02016R0792 — MT — 09.01.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2016/792 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (ĠU L 135 24.5.2016, p. 11) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3159 tat-2 ta’ Settembru 2024 |
L 3159 |
1 |
20.12.2024 |
|
REGOLAMENT (UE) 2016/792 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2016
dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (l-indiċi tal-prezzijiet HICP, HICP-CT, OOH) u tal-indiċi tal-prezzijiet tad-djar (l-HPI) fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodotti” tfisser l-oġġetti u s-servizzi kif definit fil-paragrafu 3.01 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) (“is-SEK 2010”);
“prezzijiet għall-konsumatur” tfisser il-prezzijiet tax-xiri li l-unitajiet domestiċi jħallsu biex jixtru prodotti individwali permezz ta' transazzjonijiet monetarji;
“prezzijiet tad-djar” tfisser il-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru;
“prezzijiet tax-xiri” tfisser il-prezzijiet li x-xerrejja jħallsu fil-verità għall-prodotti, inkluż kwalunkwe taxxa fuq il-prodotti bis-sussidji mnaqqsa, wara li mill-prezzijiet jew l-imposti standard jitnaqqsu skontijiet, minbarra l-imgħax jew l-imposti għas-servizzi miżjudin skont l-arranġamenti ta' kreditu u kwalunkwe imposta oħra li jkun hemm minħabba li l-ħlas ma jkunx sar fil-perijodu speċifikat fil-mument tax-xiri;
“prezzijiet amministrati” tfisser prezzijiet li jew huma stabbiliti direttament mill-gvern jew li huma influwenzati b'mod sinifikanti minnu;
“indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur” jew “HICP” tfisser l-indiċi komparabbli tal-prezzijiet għall-konsumatur li kull Stat Membru jipproduċi;
“indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur b'rati tat-taxxa kostanti” jew “HICP-CT” tfisser l-indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet għall-konsumatur mingħajr l-impatt tal-bidliet fir-rati tat-taxxa fuq il-prodotti matul l-istess perijodu ta' żmien;
“rata ta' taxxa” tfisser parametru ta' taxxa u tista' tkun ċertu persentaġġ tal-prezz jew ammont assolut ta' taxxa impost fuq unità fiżika;
“indiċi tal-prezzijiet tad-djar okkupati mis-sidien stess” jew “l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH” tfisser l-indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar ġodda fis-settur tal-unitajiet domestiċi u ta' prodotti oħra li l-unitajiet domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f'darhom stess;
“indiċi tal-prezzijiet tad-djar” jew “HPI” tfisser l-indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru;
“subindiċi tal-HICP” jew “l-HICP-CT” tfisser l-indiċi tal-prezzijiet għal kwalunkwe kategorija tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (“l-ECOICOP”) kif stipulat f'Anness I;
“indiċijiet armonizzati” tfisser l-HICP, l-HICP-CT, l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH, u l-HPI;
“stima rapida tal-HICP” tfisser stima bikrija tal-HICP ipprovduta mill-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro, li tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni proviżorja u, jekk meħtieġ, immudellar xieraq;
“indiċi tat-tip ta' Laspeyres” tfisser l-indiċi tal-prezzijiet li jkejjel il-bidla medja fil-prezzijiet mill-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet għal perijodu ta' tqabbil bl-użu ta' ishma ta' nefqa minn perijodu ta' qabel il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet, u fejn l-ishma ta' nefqa jkunu aġġustati biex jirriflettu l-prezzijiet tal-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet.
