoni alternattivi.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 203a tar-Regolament Intern emendat fil-verżjoni tiegħu li jirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat‑<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Proposta ta’ emenda tar-Regolament tal-Parlament Ewropew (B7‑0732/2011) kif ukoll Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat- <DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE>, dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (2011/2302(REG)) (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="264E" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 264 E, p. 98</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, jirregola wkoll it-trattament tal-inizjattiva taċ-ċittadini.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-appellant, ex uffiċjal tal-Parlament Ewropew, ikkontesta l‑punti ta’ mertu li ngħataw lilu fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni tas-sena 2005. Wara l-ilment imressaq fil‑<DATE ISO="20081115">15 ta’ Novembru 2008</DATE> mill-appellant, l-Ombudsman Ewropew ikkonkluda, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE>, li kien hemm att ta’ amministrazzjoni ħażina mill-Parlament inkwantu l-President tal-Parlament kellu jiddeċiedi dwar l-ilment tal-appellant.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20101002">2 ta’ Ottubru 2010</DATE>, l-appellant ressaq, abbażi tal‑Artikolu 227 TFUE, petizzjoni lill-Parlament, li fiha talab li l‑Parlament jieħu miżuri sabiex jirrimedja l-konstatazzjoni tal‑Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-President tal-Kumitat tal‑Petizzjonijiet indirizza lill-appellant b’dan il-mod: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[P]ermezz tal‑preżenti ninformak li l-Kumitat eżamina l-petizzjoni tiegħek u ddikjaraha ammissibbli skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew inkwantu hija taqa’ fl-oqsma tal-attività tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Kumitat tal-Petizzjonijiet ma huwiex f’pożizzjoni li jittratta l-petizzjoni tiegħek fuq il-mertu u għalhekk ħa nota tal‑kummenti tiegħek. Il-petizzjoni tiegħek ser tintbagħat lid-Direttur Ġenerali tal-persunal sabiex jieħu l-miżuri xierqa. Nitolbok tinnota wkoll li l-eżami tal-petizzjoni tiegħek huwa għalhekk komplet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Konsegwentement, l-eżami tal-petizzjoni ngħalaq.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20110326">26 ta’ Marzu 2011</DATE>, P. Schönberger talab l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata minħabba l-fatt li tterminat l-ipproċessar tal-petizzjoni tiegħu mingħajr ma pproċediet b’eżami dwar il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli. Filwaqt li bbażat ruħha fuq is-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, peress li l-petizzjoni tar-rikorrent tqieset li hija ammissibbli, id-deċiżjoni kkontestata ma pproduċietx effetti legali vinkolanti li jaffettwaw is-sitwazzjoni legali tar-rikorrent. Għal iktar dettalji, irreferiet għas-sentenza appellata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, P. Schönberger jitlob lill-Qorti tal‑Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tilqa’ r-rikors ippreżentat fl‑ewwel istanza, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkundanna lill‑Parlament għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fir-risposta tiegħu, il-Parlament jitlob lill-Qorti tal‑Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-trattament tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka sitt ilmenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Peress li dawn ma humiex argumenti awtonomi u lanqas awto-suffiċjenti, nipproponi li ma jintużax it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>aggravju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> sabiex jiddeskrivi kull wieħed minnhom.</P></NOTE>, ibbażati, l-ewwel nett, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-fatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Skont l-appellant, fl-espożizzjoni tal-fatti, il-Qorti Ġenerali tinjora l-fatt li l‑President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet indika, mingħajr ebda ġustifikazzjoni, li minkejja l-ammissibbiltà tagħha, il-petizzjoni ma setgħetx tiġi eżaminata fil-mertu. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti billi kkunsidrat li l-petizzjoni kienet ġiet eżaminata.</P></NOTE>, it-tieni nett, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt fundamentali ta’ petizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt fundamentali ta’ petizzjoni billi kkunsidrat, b’mod żbaljat, li huwa limitat għall-eżami tal-ammissibbiltà tal-petizzjoni. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ petizzjoni jinkludi wkoll l-eżami materjali tal‑petizzjonijiet li huma ddikjarati ammissibbli kif ukoll id-deċiżjoni adottata dwar il-mertu (dritt għat-trattazzjoni tal-petizzjoni).</P></NOTE>, it-tielet nett, fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni u n-nuqqas ta’ loġika li jivvizjaw is-sentenza appellata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Skont l-appellant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx loġika meta ddikjarat li n-nuqqas ta’ eżami ta’ petizzjoni ammissibbli ma tipproduċix effetti legali, kuntrarjament għan-nuqqas ta’ eżami ta’ petizzjoni inammissibbli.</P></NOTE>, ir-raba’ nett, fuq żball ta’ evalwazzjoni minħabba applikazzjoni żbaljata tas-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali tikkontradixxi s-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament li fiha ġie ddikjarat li meta l-kontenut tal-petizzjoni ma jiġix eżaminat, dan jista’ jikkawża preġudizzju għall-effettività tad-dritt ta’ petizzjoni.</P></NOTE>, il-ħames nett, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba l-fatt li ma ġiex eżaminat in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali tinterpreta, b’mod żbaljat, li l-Parlament ikkommetta żball ta’ liġi meta ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu. Il-Qorti Ġenerali, minflok, issostitwiet il-motivazzjoni tagħha sabiex tiġġustifika n-nuqqas ta’ pproċessar tal-petizzjoni.</P></NOTE> u, is-sitt nett, fuq l-eżami inkomplet tal-fatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali tinjora l-fatt li l-appellant ma ngħatax il‑possibbiltà li jesponi l-każ tiegħu b’mod oġġettiv quddiem il-Kumitat tal‑Petizzjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nipproponi li l-imsemmija kritiki jinġabru taħt żewġ aggravji, skont ir-rabta li tista’ tiġi stabbilita bejniethom. L-ewwel aggravju jinkludi l-ilmenti relatati mal-portata tad-dritt ta’ petizzjoni (ibbażati fuq it-tieni, it-tielet u r-raba’ lmenti tal-appell). It-tieni aggravju jinkludi l-ilmenti ta’ natura proċedurali (ibbażati fuq l-ewwel, il-ħames u s-sitt ilmenti tal-appell).</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Peress li r-risposta għall-argumenti relatati mas-sustanza tad-dritt ta’ petizzjoni kif ukoll dwar il-portata tas-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija determinanti għal dan l-appell, nipproponi li nibda bl-eżami ta’ dan l-aggravju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-portata tad-dritt ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ petizzjoni (l-ewwel aggravju li jinkludi t-tieni, it-tielet u r-raba</HT><HT TYPE="BOLD">’ lmenti tal-appell)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz tal-kritiki miġbura taħt l-ewwel aggravju, l-appellant jikkontesta l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ petizzjoni. L-ewwel nett, fir-rigward tal-punt 18 tas-sentenza appellata, l-appellant jikkritika lill-Qorti Ġenerali li ddeċidiet li hija biss deċiżjoni li tiddikjara petizzjoni bħala inammissibbli li tista’ tillimita l-eżerċizzju tad-dritt ta’ petizzjoni. B’hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ petizzjoni ġie limitat b’mod żbaljat fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet. Issa, il‑Parlament għandu jeżamina mhux biss l-ammissibbiltà ta’ petizzjoni, iżda għandu janalizza wkoll il-mertu tal-petizzjonijiet li jitqiesu li huma ammissibbli. Ir-rifjut ta’ pproċessar ta’ petizzjoni fuq il-mertu jipprekludi l-eżerċizzju tal-imsemmi dritt inkwantu l-persuna li tressaq petizzjoni tiġi mċaħħda mill-possibbiltà li tikkontribwixxi għat-titjib tad-dritt tal-Unjoni u li tipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fis-sens tal‑Artikoli 10(3) TUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-appellant jikkritika lill-Qorti Ġenerali minħabba raġunament illoġiku inkwantu ddikjarat, minn naħa, li, fir‑rigward tal-petizzjonijiet, il-Parlament qatt ma jadotta atti vinkolanti, u, min-naħa l-oħra, li d-deċiżjoni li għaliha petizzjoni hija ddikjarata inammissibbli jew ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tagħha tista’ tkun is‑suġġett ta’ rikors għal annullament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Minkejja li l-appellant isemmi l-punt 17 tas-sentenza appellata, dan huwa l-punt 16 ta’ din is-sentenza.