32002D0525



Official Journal L 170 , 29/06/2002 P. 0081 - 0084


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Ġunju 2002

li temenda l-Anness II mad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw

(notifikata fid-dokument bin-numru C(2000(2238)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/525/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 2000/53/KE. il-Kummissjoni hija meħtieġa li tivvaluta ċerti sustanzi tar-riskju projbiti skond l-Artikolu 4(2) ta’ din id-Direttiva

(2) Wara li wettqet l-istimi tekniċi u xjentifiċi meħtieġa, il-Kummissjoni waslet għal numru ta’ konklużjonijiet.

(3) Ċerti materjali u komponenti li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju jew il-kromju essavalenti għandhom jiġu eżentati jew jissoktaw jiġu eżentati mill-projbizzjoni, ġaladarba l-użu ta’ dawn is-sustanzi ta’ riskju f’dawn il-materjali u komponenti speċifiċi għadu ma jistax jiġi evitat.

(4) Uħud minn dawn l-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni għal ċerti materjali u komponenti speċifiċi għandhom jiġu limitati fl-iskop u l-validità temporali tagħhom, sabiex tinkiseb fażi tat-tmiem bil-mod il-mod rigward is-sustanzi tar-riskju fil-vetturi, mogħi illi l-użu ta’ dawn is-sustanzi f’dawn l-applikazzjonijiet irid isir li jista’ jiġi evitat.

(5) Il-kadmju fil-batteriji tal-vetturi ta’ l-elettriku għandu jkun eżentat sal-31 ta’ Diċembru 2005 ġaladarba, minħabba x-xhieda teknika u xjentifika preżenti u l-istima ġenerali ambjentali midħula għalija, sa din id-data, ikunu disponibbli sostituti u tkun żgurata d-disponibbiltà tal-vetturi elettriċi. Is-sostituzzjoni progressiva tal-kadmju għandha, madankollu, tissokta tkun analizzata, filwaqt li titqies id-disponibbiltà tal-vetturi elettriċi, Il-Kummissjoni trid tippublika s-sejbiet tagħha u, jekk pruvata ġustifikata mir-riżultati ta’ l-analiżijiet, tista’ tipproponi estensjoni għad-data tat-tmiem għall-kadmju fil-batteriji tal-vetturi elettriċi.

(6) L-eżenzjoni mill-projbizzjoni li għandha x’taqsam maċ-ċomb għall-kisi fuq in-naħa ta’ ġewwa tat-tankijiet tal-petrol għandha titħassar, ġaladarba l-użu taċ-ċomb f’dawn il-komponenti speċifiċi diġà ma jistax jiġi evitat.

(4) Ġaladarba huwa evidenti illi t-tneħħija totali tal-metalli t-tqal huwa impossibli li jinkiseb f’ċerti ċirkostanzi, għandhom jiġu tollerati ċerti valuri tal-konċentrazzjoni taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromju essavalenti f’materjali speċifiċi, sakemm dawn is-sustanzi ta’ riskju ma jiddaħlux b’mod maħsub.

(8) Id-Direttiva 2000/53/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

(9) Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit b’L-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442 tal-15 ta’ Lulju 1075 dwar l-iskart [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE [3],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II mad-Direttiva 2000/53/KE huwa mibdul bit-test dikjarat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kadmju fil-batteriji għall-vetturi elettriċi ma jitqegħidx fis-suq wara l-31 ta’ Diċembru 2005.

Fil-kwadru ta’ l-istima ġenerali ambjentali diġà midħula għaliha, il-Kummissjoni għandha tissokta tanaliżża s-sostituzzjoni progressiva tal-kadmju, filwaqt li tqis il-ħtieġa li żżomm id-disponibbiltà tal-vetturi elettriċi. Il-Kummissjoni għandha tiffinalizza u tagħmel pubbliċi s-sejbiet tagħha l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2004 u tista’ tagħmel, jekk pruvata ġustifikata mir-riżultat ta’ l-analiżi, proposta sabiex testendi t-tmiem taż-żmien skond l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 2000/53/KE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2003.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Ġunju 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 1.