“Indiċi tat-tip ta' Laspeyres” huwa definit bħala:
Il-prezz ta' prodott huwa indikat b'p, il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet huwa indikat b'0, u l-perijodu ta' tqabbil huwa indikat b't. Il-piżijiet (w) huma ishma ta' nefqa ta' perijodu (b) qabel il-perijodu tal-prezz ta' referenza, u huma aġġustati sabiex jirriflettu l-prezzijiet tal-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet 0;
“perijodu ta' referenza tal-indiċi” tfisser il-perijodu li għalih l-indiċi jkun iffissat għal 100 punt tal-indiċi;
“perijodu ta' referenza tal-prezzijiet” tfisser il-perijodu li jiġi mqabbel miegħu l-prezz ta' perijodu ta' tqabbil; u fejn, għall-indiċijiet ta' kull xahar, il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet huwa Diċembru tas-sena preċedenti, u għall-indiċijiet ta' kull kwart, il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet huwa r-raba' kwart tas-sena preċedenti;
“tagħrif bażiku”, tfisser data li tkopri:
b'referenza għall-HICP u għall-HICP-CT:
il-prezzijiet tax-xiri tal-prodotti li jridu jitqiesu sabiex jiġu kkalkulati s-subindiċijiet skont dan ir-Regolament,
il-karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz tal-prodott,
tagħrif dwar it-taxxi u d-dazji tas-sisa imposti,
tagħrif dwar jekk prezz hux amministrat kompletament jew parzjalment jew le; u
il-piżijiet li jirriflettu l-livell u l-istruttura tal-konsum tal-prodotti kkonċernati.
b'referenza għall-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH:
il-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar ġodda fis-settur tal-unitajiet domestiċi u ta' prodotti oħra li l-unitajiet domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f'darhom stess li jeħtieġ li jitqiesu sabiex jiġi kkalkulat l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH skont dan ir-Regolament,
karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz tad-djar u l-prezzijiet ta' prodotti oħra li l-unitajiet domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f'darhom stess, u
piżijiet li jirriflettu l-livell u l-istruttura tal-kategoriji rilevanti tan-nefqa marbuta mad-djar;
b'referenza għall-HPI:
il-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru, li jeħtieġ li jitqiesu sabiex jiġu kkalkulat l-HPI skont dan ir-Regolament,
il-karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz tad-djar, u
piżijiet li jirriflettu l-livell u l-istruttura tal-kategoriji rilevanti tan-nefqa marbuta mad-djar;
“unità domestika” tfisser unità domestika kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.119 tal-Anness A għar-Regolament dwar is-SEK 2010, irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-istatus ta' residenza ta' dik l-unità domestika;
“territorju ekonomiku tal-Istat Membru” tfisser it-territorju ekonomiku kif imsemmi fil-paragrafu 2.05 tal-Anness A għar-Regolament dwar is-SEK 2010, ħlief għall-fatt li ż-żoni li jinsabu 'l barra mit-territorju iżda li jkunu jinsabu fil-fruntieri tal-Istat Membru huma inklużi, filwaqt li dawk territorjali li jinsabu fil-bqija tad-dinja huma esklużi;
“nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum” tfisser dik il-parti tan-nefqa finali għall-konsum li jkunu:
“bidla sinifikanti fil-metodu ta' produzzjoni” tfisser bidla li mistennija taffettwa r-rata annwali ta' bidla ta' indiċi armonizzat partikolari jew ta' parti minnu, fi kwalunkwe perijodu, b'aktar minn:
0,1 punti perċentwali fil-każ tal-HICP kollu, l-HICP-CT, l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH jew l-HPI,
0,3, 0,4, 0,.5 jew 0,6 punti perċentwali fil-każ ta' kull diviżjoni, grupp, klassi jewsottoklassi (ta' ħames ċifri) tal-ECOICOP, rispettivament, fil-każ tal-HICP jew tal-HICP-CT.
Artikolu 3
Kompilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati
Artikolu 4
Komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati
Kwalunkwe subindiċi tal-indiċijiet armonizzati li jvarja mill-kunċetti jew mill-metodi mogħtija f'dan ir-Regolament għandu jitqies li huwa komparabbli jekk iwassal għal indiċi li huwa stmat li jvarja b'mod sistematiku:
b'punti perċentwali ta' 0,1 jew inqas, bħala medja, f'sena waħda meta mqabbel mas-sena ta' qabilha, minn indiċi kkompilat abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f'dan ir-Regolament fil-każ tal-HICP u tal-HICP-CT;
b'punt perċentwali 1 jew inqas, bħala medja, f'sena waħda meta mqabbel mas-sena ta' qabilha, minn indiċi kkompilat abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f'dan ir-Regolament fil-każ tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u l-HPI.