</P></NOTE>. It-tielet nett, l-appellant jikkontesta l-applikazzjoni mill-Qorti Ġenerali tas-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) fil-punti 16, 17 u 19 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Parlament jiċħad l-ilmenti kollha mressqa. Huwa jenfasizza, b’mod partikolari, li, fir-rigward tan-natura extra-ġudizzjarja tad-dritt ta’ petizzjoni, dan jiggarantixxi biss dritt li jadixxi lill-Parlament, filwaqt li jippreżerva l-libertà politika ta’ dan tal‑aħħar dwar jekk jipproċedix jew le b’petizzjoni. Il-Parlament isostni li la d-dritt ta’ petizzjoni stabbilit bid-dritt primarju u lanqas id‑dispożizzjonijiet tar-Regolament Intern ma jippermettu li jiġi konkluż li l-persuna li tressaq petizzjoni għandha drittijiet proċedurali speċifiċi għall-finijiet tal-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ petizzjoni. Barra minn hekk, huwa jaqbel mal-analiżi li tirriżulta mill-ġurisprudenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dritt ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ petizzjoni fid-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-eżerċizzju tad-dritt ta’ petizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Kif diġà spjegajt, il-fakultà li tippreżenta petizzjoni tikkostitwixxi strument ta’ parteċipazzjoni diretta fil-funzjonijiet politiċi eżerċitati mir-rappreżentanti tal-popli tal-Unjoni. Madankollu, sa fejn hija l-ewwel darba li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna tanalizza d-dritt ta’ petizzjoni fit-totalità tiegħu, jidhirli utli li nippreżenta analiżi ddettaljata ta’ dan l-istrument.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Minkejja l-fatt li d-dritt ta’ petizzjoni lill-Parlament ma huwiex previst mit-trattati fundaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Nosserva li l-preżentata u l-eżami ta’ petizzjonijiet lill-Assemblea kienu diġà previsti fir-Regolament tal-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA). Fis-sammit ta’ Pariġi fl-1977, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-għoti ta’ drittijiet speċjali liċ-ċittadini tal-Komunità Ewropea filwaqt li stieden lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tikkunsidra tagħti prijorità lid-dritt ta’ petizzjoni liċ-ċittadini.</P></NOTE>, wara l-ewwel elezzjoni b’votazzjoni bi dritt universali, fl-1981 il-Parlament emenda r-Regoli tal‑Proċedura tiegħu u uffiċjalment irrikonoxxa l-fakultà li jiġu ppreżentati petizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ir-rikonoxximet tad-dritt ta’ petizzjoni liċ-ċittadini Ewropej ġie kkonfermat għall‑ewwel darba waqt il-Kunsill Ewropew fl-1984 bl-adozzjoni ta’ proposti tal‑Kumitat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Ewropa taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></NOTE>, fakultà li sussegwentement issaħħet permezz ta’ dikjarazzjoni interistituzzjonali fl-1989<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ftehim iffirmat fit-<DATE ISO="19890412">12 ta’ April 1989</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="120" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="1989">ĠU C 120, p. 90</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Kien biss bid‑dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Masstricht li d-dritt ta’ petizzjoni lill‑Parlament ġie rrikonoxxut fit-Trattat u ngħata l-istatus ta’ dritt fundamentali inkorporat fl-Artikolu 44 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Għandu jiġi nnotat li, skont l-Artikolu 52(2) tagħha, il-Karta tiggarantixxi d-dritt ta’ petizzjoni fil-limiti li jirriżultaw mill-Artikoli 20 TFUE u 227 TFUE. Id-dritt ta’ petizzjoni jissemma wkoll fl-Artikolu 24 TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ petizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Etimoloġikament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>petizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tfisser titlob (mil-Latin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/><HT TYPE="ITALIC">petere</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>titlob<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Għal analiżi ara, H. Surrel, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Le <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>droit de pétition<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> au Parlement européen<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, <HT TYPE="ITALIC">RMC</HT>, Nru 335, Marzu 1990.</P></NOTE> għalhekk inizjalment kien ikkonċepit bħala strument marbut maċ-ċittadinanza Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena parlamentari 2003‑2004 [2004/2090(INI), <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="320E" PAGE.FIRST="161" DATE.PUB="2005">ĠU 2005 C 320 E, p. 161</REF.DOC.OJ>].</P></NOTE>. Id-dritt li tressaq petizzjoni lill-Parlament, stabbilit bl-Artikolu 20(d) TFUE, bit-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE u bl-Artikolu 227 TFUE, u d-dritt li tressaq ilment lill-Ombudsman, skont l-Artikolu 228 TFUE, jikkostitwixxu mezzi li jippermettu liċ-ċittadini Ewropej jeżerċitaw id‑drittijiet ċiviċi demokratiċi diretti tagħhom. L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej stabbilita bit-Trattat ta’ Lisbona bis-saħħa tal-paragrafu 4 tal‑Artikolu 11 TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tagħha jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 211/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE>, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="065" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 65, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, tikkostitwixxi għodda paragunabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Indispensabbli għall-eżerċizzju, miċ-ċittadini, tal-parteċipazzjoni u tal-istħarriġ demokratiku, id-dritt ta’ petizzjoni jsaħħah għalhekk il‑komunikazzjoni bejn il-Parlament u ċ-ċittadini u residenti tal-Unjoni, filwaqt li jirrappreżenta, għal dawn il-persuni, mekkaniżmu miftuħ, demokratiku u trasparenti li jippermetti li tinkiseb, meta din tkun leġittima u ġġustifikata, soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-talba tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena 2013, [2014/2008(INI), A7‑0131/2014].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-ebda att ma ddefinixxa l-petizzjoni bħala tali. Madankollu, il-Parlament għamel diversi sforzi f’dan is-sens, u ppropona li din tal-aħħar tkopri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>kull ilment, konsultazzjoni, talba ta’ intervent, reazzjoni għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament jew għad‑deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet jew organi Komunitarji oħra, li jintbagħtu lilu minn individwi jew assoċjazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Rappot dwar l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena parlamentari 1993/1994(A3‑0158/94).</P></NOTE>. Minkejja li tali definizzjoni ma ġietx adottata uffiċjalment, fir-rapporti tal-Kumitat tal‑Petizzjonijiet, il-petizzjonijiet huma intiżi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>talbiet ta’ intervent, ta’ azzjoni jew ta’ bidla ta’ politika jew ta’ konsultazzjonijiet, ippreżentati fil-Parlament<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Fl-aħħar nett, ninnota li, f’rapport tal‑2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Rapport tas-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE> (A5‑0429/2001), dwar id-dritt ta’ petizzjoni taċ-ċittadin Ewropew: għat-tisħiħ tiegħu reviżjoni tat-Trattat KE, [2001/2137(INI)].</P></NOTE>, ġew ippreżentati proposta għal tisħiħ tad-dritt ta’ petizzjoni u modifika tat-Trattat, iżda ma kien hemm l-ebda segwitu partikolari tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Bħala paragun, skont l-informazzjoni li għandi, id-dritt ta’ petizzjoni f’diversi Stati Membri huwa dritt Kostituzzjonali (Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija) jew fundamentali (ir-Repubblika Ċeka, il‑Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Id-dritt ta’ petizzjoni huwa stabbilit bl-Artikolu 17 tal-Liġi fundamentali, taħt it‑titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Drittijiet fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>: http://www.bundestag.de/bundestag/aufgaben/rechtsgrundlagen/grundgesetz/gg_01/245122.</P><P>Bis-saħħa tal-Artikolu 45c tal-Liġi fundamentali nħoloq Kumitat ta’ Petizzjonijiet: http://www.bundestag.de/bundestag/aufgaben/rechtsgrundlagen/grundgesetz/gg_03/245126.</P><P>Il-funzjoni u l-poteri ta’ dan il-kumitat huma rregolati b’mod iktar iddettaljat permezz tal-liġi dwar il-kompetenzi tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet: http://www.bundestag.de/bundestag/ausschuesse18/a02/grundsaetze/petitionsausschuss_befugnisse/260546.</P><P>u permezz tar-Regolament Intern tal-Bundestag (paragrafi 108 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>): http://www.bundestag.de/bundestag/aufgaben/rechtsgrundlagen/go_btg/go09/245168.