[2] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[3] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS II

Il-Materjali u l-Komponenti eżentati minn l-Artikolu 4(2)(b)

Il-Materjali u l-Komponenti | L-Iskop u d-Data tat-temma ta’ l-eżenzjoni | Sabiex tiġi ttikkettjata jew magħmula identifikabbli skond l-Artikolu 4(2)(b)(iv) |

Iċ-Ċomb bħala elemnt li jilliga

1.L-Azzar għall-għanijiet tal-maċinazzjoni u l-Azzar iggalvanizzat li jkun fihom sa 35 % ċomb fil-piż | | |

2. a)L-Aluminju għall-għanijiet tal-maċinazzjoni b’kontenut taċ-ċomb sa 2 % fil-piż | l-1 ta’ Lulju 2005 | |

(b)L-Aluminju għall-għanijiet tal-maċinazzjoni b’kontenut taċ-ċomb sa 1 % fil-piż | l-1 ta’ Lulju 2008 | |

3.L-Illig tar-Ram li jkun fih sa 4 % ċomb fil-piż | | |

4.Il-Bronż taċ-Ċomb li jkun fih il-qxur u l-bushes | | |

Iċ-Ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti

5.Il-batteriji | | × |

6.L-oġġetti li jnaqqsu l-vibrazzjonijiet | | × |

7.Il-piżijiet tal-bilanċieri tar-roti | Il-vetturi approvati għat-tip qabel l-1 ta’ Lulju 2003 u l-piżijiet tal-bilanċieri tar-roti sabiex jisservisjaw dawn il-vetturi: l-1 ta’ Lulju 2005 | × |

8.L-aġenti tal-vulkanizzazzjoni u l-istabbilizzaturi għall-elastomeri fit-tqandil tal-fluwidi u l-applikazzjonijiet tal-mixi ta’ l-enerġija | l-1 ta’ Lulju 2005 | |

9.L-istabbilizzatur fiż-żebgħa protettiva | fl-1 ta’ Lulju 2005. | |

10.Il-brushes tal-Karbonju għall-vetturi elettriċi | Il-vetturi approvati għat-tip qabel l-1 ta’ Lulju 2003 u l-brushes tal-karbonju tl-vetturi elettriċi maħsuba sabiex jisservisjaw lil dawn il-vetturi: l-1 ta’ Jannar 2005 | |

11.L-Istann fil-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi u applikazzjonijiet elettriċi oħra | | × |

12.Ir-Ram fil-kisi minn ġewwa tal-brejkijiet li jkun fihom iktar minn 5 % ċomb fil-piż | il-vetturi approvati għat-tip qabel l-1 ta’ Lulju 2002 u s-servisjar fuq dawn il-vetturi: l-1 ta’ Lulju 2004 | × |

13.Il-postijiet fejn joqogħdu l-valvoli | It-tipi tal-magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003: l-1 ta’ Lulju 2006 | |

14.Il-komponenti elettriċi li jkun fihom iċ-Ċomb f’mamma komposta tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika għajr il-ħġieġ tal-bozoz u t-tleqqija ta’ l-i spark plugs | | × (għall-komponenti l-oħra għajr il-piezo (il-qawwa u d-direzzjoni tal-pressjoni) fil-magni) |

15.il-Ħġieġ tal-bozoz u t-tleqqija ta’ l-i spark plugs | fl-1 ta’ Jannar 2005. | |

16.L-inizjaturi pirotekniċi | fl-1 ta’ Lulju 2007. | |

Il-Kromju essavalenti

17.Il-kisjiet li jipprevjienu l-korrużjoni | fl-1 ta’ Lulju 2007. | |

18.Ir-refriġerturi ta’ l-assorbiment fil-karavannijiet-karozzi | | × |

Il-Merkurju

19.Il-lampi ta’ l-iskarigu u tal-wiri fuq il-panewwijiet ta’ l-istrumenti | | × |

Il-Kadmju

20.Il-t-tipi ta’ kolla ħoxna tal-kisi bir-riti | fl-1 ta’ Lulju 2006. | |

21.Il-Batteriji għall-vetturi elettriċi | Wara l-31 ta’ Diċembru 2005 it-tqegħid fis-suq al-batteriji tan-NI-Ċihuwa permess biss għall-partijiet tas-sostituzzjoni għall-vetturi mqiegħd fis-suq qabel din id-data | × |

"

--------------------------------------------------