Meta l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunux possibbli, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fid-dettall il-konsegwenzi tal-użu ta' metodoloġija li tvarja mill-kunċetti jew mill-metodi mogħtija f'dan ir-Regolament.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fil-produzzjoni ta' indiċijiet armonizzati komparabbli u għall-finijiet li jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ulterjorment il-metodi mtejba bbażata fuq studji pilota volontarji kif imsemmija fl-Artikolu 8, u l-metodoloġija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jikkonċernaw:
it-teħid ta' kampjuni u r-rappreżentanza;
il-ġbir u t-trattament tal-prezzijiet;
is-sostituzzjonijiet u l-aġġustament tal-kwalità;
il-kompilazzjoni tal-indiċijiet;
ir-reviżjonijiet;
l-indiċijiet speċjali;
it-trattament ta' prodotti f'oqsma speċifiċi.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ta' implimentazzjoni ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 5
Rekwiżiti tad-data
L-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom għandhom jiġu rigradati għal perijodu komuni ta' referenza tal-indiċi l-ġdid f'każ ta' bidla kbira fil-metodoloġija tal-indiċijiet armonizzati, adottata f'konformità ma' dan ir-Regolament, jew kull għaxar snin wara l-aħħar rigradazzjoni mill-2015 'il quddiem. Din ir-rigradazzjoni għal perijodu ta' referenza tal-indiċijiet ġdid għandha tidħol fis-seħħ:
għall-indiċijiet ta' kull xahar, mill-indiċi ta' Jannar tas-sena ta' wara l-perijodu ta' referenza tal-indiċijiet;
għall-indiċijiet ta' kull tliet xhur, mill-indiċi tal-ewwel kwart tas-sena ta' wara l-perijodu ta' referenza tal-indiċijiet.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar ir-rigradazzjoni tal-indiċijiet armonizzati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jipproduċu u jittrasmettu:
is-subindiċijiet tal-HICP u s-subindiċijiet tal-HICP-CT li jammontaw għal anqas minn parti waħda minn elf tan-nefqa totali;
is-subindiċijiet tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u s-subindiċijiet tal-HPI li jammontaw għal inqas minn parti waħda minn mija tan-nefqa totali tad-djar okkupati mis-sidien stess u x-xiri totali ta' abitazzjonijiet rispettivament.
L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jipproduċu s-subindiċijiet u l-partijiet tas-subindiċijiet tal-ECOICOP li ġejjin, minħabba li jew dawn mhumiex inklużi fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum jew inkella minħabba li dawn għadhom mhumiex armonizzati biżżejjed mil-lat tal-metodoloġija:
|
02.3. |
Narkotiċi; |
|
12.2. |
Prostituzzjoni; |
|
12.5.1. |
Assigurazzjoni fuq il-ħajja; |
|
12.6.1. |
Servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (FISIM). |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 biex timmodifika l-lista stabbilita f’dan il-paragrafu sabiex tinkludi l-logħob tal-azzard fl-HICP u l-HICP-CT.
Artikolu 6
Frekwenza
Artikolu 7
Skadenzi, standards għall-iskambju u reviżjonijiet
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) bl-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet kollha sa mhux aktar tard minn:
15-il jum kalendarju, għall-indiċijiet ta' bejn Frar u Diċembru, u 20 jum kalendarju, għall-indiċijiet ta' Jannar, wara t-tmiem tax-xahar li għalih ikunu ġew ikkalkulati l-indiċijiet; u
85 jum kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih ikunu ġew ikkalkulati l-indiċijiet.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) l-piżijiet aġġornati sa mhux aktar tard:
mit-13 ta' Frar ta' kull sena għall-indiċijiet ta' kull xahar;
mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena għall-indiċijiet ta' kull tliet xhur.