</P></NOTE>). Madankollu huwa diffiċli tagħti definizzjoni ġenerali tad-dritt ta’ petizzjoni. Skont it-tradizzjonijiet nazzjonali, il-petizzjoni tista’ tinkorpora suġġeriment jew informazzjoni, inizjattiva, li tesprimi sottomissjonijiet jew ilmenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Għal analiżi iktar iddettaljata, ara r-rapport tal-Parlament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Id-dritt ta’ petizzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> maħruġ fl-2001: http://www.uni‑mannheim.de/edz/pdf/dg4/POLI119_FR.pdf.</P></NOTE>. Minkejja li ċerti Stati Membri ma kellhomx strumenti li jippermettu liċ-ċittadini jadixxu lill-Parlament bi kwalunkwe kwistjoni (ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja), dawn tal-aħħar għandhom mezzi oħra sabiex jikkuntattjaw lid-deputati, bħal permezz ta’ ittri indirizzati lill-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara r-rapport tal-Parlament Ewropew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Id-dritt ta’ petizzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, p. 140 u 141.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fid-dritt tal-Unjoni, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ petizzjoni nfetaħ għar-residenti kollha tal-Unjoni u għall-persuni ġuridiċi kollha li għandhom is-sede legali tagħhom fi Stat Membru. Madankollu, wara emenda tar-Regolament Intern li saret fl-2011, ir-rikors għall‑petizzjonijiet twessa’ wkoll għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma humiex ċittadini tal-Unjoni u li ma jirrisjedux jew ma għandhomx is‑sede soċjali tagħhom fi Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet madankollu ma huwiex obbligat li jeżaminahom [ara l‑Artikolu 201(13) li jirriżulta mill-verżjoni tar-Regolament Intern, emendat].</P></NOTE>. Konsegwentement, il‑petizzjoni ma għadhiex strettament marbuta maċ-ċittadinanza tal‑Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 20(d) TFUE u t-tieni paragrafu tal‑Artikolu 24 TFUE u l-Artikolu 227 TFUE jsemmu espressament id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni.</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-petizzjonijiet jistgħu jiġu ffirmati minn diversi miljuni ta’ persuni li għandhom ikunu rrapreżentati minn persuna li tressaq petizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-petizzjoni Nru 1038/96 kontra l-esperimenti fuq l-annimali fis-settur tal‑prodotti kosmetiċi, iffirmata minn 4 miljun persuna.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 227 TFUE, il-possibbiltà li titressaq petizzjoni hija limitata għall-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, id-dritt ta’ petizzjoni għandu rwol fil‑kuntest tal-konċepiment u tal-istħarriġ tal-osservanza tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Minn naħa, il-petizzjonijiet jispiraw ix-xogħol ta’ kumitati oħra tal-Parlament, kompetenti fuq il-mertu sabiex jirrediġu atti leġiżlattivi f’oqsma partikolari. Il-Parlament jista’ wkoll sussegwentement jadotta riżoluzzjonijiet f’oqsma varji u politikament sensittivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, pereżempju, l-Impatt ambjentali tal-pajp tal-gass fil-baħar Baltiku sabiex jgħaqqad ir-Russja mal-Ġermanja P6_TA(2008)0336, riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE> dwar l-impatt ambjentali tal-proġett ta’ kostruzzjoni fil-baħar Baltiku tal-pajp tal-gass intiż sabiex jgħaqqad ir-Russja mal-Ġermanja (petizzjonijiet Nru 0614/2007 u Nru 0952/2006) [2007/2118(INI), <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="294E" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 C 294 E, p. 3</REF.DOC.OJ>].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-petizzjoni hija forma ta’ stħarriġ tal‑applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> miċ-ċittadini tal‑Unjoni. Fil-fatt, il-petizzjonijiet huma sors importanti ta’ informazzjoni sabiex isiru magħrufa nuqqasijiet tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara r-riżoluzzjoni 2003‑2004 [2004/2090(INI)], iċċitata iktar ’il fuq: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>peress li l-Parlament Ewropew, bħala organu elett b’elezzjoni diretta li jirrapreżenta liċ-ċittadini Ewropej fil-livell Ewropew, għandu bħala obbligu u prerogattiva speċifikament li jiddefendi d-drittijiet taċ-ċittadini; peress li l-Parlament għandu madankollu jiddependi fuq l-għajnuna u l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni, gwardjana tat-trattati, jekk irid ikun f’pożizzjoni li jsolvi l-problemi li jkunu wasslu liċ-ċittadini sabiex jitolbu l-għajnuna tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</P></NOTE>, speċjalment fl-oqsma tal-ambjent, tas-suq intern, fl-oqsma marbuta mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, is-settur tas-servizzi finanzjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>It-23 rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni: http://eur‑lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2006:0416:FIN:MT:PDF, p. 4.</P></NOTE> u fuq kollox fil-qasam ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Abbozz ta’ rapport dwar ir-Rapport Annwali 2012 dwar l-attività tal-Kumitat għall-Petitzzjonijiet [2013/2013(INI)]: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=‑//EP//NONSGML+COMPARL+PE‑508.200+03+DOC+PDF+V0//MT&amp;language=MT.</P></NOTE>. F’ħafna każijiet, il-preżentata ta’ petizzjoni li tikkoinċidi mat-tressiq ta’ lment fl-istess ħin lill-Kummissjoni Ewropea tista’ twassal għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jew ta’ rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew: Id-dritt tal-Petizzjoni fil-bidu tas-seklu XXI [(2000/2026(INI)] (A5‑0088/2001, p. 11).</P></NOTE>. L-istatistika turi li bejn kwart u terz tal-petizzjonijiet huma marbutin, jew iwasslu għal, proċeduri ta’ ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara t‑23 rapport tal-Kummissjoni ċċitat iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, il-problematika ta’ kif wieħed għandu jipproċedi kemm fir-rigward tal‑ilmenti kif ukoll tal-petizzjonijiet ma humiex parti mis-suġġett ta’ din il-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, it-talba tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet lill-Kummissjoni sabiex il-petizzjonijiet u l-ilmenti jiġu ttrattati bl-istess mod fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ksur; punt 17 tal‑Abbozz ta’ rapport tal-attivitajiet għas-sena 2013 fuq l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet iċċitat iktar ’il fuq, [2013/2013(INI)]: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=‑//EP//NONSGML+COMPARL+PE‑508.200+03+DOC+PDF+V0//MT&amp;language=MT.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-proċedura ta’ eżami tal-petizzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ petizzjoni huma rregolati bl-Artikoli 201 sa 203 tar-Regolament Intern emendat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Kuntrarjament għall-inizjattiva taċ-ċittadini rregolata mir-Regolament Nru 211/2011.</P></NOTE> (fl‑aħħar verżjoni tiegħu)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Minkejja li ma humiex applikabbli għall-fatti tal-każ, dawn id-dispożizzjonijiet jibqgħu, essenzjalment, l-istess. Għall-emendi konsekuttivi, ara l-kuntest ġuridiku.</P></NOTE>. Fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jidhirli li ma huwiex ikkontestat li l-Parlament jipprova mill-aħjar li jista’ sabiex jistabbilixxi proċedura trasparenti u ekwa li tippermetti lil kulħadd jeżerċita d-dritt ta’ petizzjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Il-Parlament eżamina wkoll il-bżonn li jirrevedi l-proċedura tal-petizzjoni kollha: Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena 2013 [2014/2008(INI), p. 18].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ, it-talbiet ta’ petizzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni formali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Il-petizzjonijiet għandhom juru l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz permanenti ta’ kull min iressaq il-petizzjoni. Għandhom ikunu redatti f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Madankollu, skont l-Artikolu 201(5), il-petizzjonijiet redatti b’xi lingwa oħra jistgħu jkunu kkunsidrati jekk min iressaq il-petizzjoni jehmeż traduzzjoni.</P></NOTE> jiddaħħlu fir-reġistru ġenerali, fl-ordni li fih jaslu. Il-petizzjonijiet li ma jissodisfawx il‑kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 201(2) tar-Regolament Intern emendat jitqiesu li huma magħluqa u l-persuni li jressqu l-petizzjoni jiġu informati bir-raġunijiet għaliex ma tkunx ittieħdet azzjoni. Filwaqt li huwa aċċettat li l-petizzjonijiet li ma jiġux irreġistrati u dawk li huma inammissibbli jaqgħu f’żewġ kategoriji distinti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara r-rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena 2012, 2012, [2013/2013(INI)] — Anness dwar l-istatistika li jinkludi l-kategoriji tat-talbiet.