Artikolu 8
Studji pilota
Artikolu 9
Żgurar ta' kwalità
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat):
b'rapporti annwali standard dwar il-kwalità li jkopru l-kriterji tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;
b'inventarji aġġornati annwalment li jkun fihom dettalji dwar is-sorsi tad-data, id-definizzjonijiet u l-metodi użati;
b'tagħrif ieħor relatat li jkun dettaljat biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-konformità mar-rekwiżiti tal-komparabbiltà u l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati, jekk il-Kummissjoni (l-Eurostat) titlob dan.
Artikolu 10
L-eżerċizzju tad-delega
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika b'mod dovut l-azzjonijiet previsti f'dawk l-atti delegati, filwaqt li tikkunsidra, fejn ikun xieraq, il-kosteffettività, inkluż il-piż fuq dawk li jwieġbu u l-ispejjeż tal-produzzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-prattika normali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet mal-esperti, inklużi l-esperti tal-Istati Membri, qabel ma jiġu adottati dawk l-atti delegati.
Artikolu 11
Proċedura tal-Kumitat
Artikolu 12
Tħassir
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita f'Anness II.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika għall-ewwel darba għad-data rigward Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KLASSIFIKAZZJONI EWROPEA TAL-KONSUM INDIVIDWALI SKONT L-ISKOP (ECOICOP) verżjoni 2
Il-verżjoni 2 tal-ECOICOP hija identika għall-UN COICOP tal-2018
|
ND |
: |
Oġġett mhux durabbli |
|
SD |
: |
Oġġett semidurabbli |
|
D |
: |
Oġġett durabbli |
|
S |
: |
Servizz |
|
01 |
Ikel u xorb mhux alkoħoliku |
|
01.1 |
Ikel |
|
01.1.1 |
Ċereali u prodotti taċ-ċereali (ND) |
|
01.1.1.1 |
Ċereali (ND) |
|
01.1.1.2 |
Dqiq taċ-ċereali (ND) |
|
01.1.1.3 |
Ħobż u prodotti tal-forn (ND) |
|
01.1.1.4 |
Ċereali għall-kolazzjon (ND) |
|
01.1.1.5 |
Imqarrun, noodles, kuskus u prodotti tal-għaġin simili (ND) |
|
01.1.1.9 |
Prodotti taċ-ċereali u l-ħbub mitħunin oħra (ND) |
|
01.1.2 |
Annimali ħajjin, u laħam u partijiet oħra tal-annimali tal-art skarnati (ND) |
|
01.1.2.1 |
Annimali tal-art ħajjin (ND) |
|
01.1.2.2 |
Laħam, frisk, imkessaħ jew friżat (ND) |
|
01.1.2.3 |
Laħam, imnixxef, immellaħ, fis-salmura jew affumikat (ND) |
|
01.1.2.4 |
Interjuri, demm u partijiet oħra ta’ annimali skarnati, friski, imkessħin jew friżat, imnixxfin, immellħin, fis-salmura jew affumikati (ND) |
|
01.1.2.5 |
Preparati ta’ laħam, interjuri, demm u partijiet oħra ta’ annimali skarnati (ND) |
|
01.1.3 |
Ħut u frott tal-baħar ieħor (ND) |
|
01.1.3.1 |
Ħut, ħaj, frisk, imkessaħ jew friżat (ND) |
|
01.1.3.2 |
Ħut, imnixxef, immellaħ, fis-salmura jew affumikat (ND) |
|
01.1.3.3 |
Preparati tal-ħut (ND) |
|
01.1.3.4 |
Frott tal-baħar ieħor, ħaj, frisk, imkessaħ jew friżat (ND) |
|
01.1.3.5 |
Frott tal-baħar ieħor, imnixxef, immellaħ, fis-salmura jew affumikat (ND) |
|
01.1.3.6 |
Preparati oħra tal-frott tal-baħar (ND) |
|
01.1.3.7 |
Fwied, bajd u interjuri ieħor tal-ħut u ta’ frott tal-baħar ieħor f’kull għamla (ND) |
|
01.1.4 |
Ħalib, prodotti tal-ħalib oħra u bajd (ND) |
|
01.1.4.1 |
Ħalib mhux proċessat u sħiħ (ND) |
|
01.1.4.2 |
Ħalib xkumat (ND) |
|
01.1.4.3 |
Ħalib u krema oħra (ND) |
|
01.1.4.4 |
Ħalib mhux tal-annimali (ND) |
|
01.1.4.5 |
Ġobon (ND) |
|
01.1.4.6 |
Jogurt u prodotti simili (ND) |
|
01.1.4.7 |
Deżerti u xorb ibbażati fuq il-ħalib (ND) |
|
01.1.4.8 |
Bajd (ND) |
|
01.1.4.9 |
Prodotti oħra tal-ħalib (ND) |
|
01.1.5 |
Żjut u xaħmijiet (ND) |
|
01.1.5.1 |
Żjut veġetali (ND) |
|
01.1.5.2 |
Butir u żjut u xaħmijiet oħra derivati mill-ħalib (ND) |
|
01.1.5.3 |
Marġerina u preparati simili (ND) |
|
01.1.5.9 |
Żjut u xaħmijiet oħra tal-annimali (ND) |
|
01.1.6 |
Frott u ġewż (ND) |
|
01.1.6.1 |
Tamal, tin u frott tropikali, frisk (ND) |
|
01.1.6.2 |
Frott taċ-ċitru, frisk (ND) |
|
01.1.6.3 |
Frott tal-għadma u frott taż-żerriegħa, frisk (ND) |
|
01.1.6.4 |
Frott artab, frisk (ND) |
|
01.1.6.5 |
Frott ieħor, frisk (ND) |
|
01.1.6.6 |
Frott, friżat (ND) |
|
01.1.6.7 |
Frott, imnixxef u disidratat (ND) |
|
01.1.6.8 |
Ġewż, fil-qoxra jew le (ND) |
|
01.1.6.9 |
Frott u ġewż, mitħun, u fi preparati oħra (ND) |
|
01.1.7 |
Ħxejjex, tuberi, pjantaġġini, banana għat-tisjir u legumi (ND) |
|
01.1.7.1 |
Ħxejjex bil-weraq jew taz-zokk, friski jew imkessħin (ND) |
|
01.1.7.2 |
Ħxejjex li jagħtu l-frott, friski jew imkessħin (ND) |
|
01.1.7.3 |
Ħxejjex leguminużi ħodor, friski jew imkessħin (ND) |
|
01.1.7.4 |
Ħxejjex oħra, friski jew imkessħin (ND) |
|
01.1.7.5 |
Tuberi, pjantaġġini u banana għat-tisjir, friski jew imkessħin (ND) |
|
01.1.7.6 |
Bus u ħemes (ND) |
|
01.1.7.7 |
Ħxejjex oħra, tuberi, pjantaġġini u banana għat-tisjir, imnixxfin u disidratati (ND) |
|
01.1.7.8 |
Ħxejjex, tuberi, pjantaġġini u banana għat-tisjir, friżati (ND) |
|
01.1.7.9 |
Ħxejjex, tuberi, pjantaġġini, banana għat-tisjir u legumi, mitħuna, jew fi preparati oħra (ND) |
|
01.1.8 |
Zokkor, ħlewwiet u deżerti (ND) |
|
01.1.8.1 |
Zokkor tal-kannamieli u zokkor tal-pitravi (ND) |
|
01.1.8.2 |
Zokkor ieħor u sostituti taz-zokkor (ND) |
|