</P></NOTE>, id-differenza bejn it‑tnejn ma hijiex stabbilita faċilment fid-dawl tar-rapporti tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Mir-rapporti preċedenti tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet nosserva li t-talbiet mhux konformi mal-Artikolu 227 TFUE <HT TYPE="ITALIC">ma kinux irreġistrati</HT> bħala petizzjonijiet. Mir‑rapport tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet għas-sena 2013 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[i]l-Kumitat irċieva, bejn l-2009 u issa, madwar <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> petizzjoni li ġew irreġistrati, li minnhom madwar 60 % ġew iddikjarati ammissibbli għaliex jaqgħu fl-oqsma tal-attività tal‑Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Id-distinzjoni <HT TYPE="ITALIC">bejn it-talbiet mhux irreġistrati u inammissibbli toħloq konfużjoni</HT>. Skont ir-rapport, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>il-Kumitat irċieva total ta’ <FT TYPE="NUMBER">2885</FT> petizzjoni matul is‑sena 2013. Huwa rnexxielu jittratta madwar 989-il petizzjoni, li minnhom 654 ġew iddikjarati ammissibbli, 335 inammissibbli, u 538 ġew magħluqa. 199-il petizzjoni ġew iddikjarati ammissibbli, eżaminati u magħluqa<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Ma huwiex ċar jekk dawn id-deċiżjonijiet ġewx innotifikati u immotivati. Dan ma jidhirx li huwa l‑każ għat-talbiet li ma ġewx irreġistrati.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>It-talbiet irreġistrati jintbagħtu lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet li jivverifika l-ammissibbiltà materjali tagħhom fid-dawl tal‑Artikolu 227 TFUE, li minnu jirriżulta li kull persuna tista’ tressaq petizzjoni dwar suġġett li jaqa’ fl-oqsma ta’ attività tal-Unjoni u li jikkonċernah jew jikkonċernaha b’mod dirett.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-petizzjonijiet li jiġu ddikjarati inammissibbli f’dan l-istadju jingħalqu. Ir-Regolament Intern emendat jipprovdi wkoll għal vot fil‑każ fejn il-membri tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet ma jilħqux kunsens dwar l-ammissibbiltà tal-petizzjoni. Fi kwalunkwe każ, deċiżjoni ta’ inammissibbiltà motivata tintbagħat lill-persuna li tressaq il-petizzjoni, ħafna drabi flimkien ma’ suġġeriment sabiex tiġi indirizzata lill-korp nazzjonali jew internazzjonali kompetenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Skont il-Parlament, il-maġġoranza tal-petizzjonijiet iddikjarati inammissibbli ġew hekk iddikjarati minħabba konfużjoni persistenti bejn il-kompetenzi Ewropej u nazzjonali kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Kunsill tal-Ewropa jew il‑Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ara http://www.europarl.europa.eu/ftu/pdf/mt/FTU_2.1.4.pdf.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 201(8) jipprovdi l-possibbiltà li jiġu rrakkomandati rimedji alternattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fost it-talbiet ammissibbli, hemm it-talbiet magħluqa b’risposta immedjata jew dawk mibgħuta għal analiżi lil istituzzjonijiet oħra jew lil korpi oħra, għal parir jew informazzjoni. Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet ġeneralment imbagħad jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħtih kull informazzjoni rilevanti jew il-parir tagħha fuq il-punti mqajma mill‑persuna li tressaq il-petizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-eżami tal‑petizzjonijiet, huwa ċar li l-kompetenzi tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet huma fir-realtà kemmxejn limitati. Fil-fatt il-Kumitat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ma huwiex organu ġuridiku awtorizzat sabiex jiddikjara x’inhu ġust u x’ma huwiex f’kawża partikolari u lanqas li jiddikjara jekk deċiżjoni politika meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru hijiex xierqa jew le, u lanqas jekk għandhiex setgħa ta’ koerċizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena parlamentari 1999/2000, (A5‑0162/2000).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa ċar li l-Kumitat tal-Petizzjonijiet għandu libertà ta’ evalwazzjoni f’dak li jirrigwarda l-azzjoni wara petizzjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ petizzjoni jista’ wkoll ikollha natura diskrezzjonali, minkejja r-rabta stabbilita mal‑Artikolu 227 TFUE. Ċertament, huwa veru li din l-aħħar dispożizzjoni titlob li sabiex petizzjoni tkun ammissibbli hija għandha tkun fuq suġġett li jaqa’ fl-oqsma ta’ attività tal-Unjoni u għandha tirrigwarda lill-persuna li tressaq il-petizzjoni b’mod dirett. Madankollu, lil hinn mill-imsemmija rekwiżiti formali, mill-Artikolu 201(7) tar-Regolament Intern emendat jirriżulta li, jekk il-Kumitat tal-Petizzjonijiet ma jkollux kunsens dwar l-ammissibbiltà tal-petizzjoni, din tista’ tiġi ddikjarata ammissibbli fuq talba ta’ mill-inqas kwart tal-membri tal-imsemmi Kumitat.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Finalment, infakkar li l-Kumitat tal-Petizzjonijiet jikkunsidra li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>il-proċedura ta’ petizzjoni tista’, u għandha, tibqa’ kumplimentari ma’ mekkaniżmi ta’ rimedji oħra [f’sens wiesa’] li minnhom jistgħu jibbenefikaw iċ-ċittadini, bħall-ilmenti lill-Kummissjoni jew lill‑Ombudsman Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Abbozz ta’ rapport fuq l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena 2012, [2013/2013(INI), punt J].</P></NOTE>. Flimkien ma’ korpi oħra, istituzzjonijiet u strumenti li huma l-Kumitati ta’ inkjesta, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u l-Ombudsman, il-Kumitat tal-Petizzjonijiet għandu rwol awtonomu u ddefinit b’mod ċar bħala punt ta’ kuntatt għal kull ċittadin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dan iwassalni sabiex neżamina l-kwistjoni tal-kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat, kif interpretat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u li wassalha sabiex fis-sentenza appellata, tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli minħabba l-fatt li, skont id-deċiżjoni kkontestata, il‑petizzjoni kienet ġiet ikkwalifikata bħala ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-effetti legali tal-eżerċizzju tad-dritt ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ petizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 263 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq il-kunċett ta’ att li jipproduċi effetti legali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, jista’ jiġi ppreżentat rikors għal annullament kontra kwalunkwe miżura meħuda mill-istituzzjonijiet, tkun xi tkun in-natura jew il-forma tagħha, li jkollha l-għan li tipproduċi effetti legali. B’mod partikolari, jitqiesu li huma atti li jistgħu jiġu kkontestati, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, dawk il-miżuri kollha li jipproduċu effetti legali vinkolanti li jistgħu jaffettwaw l-interessi tar‑rikorrent, billi jbiddlu b’mod sostanzjali l-pożizzjoni legali tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenzi IBM vs Il‑Kummissjoni (60/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 9); Athinaïki Techniki vs Il‑Kummissjoni (C‑521/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29); u Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni (C‑362/08 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:40">EU:C:2010:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, ma humiex ammissibbli r-rikorsi ppreżentati kontra atti li jikkostitwixxu biss miżuri interni għall-amministrazzjoni u li, konsegwentement, ma jiġġeneraw l-ebda effett barra minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Digriet Planet vs Il‑Kummissjoni (T‑320/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:172">EU:T:2011:172</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 37 sa 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Peress li, f’dan il-każ, qed tiġi ttrattata l-kwistjoni ta’ att adottat mill-Parlament, għandu jitfakkar li, fis-sentenza Les Verts vs Il‑Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li rikors għal annullament jista’ jsir kontra l-atti tal‑Parlament, intiżi sabiex jipproduċu effetti legali fil‑konfront ta’ terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>294/83, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:166">EU:C:1986:166</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, sentenza kkodifikata permezz tal-Artikolu G punt 53 tat-Trattat ta’ Maastricht li jemenda l-Artikolu 173 tat-Trattat KE.</P></NOTE>. Skont ġurisprudenza stabbilita, atti li jirrigwardaw biss l-organizzazzjoni interna tax-xogħol tal-Parlament ma jistgħux, madankollu, jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Sentenza Weber vs Il‑Parlament (C‑314/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:109">EU:C:1993:109</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 9 u 10).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-konstatazzjoni tal‑President tal-Parlament li l-proċedura baġitarja kienet intemmet tirriżulta mill-atti li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Sentenza Il‑Kunsill vs Il‑Parlament (34/86, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:291">EU:C:1986:291</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, ġie speċifikat li l-att ibbażat fuq l-Artikolu 314(9) TFUE jikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, inkwantu jagħti forza vinkolanti lill-baġit tal-Unjoni. Ara s-sentenza Il‑Kunsill vs Il‑Parlament (C‑77/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:559">EU:C:2013:559</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 50, 54 sa 56, 60 u 63).