01.1.8.3 |
Ġammijiet, marmellati, ġelatini tal-frott, purejiet u pastes, u għasel (ND) |
|
01.1.8.4 |
Purejiet tal-ġewż, butir tal-ġewż u pastes tal-ġewż (ND) |
|
01.1.8.5 |
Ċikkulata, kawkaw u prodotti tal-ikel ibbażati fuq il-kawkaw (ND) |
|
01.1.8.6 |
Silġ, ġelat u sorbetti (ND) |
|
01.1.8.9 |
Zokkor, ħlewwiet u deżerti oħra m.k.b. (ND) |
|
01.1.9 |
Ikel lest u prodotti oħra tal-ikel (ND) |
|
01.1.9.1 |
Ikel lest (ND) |
|
01.1.9.2 |
Ikel tat-trabi (ND) |
|
01.1.9.3 |
Melħ, kondimenti u zlazi (ND) |
|
01.1.9.4 |
Ħwawar, ħxejjex aromatiċi kulinari u żrieragħ (ND) |
|
01.1.9.9 |
Prodotti oħra tal-ikel m.k.b. (ND) |
|
01.2 |
Xorb mhux alkoħoliku |
|
01.2.1 |
Meraq tal-frott u tal-ħxejjex (ND) |
|
01.2.1.0 |
Meraq tal-frott u tal-ħxejjex (ND) |
|
01.2.2 |
Kafè u sostituti tal-kafè (ND) |
|
01.2.2.0 |
Kafè u sostituti tal-kafè (ND) |
|
01.2.3 |
Te, maté u prodotti oħra derivati mill-pjanti għall-infużjoni (ND) |
|
01.2.3.0 |
Te, maté u prodotti oħra derivati mill-pjanti għall-infużjoni (ND) |
|
01.2.4 |
Xarbiet tal-kawkaw (ND) |
|
01.2.4.0 |
Xarbiet tal-kawkaw (ND) |
|
01.2.5 |
Ilma (ND) |
|
01.2.5.0 |
Ilma (ND) |
|
01.2.6 |
Soft drinks (ND) |
|
01.2.6.0 |
Soft drinks (ND) |
|
01.2.9 |
Xorb ieħor mhux alkoħoliku (ND) |
|
01.2.9.0 |
Xorb ieħor mhux alkoħoliku (ND) |
|
01.3 |
Servizzi għall-proċessar ta’ oġġetti primarji għall-ikel u għal xorb mhux alkoħoliku |
|
01.3.0 |
Servizzi għall-proċessar ta’ oġġetti primarji għall-ikel u għal xorb mhux alkoħoliku (S) |
|
01.3.0.0 |
Servizzi għall-proċessar ta’ oġġetti primarji għall-ikel u għal xorb mhux alkoħoliku (S) |
|
02 |
Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi |
|
02.1 |
Xorb alkoħoliku |
|
02.1.1 |
Spirti u likuri (ND) |
|
02.1.1.0 |
Spirti u likuri (ND) |
|
02.1.2 |
Inbid (ND) |
|
02.1.2.1 |
Inbid mill-għeneb (ND) |
|
02.1.2.2 |
Inbid minn sorsi oħra (ND) |
|
02.1.3 |
Birra (ND) |
|
02.1.3.0 |
Birra (ND) |
|
02.1.9 |
Xorb ieħor mhux alkoħoliku (ND) |
|
02.1.9.0 |
Xorb ieħor mhux alkoħoliku (ND) |
|
02.2 |
Servizzi għall-produzzjoni tal-alkoħol |
|
02.2.0 |
Servizzi għall-produzzjoni tal-alkoħol (S) |
|
02.2.0.0 |
Servizzi għall-produzzjoni tal-alkoħol (S) |
|
02.3 |
Tabakk |
|
02.3.0 |
Tabakk (ND) |
|
02.3.0.1 |
Sigaretti (ND) |
|
02.3.0.2 |
Sigarri (ND) |
|
02.3.0.9 |
Prodotti oħra tat-tabakk (ND) |
|
02.4 |
Narkotiċi |
|
02.4.0 |
Narkotiċi (ND) |
|
02.4.0.0 |
Narkotiċi (ND) |
|
03 |
Ilbies u xedd is-saqajn |
|
03.1 |
Ilbies |
|
03.1.1 |
Materjali tal-ilbies (SD) |
|
03.1.1.0 |
Materjali tal-ilbies (SD) |
|
03.1.2 |
Ħwejjeġ (SD) |
|
03.1.2.1 |