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll li rikors kontra l‑leġiżlazzjoni dwar il-kumpens tranżitorju meta jispiċċa l-mandat lil deputati tal-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Sentenza Weber vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:109">EU:C:1993:109</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 9 u 10).</P></NOTE> huwa ammissibbli. L-istħarriġ ġudizzjarju ġie wkoll ammess fil‑każ ta’ riżoluzzjoni tal-Parlament li kienet tinnomina l-persunal inkarigat minn ċerti attivitajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Sentenza Il‑Lussemburgu vs Il‑Parlament (C‑213/88 u C‑39/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:449">EU:C:1991:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-atti relatati mal-kostituzzjoni tal-Kumitati ta’ inkjesta tal-Parlament jikkonċernaw biss l-organizzazzjoni interna tax-xogħol tal-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Digriet Groupe des droites européennes vs Il‑Parlament (78/85, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:227">EU:C:1986:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 11).</P></NOTE>. Bl‑istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li d-delegazzjonijiet interparlamentari għandhom biss kompetenza ta’ informazzjoni u ta’ kuntatt u li l-atti relatati man-nomina tal-membri tagħhom u l-elezzjoni tal-president tagħhom ma humiex atti li jistgħu jiġu kkontestati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Digriet Blot u Front national vs Il‑Parlament (C‑68/90, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:222">EU:C:1990:222</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 12).</P></NOTE>. Il‑Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li ittra ta’ istituzzjoni mibgħuta bħala risposta għal talba magħmula minn min bagħatha ma kinitx tikkostitwixxi att li setgħet tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara, id-digriet Miethke vs Il‑Parlament (C‑25/92, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:32">EU:C:1993:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) dwar talba indirizzata lill-Parlament sabiex jiddikjara li l-mandati tad-deputati Ġermaniżi kienu tilfu l-validità tagħhom minħabba r-riunifikazzjoni tal-Ġermanja.</P></NOTE>. Il-Qorti tal‑Ġustizzja għaqqdet ukoll flimkien mal-mertu l-eżami tal‑ammissibbiltà ta’ rikors kontra l-atti tal-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>F’kawża reċenti, dwar talba għal annullament tad-deliberazzjonijiet tal-Parlament dwar il-kalendarju tal-perijodi ta’ sessjoni, is-sentenza Franza vs Il‑Parlament (C‑237/11 u C‑238/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:796">EU:C:2012:796</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-każ inkwistjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi tad-dritt ta’ petizzjoni bħala strument tad-djalogu politiku li jaqa’ fir-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew, jista’ jiġi ammess li d-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat tal-Petizzjonijiet huma, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, simili għal atti ta’ organizzazzjoni interna tal-Parlament, adottati fil-kuntest tax-xogħol politiku tiegħu. Fir-rigward ta’ din il-konstatazzjoni, madankollu għandhom jiġu eżaminati l-effetti tad-deċiżjonijiet tal‑Kumitat tal-Petizzjonijiet fir-rigward ta’ terzi, kif jirriżulta mis‑sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-effetti tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq is-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Qabel kollox, kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet tal-appellant, huwa paċifiku li s-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma tagħtix lid-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet il-kwalità ta’ deċiżjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati, ħaġa li tagħti r-rimedju ta’ stħarriġ mill-Qorti tal‑Ġustizzja tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet f’din is-sentenza li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>jekk l-azzjonijiet meħuda mill-Parlament wara petizzjoni ddikjarata ammissibbli ma jaqgħux fil-qasam tal-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni, bil-Parlament jirriserva f’dan ir-rigward libertà assoluta ta’ evalwazzjoni ta’ natura politika, l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ petizzjoni għandha madankollu tkun suġġetta għal stħarriġ ġuridiku, peress li dan huwa l-uniku garanzija tal-effettività tad-dritt ta’ petizzjoni stabbilit bl-Artikolu 194 KE. Fil-fatt, deċiżjoni ta’ inammissibbiltà u ta’ twaqqif mingħajr ma tittieħed azzjoni ta’ petizzjoni mill-Kumitat tal‑Petizzjonijiet hija tali li taffettwa s-sustanza stess tad-dritt taċ‑ċittadini li jippreżentaw petizzjoni kif stabbilit bit-Trattat u tikkostitwixxi minħabba f’hekk deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mis-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali applikat il-prinċipju li jitlob li huma biss id-deċiżjonijiet tal‑Kumitat tal-Petizzjonijiet li jikkwalifikaw it-talbiet bħala inammissibbli li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Issa, skont l-appellant, tali konklużjoni hija vvizzjata minn żball ta’ loġika peress li, minn naħa, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ dwar il-fondatezza tal-petizzjonijiet u l-azzjonijiet li jittieħdu warajhom, u, min-naħa l-oħra, tagħti lil numru minn dawn id-deċiżjonijiet in-natura ta’ att li jista’ jiġi kkontestat, fis‑sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kemm fir-rigward tar-raġunijiet diġà esposti dwar il‑karatteristiċi tal-istrument ta’ petizzjoni fid-dritt tal-Unjoni kif ukoll għar-raġunijiet li ġejjin, naħseb li l-ġurisprudenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija vvizzjata b’kontradizzjoni. Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, l-ebda tip ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet ma tista’ tbiddel b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tal-persuna li tressaq petizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ petizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, għall-finijiet tal-analiżi tal‑effetti legali ta’ kwalunkwe att tad-dritt tal-Unjoni, għandu jsir riferiment qabel kollox għas-sustanza u għan-natura tiegħu, u mhux għall‑isem jew il-forma tiegħu. Hekk għandu jkun ukoll il-każ tad-dritt ta’ petizzjoni. Għalhekk huwa żbaljat li wieħed jitlaq mill-prinċipju li l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ifisser awtomatikament l-eżistenza ta’ dritt suġġettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dak li jikkonċerna l-fatt li d-dritt ta’ petizzjoni jinsab fil-Karta u jikkostitwixxi dritt fundamentali, jeħtieġ sempliċement li jsir riferiment għall-Artikolu 52 tal-Karta li jistabbilixxi, fil-paragrafu 5 tiegħu, distinzjoni bejn drittijiet u prinċipji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet tal-Karta, id-drittijiet suġġettivi għandhom jiġu rrispettati, filwaqt li l-prinċipji għandhom jiġu osservati. Barra minn hekk, huwa ppreċiżat li, f’ċerti każijiet, artikolu tal-Karta jista’ jkun fih elementi li jirriżultaw minn dritt u minn prinċipju.</P></NOTE>. Madankollu, minkejja l‑isem tagħhom fil-Karta, ċerti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li jinsabu fiha ma jitqiesux li huma drittijiet individwali. Kif turi s-sentenza Association de médiation sociale<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>C‑176/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2">EU:C:2014:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>id‑dritt ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 27 tal-Karta ġie stabbilit bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>prinċipju<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-Karta. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni ma tiddefinixxix sitwazzjoni legali individwali, iżda tordna lill-awtoritajiet pubbliċi jistabbilixxu kontenut oġġettiv (informazzjoni u konsultazzjoni mal-ħaddiema) u ċerti għanijiet (effettività tal-informazzjoni, rappreżentattività skont il-livelli, u dan f’ħin effettiv)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Ara l-Konklużjonijiet Association de médiation sociale (C‑176/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:491">EU:C:2013:491</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dritt tal-Unjoni jinkludi diversi strumenti extra-ġudizzjarji li jissejħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>B’hekk iċ-ċittadini għandhom id-dritt jintroduċu lment jekk jidhrilhom li l-Kummissjoni Ewropea ma tirrispettax il-kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Kodiċi dwar imġiba tajba tal-Kummissjoni adottat fl-2000 http://ec.europa.eu/transparency/code/_docs/code_mt.pdf.</P></NOTE>. L-uniku rimedju previst hija l-fakultà għal min qed jagħmel l-ilment li jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal‑Kummissjoni li jerġa’ jeżamina mill-ġdid l-ilment tiegħu. Dan il‑kodiċi jipprovdi wkoll il-possibbiltà li tmur għand Ombudsman Ewropew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll il-prinċipji ġenerali u r‑regoli minimi applikabbli għall-konsultazzjonijiet tal-pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Lejn kultura msaħħa ta’ konsultazzjoni u ta’ djalogu, Prinċipji ġenerali u regoli minimi applikabbli għall-konsultazzjonijiet mibdija mill-Kummissjoni mal-partijiet ikkonċernati [COM(2002) 704 finali].</P></NOTE>, mingħajr ma tħallathom, għall-benefiċċju tal-individwi, mad-dritt li jikkontestaw quddiem il-qrati d-deċiżjonijiet adottati bi ksur ta’ dawn il‑prinċipji u regoli.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li dan id-dritt ma huwiex irregolat minn xi att legali partikolari, iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jirrapportaw mal-Kummissjoni ksur tad-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru. Huwa paċifiku, għall-kuntrarju, li l-individwi ma jistgħux jikkontestaw rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, id-digrieti Grúas Abril Asistencia vs Il‑Kummissjoni (C‑521/10 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:418">EU:C:2011:418</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29) u Altner vs Il‑Kummissjoni (C‑411/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:852">EU:C:2011:852</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 8).</P></NOTE>. Jekk persuna li għandha lment tqis li, fit-trattament tal-ilment tagħha, kien hemm tħaddim ħażin tal-amministrazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, hija tista’ tippreżenta rikors quddiem l-Ombudsman<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>http://ec.europa.eu/eu_law/your_rights/your_rights_mt.htm6recours.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-appell li qed jiġi eżaminat, l-appellant iqajjem ir-riskju ta’ ksur ta’ dritt fundamentali jew, fi kwalunkwe każ, tal-eżerċizzju ta’ dan id-dritt mill-perspettiva tal-garanziji proċedurali li minnhom deher li kien akkumpanjat. Tali ksur jista’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tal-persuna li tressaq il-petizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifiku li l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, li ġie stabbilit fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Sentenzi Johnston (222/84, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:206">EU:C:1986:206</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 18 u 19); Heylens <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (222/86, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:442">EU:C:1987:442</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14); Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑424/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:642">EU:C:2001:642</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45); Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (C‑50/00 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:462">EU:C:2002:462</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39); u Eribrand (C‑467/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:364">EU:C:2003:364</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61).</P></NOTE>, u li reġa’ ġie kkonfermat ukoll fl-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Madankollu nirrileva li dan il-prinċipju għandu l-oriġini tiegħu mill-konstatazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>l-eżistenza ta’ rimedju ta’ natura ġudizzjarja kontra kull deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li tirrifjuta l-benefiċċju ta’ dritt hija essenzjali sabiex tiżgura lill-individwu l-protezzjoni effettiva tad-dritt tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Sentenza Heylens <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:442">EU:C:1987:442</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14).</P></NOTE>. L-assenza ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tfisser għalhekk ksur ta’ dritt garantit.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ tad-dritt ta’ petizzjoni. Fil-fatt, fil-każ fejn petizzjoni tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ inammissibbiltà, ta’ twaqqif, ta’ trasferiment lejn istituzzjoni oħra jew ta’ għeluq tal-proċedura permezz ta’ risposta, ma tqumx il-kwistjoni ta’ limitazzjoni jew ta’ rifjut milli persuna tibbenefika minn dritt rikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni li ġġib magħha l-ħtieġa ta’ protezzjoni ġudizzjarja. Għall-kuntrarju, f’każ simili, id-dritt li teżerċita d-dritt ta’ petizzjoni huwa rrispettat kompletament sa fejn ir-rikorrent seta’ jressaq it-talba tiegħu, kien informat bl-istadji proċedurali fi ħdan il-Parlament u rċieva risposta għat-talba tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ninnota, fl-istess sekwenza, li jekk ma tkunx intlaqgħet it‑talba tagħha, il-persuna li tressaq il-petizzjoni tista’ terġa’ tressaq talba ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament li — wara evalwazzjoni politika differenti, jekk ikun il-każ — jista’ liberament jadotta deċiżjoni differenti fuq din il-petizzjoni. F’dan il-kuntest għandu jitfakkar li l-Parlament wessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-petizzjonijiet ammissibbli meta mqabbel mat-trattat. Barra minn hekk, huwa jista’, b’mod ġenerali, jieħu pożizzjoni politika fuq suġġetti li ma jaqgħux fil-kompetenza tal‑Unjoni. Issa, it-teħid ta’ pożizzjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet ma għandhom ebda <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> negattiva jew pożittiva. Barra minn hekk, huwa wkoll possibbli għall-persuna li tressaq il-petizzjoni li sussegwentement tindirizza lill-Ombudsman jew lill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq il-ġurisprudenza dwar l-ilmenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>It-tieni nett, sabiex jiġu identifikati l-oriġini tal-iżball li bih jidhirli li hija vvizzjata d-distinzjoni stabbilita mill-Qorti Ġenerali fis‑sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u li ġiet applikata fis-sentenza hawn appellata, għandu jsir riferiment għar-regoli dwar is-setgħat tal-awtoritajiet aditi minn talbiet informali jew ilmenti fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, l-eżempju l-iktar klassiku jista’ jkun fil-ġurisprudenza dwar il-kompetenzi tal-Kummissjoni, li għandha setgħat vinkolanti fil-qasam tal-ilmenti fid-dritt tal-kompetizzjoni. Fil‑fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, filwaqt li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur tar‑regoli tal-kompetizzjoni u lanqas li tinvestiga lment imressaq quddiemha bis-saħħa tar-Regolament [Nru 17, li sar 1/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).</P></NOTE>], hija madankollu obbligata tevalwa b’attenzjoni l-punti ta’ fatt u ta’ liġi mqajma mill‑persuna li qed tressaq l-ilment sabiex tivverifika l-eżistenza ta’ aġir antikompetittiv. Barra minn hekk, meta ma ttieħed l-ebda azzjoni, il‑Kummissjoni hija obbligata timmotiva d-deċiżjoni tagħha sabiex tippermetti lill-Qorti Ġenerali tivverifika jekk hija kkommettietx żball ta’ fatt jew ta’ liġi jew kienx hemm użu ħażin ta’ poter<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>Sentenza Rend <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni (C‑19/93 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:339">EU:C:1995:339</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet <HT TYPE="ITALIC">li istituzzjoni, li għandha s-setgħa tikkonstata u tissanzjona ksur u li quddiemha jista’ jitressaq ilment minn individwu</HT>, kif inhu l-każ tal‑Kummissjoni fid-dritt tal-kompetizzjoni, neċessarjament tadotta att li jipproduċi effetti legali meta hija tipproċedi għat-twaqqif totali jew parzjali ta’ dan l-ilment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Sentenza SFEI <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni (C‑39/93 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:253">EU:C:1994:253</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> (enfasi miżjuda minni).</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Issa, huwa evidenti li, fid-dawl tal-għan verament distint tal‑leġiżlazzjoni ekonomika inkwistjoni kif ukoll tar-rwol tal‑Kummissjoni f’dan il-kuntest, il-ġurisprudenza fil-qasam tal‑kompetizzjoni ma tistax tkun punt ta’ riferiment fil-qasam tad-dritt tal-petizzjoni. Id-distinzjoni stabbilita mis-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) tidher madankollu li ssegwi din il-loġika. Barra minn hekk, ir-riferiment mill‑appellant għas-sentenza Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076"><P>T‑16/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1992:109">EU:T:1992:109</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 54 sa 56.</P></NOTE> fil-qasam tal-kompetizzjoni ma huwiex biss inapplikabbli fil-qasam tal-petizzjonijiet, iżda wkoll żbaljat fis-sens li s-sentenza Rendo ma kkonfermatx li kull limitazzjoni ta’ dritt neċessarjament tipproduċi effetti legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077"><P>Din is-sentenza, barra minn hekk, ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:339">EU:C:1995:339</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tat lok għas-sentenza Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni (T‑16/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:189">EU:T:1996:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-eżempju totalment kuntrarju huwa dak tal‑kompetenzi tal-Ombudsman li ma għandux is-setgħa li jieħu miżuri vinkolanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078"><P>Ara s-sentenza Komninou <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni (C‑167/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:633">EU:C:2007:633</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>. Filwaqt li huwa ammess li din il-ġurisprudenza ma tissodisfax kompletament il-kwistjonijiet imqajma f’dan il-każ, ikun utili li jkun hemm paragun bejn l-evalwazzjoni tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kumitat tal-Petizzjonijiet u l-atti adottati mill‑Ombudsman fil-kuntest tal-eżami tal-ilmenti li huma indirizzati lejh bis-saħħa tal-Artikolu 228 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ġie deċiż li r-rapport tal-Ombudsman li jikkonstata li kien hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina ma jipproduċix, bħala prinċipju, xi effetti legali fir-rigward ta’ terzi, fis‑sens tal-Artikolu 230 KE, u lanqas ma jivvinkola lill-Parlament li huwa liberu li jiddeċiedi, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu bit-Trattat, dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. L-istess huwa l-każ, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, tar-rapport annwali li l-Ombudsman għandu jippreżenta lill‑Parlament fi tmiem kull<?PAGE NO="15"?> sessjoni annwali u li jinkludi r-riżultati kollha tal-investigazzjonijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079"><P>Digriet Associazione delle Cantine Sociali Venete vs L‑Ombudsman u Il‑Parlament (T‑103/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:135">EU:T:2000:135</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</P></NOTE>. B’hekk, deċiżjoni motivata tal‑Ombudsman li tagħlaq l-eżami dwar il-mertu ta’ lment sabiex ma tittieħed l-ebda azzjoni ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat permezz ta’ rikors għal annullament, sa fejn tali deċiżjoni ma tipproduċix effetti legali fil-konfront tat-terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080"><P>Ara d-digriet Srinivasan vs L‑Ombudsman (T‑196/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:470">EU:T:2008:470</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kompetenzi tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet, huwa għalhekk iġġustifikat li jiġi kkunsidrat li dan ma għandu ebda obbligu li jikseb riżultat, bħal fil-każ tal-Ombudsman<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0081"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza L‑Ombudsman vs Lamberts (C‑234/02 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:174">EU:C:2004:174</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 48 sa 52, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fuq kollox, fid-dawl tal‑karatteristiċi tad-dritt ta’ petizzjoni hawn fuq esposti, dan il-prinċipju għandu jiġi applikat għad-deċiżjonijiet ta’ inammissibbiltà jew ta’ twaqqif mingħajr evalwazzjoni tal-petizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Fuq il-kontenut tad-dritt ta’ petizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>It-tielet nett, ma naħsibx li d-dritt ta’ petizzjoni tal-Unjoni jista’ jirrifletti jew għandu jkun ispirat mill-mudell tal-petizzjonijiet fis‑seħħ f’diversi Stati Membri. Fid-dawl ta’ informazzjoni li għandi, huma biss ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082"><P>Bħala regola, dawn l-atti ma jitqiesux li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>atti amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, għaliex ma għandhomx effett ġudizzjarju fuq il-persuna li tressaq petizzjoni. Madankollu hemm il-possibbiltà ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>azzjoni ta’ infurzar amministrattiv<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li tippermetti lill‑persuna li tressaq petizzjoni li tpoġġi deċiżjoni li ma tipproduċix effetti ġuridiċi għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ qorti amministrattiva. Jista’ jsir ukoll rikors kostituzzjonali wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji ġudizzjarji l-oħra kollha. Fil‑prattika, ara, pereżempju, http://www.bundesverfassungsgericht.de/entscheidungen/rk20121121_2bvr172012.html, fejn il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat bħala inammissibbli rikors kostituzzjonali dwar deċiżjoni tal-Oberverwaltungsgericht Berlin‑Brandeburg tal-<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE> li kienet toriġina minn deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Bundestag li tirrifjuta l-eżami ta’ petizzjoni minħabba l-fatt li żewġ petizzjonijiet simili kienu diġà qed jiġu eżaminati mill-ministeri federali kompetenti.</P></NOTE>, ir-Renju ta’ Spanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083"><P>Fid-dritt Spanjol, fir-rigward ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament, f’każ fejn att tal‑Parlament jikser dritt fundamentali, hemm il-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. F’dan il-każ, ir-rikors quddiem il-qrati amministrattivi huwa eskluż, peress li l-attività tal-Parlament hija ta’ natura kostituzzjonali.</P></NOTE> u t-territorji barranin kollettivi Franċiżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084"><P>Fir-rigward tad-dritt Franċiż, huma biss it-territorji barranin kollettivi li jibbenefikaw minn rikors quddiem il-qorti amministrattiva, iżda dan għal ċerti deċiżjonijiet biss.</P></NOTE> li pprovdew stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet adottati wara petizzjoni. Madankollu, skont l-informazzjoni li għandi, anki fid‑dritt Ġermaniż, id-deċiżjonijiet adottati bħala risposta għal petizzjoni ma jitqiesux li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>atti amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għaliex ma għandhomx effett legali fuq il-persuna li tressaq petizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085"><P>Biex inkun iktar preċiż, l-istħarriġ permissibbli fid-dritt Ġermaniż huwa stħarriġ formali u mhux sostanzjali. B’hekk ċittadin jista’ jirrikorri għand qorti amministrattiva minħabba li l-Bundestag ma kkunsidrax il-petizzjoni tiegħu jew għax ma segwiex il-proċedura korretta. Għall-kuntrarju, il-qorti amministrattiva ma tistax tiddeċiedi dwar il-mertu.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Issa, id-dritt ta’ petizzjoni fid-dritt tal-Unjoni għandu jitqies li huwa kunċett awtonomu u, peress li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal‑Artikolu 263 TFUE, għandu jissodisfa l-kriterji tal-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ att li jista’ jaffettwa s-sitwazzjoni legali tal‑persuna li tressaq petizzjoni b’mod sinjifikattiv. Barra minn hekk, infakkar li, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità bbażat fuq l-Artikoli 263 TFUE u 265 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni ma hijiex kompetenti sabiex tagħti ordnijiet lill-istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0086"><P>Ara d-digriet Pevasa u Inpesca vs Il‑Kummissjoni (C‑199/94 P u C‑200/94 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:360">EU:C:1995:360</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24); sentenza Assurances du crédit vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑63/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:152">EU:C:1991:152</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30); id-digriet Victoria Sánchez vs Il‑Parlament u Il‑Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:693">EU:C:2011:693</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 38); kif ukoll Mugraby vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑581/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:466">EU:C:2012:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 75).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-istabbiliment tad-dritt ta’ petizzjoni jirriżulta, bħala regola, mir-responsabbiltà ewlenija tal-Parlament, peress li jiżgura l‑interessi tal-eletturi tiegħu. Nixtieq nenfasizza li l-eżerċizzju tad‑dritt ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament ma jidħolx fil-kuntest tal‑attivitajiet ta’ korp amministrattiv, iżda jaqa’ taħt l-attivitajiet ta’ korp politiku. Dan ifisser li ċ-ċittadini jistgħu jikkontrollaw u jissanzjonaw id-deċiżjonijiet adottati mill-Parlament waqt l-elezzjonijiet Ewropej.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>It-tipi differenti ta’ risposti li l-Kumitat tal-Petizzjonijiet jista’ jadotta fir-rigward ta’ petizzjoni, inkluż it-trasferiment lil korp ieħor minħabba l-limitazzjonijiet tal-mandat tiegħu, ma jistgħux għalhekk jiġu mxebbha ma’ rifjut ta’ korp amministrattiv peress li l-Kumitat tal-Petizzjonijiet huwa parti minn korp rappreżentattiv ta’ natura politika.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nipproponi li għandu jkun ikkunsidrat li s-sustanza tad-dritt ta’ petizzjoni tinsab fil-possibbiltà li jitressqu b’mod uffiċjali ċerti kwistjonijiet għall-konoxxenza tal-Parlament, mingħajr ma l-persuna li tressaq il-petizzjoni ma tkun qed tuża d-dritt li titlob b’mod dirett protezzjoni ġuridika. Dan ma huwiex dritt individwali intiż sabiex jipproduċi effetti legali fir-rigward tas‑sitwazzjoni tal-persuna li tressaq petizzjoni, iżda għodda politika ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-possibbiltà għaċ-ċittadini li jibagħtu ittri jew dokumenti oħra lill-Parlament u lid-deputati ma tiddependix fuq dritt formali ta’ petizzjoni. Għal din ir-raġuni, naħseb li, minn perspettiva kostituzzjonali, il-funzjoni ta’ dan l-istrument hija ekwivalenti għal awtorizzazzjoni għall-Parlament li jiġi adit formalment minn inizjattivi li ma jirriżultaw la mill-Kummissjoni u lanqas mid‑deputati, grupp jew kumitati tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0087"><P>Infakkar il-pożizzjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet li tinsab fil-punt 1 ta’ dawn il-Konklużjonijiet, li petizzjoni tippermetti lil individwu li jsemma’ leħnu <HT TYPE="ITALIC">b’mod uffiċjali</HT> (enfasi miżjuda minni).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-korollarju tad-dritt ta’ petizzjoni jikkorrispondi għalhekk mal‑obbligu għall-Parlament li jistabbilixxi mekkaniżmi li jippermettu lil persuni li jressqu petizzjoni jkollhom aċċess għall-Parlament skont proċeduri effiċjenti u trasparenti. Huwa biss it-twaqqif ta’ dawn il‑mekkaniżmi li għalhekk jista’ jaqa’ taħt l-istħarriġ tal-Qorti tal‑Ġustizzja tal-Unjoni permezz ta’ rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 265 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jiena pjuttost naħseb li l-istħarriġ tal-Qorti tal‑Ġustizzja tal-Unjoni japplika biss fil-każ fejn il-Parlament jadotta attitudni li tirrifletti ksur gravi u persistenti tad-dritt ta’ petizzjoni, li jqiegħed inkwistjoni l-applikazzjoni tal-istrument tal-petizzjonijiet bħala tali, b’mod partikolari fil-każ ta’ rifjut li jintlaqgħu petizzjonijiet jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ risposta għal petizzjonijiet. Fil-fatt, tali attitudni tikkostitwixxi ksur tal-obbligu li jaqa’ fuq il-Parlament bis-saħħa tal‑Artikoli 20 TFUE u 227 TFUE u 44 tal-Karta. F’dan il-każ, wara lment ta’ individwu, il-Kummissjoni, bħala gwardjana tat-Trattati, għandha tintervjeni skont l-Artikolu 265 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ma huwiex eskluż li b’analoġija tiġi applikata s-soluzzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja spjegat fil-kuntest tal-ġurisprudenza dwar id-deċiżjonijiet tal-Ombudsman, minkejja l-approċċ li d-dritt ta’ petizzjoni ma jikkostitwixxix dritt suġġettiv. Skont din il-ġurisprudenza, f’ċirkustanzi verament eċċezzjonali, ċittadin jista’ juri li l-Kumitat tal‑Petizzjonijiet ikkommeta ksur suffiċjentement sinjifikattiv tad-dritt tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, li jikkawża dannu liċ‑ċittadin ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0088"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza L‑Ombudsman vs Lamberts (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:174">EU:C:2004:174</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, inqis li s-sentenza Tegebauer vs Il‑Parlament (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:466">EU:T:2011:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-portata tad-dritt ta’ petizzjoni fis-sens tal‑Artikoli 20 TFUE u 227 TFUE inkwantu hija tikklassifika deċiżjonijiet ta’ inammissibbiltà jew ta’ twaqqif ta’ petizzjoni bħala deċiżjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi applikat din il-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fis-sentenza appellata.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-iżball ma għandux implikazzjonijiet fuq id‑dispożittiv tas-sentenza appellata. Fil-fatt, l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali ma jwassalx għall-annullament tas-sentenza appellata jekk id-dispożittiv tagħha jkun jidher fondat fid-dawl ta’ raġunijiet oħra ta’ dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0089"><P>Sentenza ThyssenKrupp Nirosta vs Il‑Kummissjoni (C‑352/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:191">EU:C:2011:191</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 136).</P></NOTE>. Nipproponi għalhekk li l-Qorti tal-Ġustizzja tipproċedi sabiex tissostitwixxi r-raġunijiet, fis-sens li l-istħarriġ ġudizzjarju fir-rigward ta’ kull deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament għandu jiġi eskluż sakemm dawn ma jikkostitwixxux atti li jistgħu jiġu kkontestati fis-sens tal‑Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VII –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni aggravju (l-ewwel, il-ħames u s-sitt ilmenti tal-appell)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet preċedenti, ma hemmx lok li jiġu eżaminati l-kumplament tal-ilmenti tal-appell, li huma, barra minn hekk, ikkunsidrati fis-sottomissjonijiet tal-Parlament bħala manifestament inammissibbli. L-analiżi li ġejja għalhekk qed tiġi sottomessa b’mod sussidjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment, l-appellant jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli injorat il-fatt li l-petizzjoni tal-appellant ma ġietx eżaminata fuq il-mertu mill-Kumitat tal-Petizzjonijiet. Tali żnaturament tal-fatti wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonkludi b’mod żbaljat li d-dritt ta’ petizzjoni ma kienx miksur f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, jekk, fil-kuntest ta’ appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti sabiex tikkonstata l-fatti u lanqas, bħala regola, sabiex teżamina l-provi li l-Qorti Ġenerali aċċettat insostenn ta’ dawn il-fatti, is-setgħa ta’ stħarriġ tal-Qorti Ġenerali fuq il-konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula mill-Qorti Ġenerali jestendu, b’mod partikolari, għall-ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet li jirriżultaw mid-dokumenti tal-proċess, għall-iżnaturament tal-provi, għall-klassifikazzjoni legali tagħhom u għall-kwistjoni dwar jekk ir‑regoli dwar l-oneru u l-amministrazzjoni tal-prova ġewx osservati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0090"><P>Sentenza Siemens <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni (C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:866">EU:C:2013:866</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Issa, il-paragun bejn il-punt 3 tas-sentenza appellata u r-risposta li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata ma jippermettix li jiġi kkonstatat li kien hemm xi żnaturament jew xi ineżatezza materjali. Minkejja li l-Qorti Ġenerali ma rriproduċietx testwalment l-ittra tal-President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet, mis-sentenza appellata jista’ jiġi dedott b’mod ċar li l‑Kumitat ma eżaminax it-talba tal-appellant. Fi kwalunkwe każ, mis‑sentenza appellata kollha jirriżulta li l-Qorti Ġenerali korrettament aċċettat il-petizzjoni inkwistjoni bħala ammissibbli, ħaġa li wasslitha sabiex korrettament tfakkar li l-azzjoni wara petizzjoni taqa’ kompletament fid-diskrezzjoni tal-Parlament li ma huwiex obbligat jadotta att speċifiku fil-konfront tal-persuna li tressaq petizzjoni. Konsegwentement, dan l-argument huwa manifestament infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames ilment tal-appell, l-appellant jikkritika lill‑Qorti Ġenerali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. Skont l-appellant, huwa żbaljat li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx, fis-sentenza appellata, jekk waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament kienx kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni minkejja l-ilment imqajjem fl-ewwel istanza mill-appellant. Issa, peress li qed nipproponi li jiġi kkunsidrat li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat, kwalunkwe analiżi f’dan is-sens huwa superfluwu u dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt ilment tal-appell, l-appellant jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma wettqitx eżami komplet tal-fatti peress li hija ma vverifikatx jekk l-appellant kellux l-okkażjoni li jesponi l-każ tiegħu quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet. Fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 88 ta’ dawn il-konklużjonijiet, din il-kritika għandha tiġi miċħuda bħala manifestament inammissibbli. Fi<?PAGE NO="18"?> kwalunkwe każ, peress li nipproponi li r-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata jiġi ddikjarat bħala inammissibbli, peress li l-Qorti Ġenerali bbażat ukoll b’mod korrett is-sentenza appellata fuq l-inammissibbiltà tat-talba tal‑appellant, hija ma kellhiex l-obbligu li teżamina kif imxiet il‑proċedura quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VIII –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, filwaqt li tipproċedi għal sostituzzjoni tal-motivi tas-sentenza appellata,</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż u lill-Parlament Ewropew ibati l-ispejjeż tiegħu.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>