Ħwejjeġ għall-irġiel jew għas-subien (SD) |
|
03.1.2.2 |
Ħwejjeġ għan-nisa jew għall-bniet (SD) |
|
03.1.2.3 |
Ħwejjeġ għat-trabi (taħt is-sentejn) (SD) |
|
03.1.2.4 |
Uniformijiet tal-iskola (SD) |
|
03.1.3 |
Bċejjeċ oħra tal-ilbies u aċċessorji tal-ilbies (SD) |
|
03.1.3.1 |
Bċejjeċ oħra tal-ilbies (SD) |
|
03.1.3.2 |
Aċċessorji tal-ilbies (SD) |
|
03.1.4 |
Tindif, tiswija, ħjata u kiri tal-ilbies (S) |
|
03.1.4.1 |
Tindif tal-ilbies (S) |
|
03.1.4.2 |
Tiswija, ħjata u kiri tal-ilbies (S) |
|
03.2 |
Xedd is-saqajn |
|
03.2.1 |
Żraben u xedd ieħor tas-saqajn (SD) |
|
03.2.1.1 |
Xedd is-saqajn għall-irġiel (SD) |
|
03.2.1.2 |
Xedd is-saqajn għan-nisa (SD) |
|
03.2.1.3 |
Xedd is-saqajn għat-trabi u għat-tfal (SD) |
|
03.2.2 |
Tindif, tiswija u kiri tax-xedd is-saqajn (S) |
|
03.2.2.0 |
Tindif, tiswija u kiri tax-xedd is-saqajn (S) |
|
04 |
Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u fjuwils oħra |
|
04.1 |
Pagamenti tal-kera reali magħmula għall-akkomodazzjoni |
|
04.1.1 |
Pagamenti tal-kera reali magħmula mill-inkwilini għar-residenza prinċipali (S) |
|
04.1.1.0 |
Pagamenti tal-kera reali magħmula mill-inkwilini għar-residenza prinċipali (S) |
|
04.1.2 |
Pagamenti oħra tal-kera reali (S) |
|
04.1.2.1 |
Pagamenti tal-kera reali magħmula mill-inkwilini għar-residenzi sekondarji (S) |
|
04.1.2.2 |
Pagamenti tal-kera tal-garaxxijiet u pagamenti oħra tal-kiri magħmula mill-inkwilini (S) |
|
04.2 |
Pagamenti tal-kera imputata għall-akkomodazzjoni |
|
04.2.1 |
Pagamenti tal-kera imputata tas-sidien okkupanti għar-residenza prinċipali tagħhom (S) |
|
04.2.1.0 |
Pagamenti tal-kera imputata tas-sidien okkupanti għar-residenza prinċipali tagħhom (S) |
|
04.2.2 |
Kirjiet imputati oħra (S) |
|
04.2.2.0 |
Kirjiet imputati oħra (S) |
|
04.3 |
Manutenzjoni, tiswija u sigurtà tal-abitazzjoni |
|
04.3.1 |
Tagħmir u materjali tas-sigurtà għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-abitazzjoni |
|
04.3.1.1 |
Materjali għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-abitazzjoni (ND) |
|
04.3.1.2 |
Tagħmir tas-sigurtà (SD) |
|
04.3.2 |
Servizzi għall-manutenzjoni, it-tiswija u s-sigurtà tal-abitazzjoni (S) |
|
04.3.2.0 |
Servizzi għall-manutenzjoni, it-tiswija u s-sigurtà tal-abitazzjoni (S) |
|
04.4 |
Provvista tal-ilma u servizzi mixxellanji marbuta mal-abitazzjoni |
|
04.4.1 |
Provvista tal-ilma (ND) |
|
04.4.1.1 |
Provvista tal-ilma mwassla permezz ta’ sistemi ta’ networks (ND) |
|
04.4.1.2 |
Provvista tal-ilma mwassla permezz ta’ sistemi oħra (ND) |
|
04.4.2 |
Ġbir taż-żibel (S) |
|
04.4.2.0 |
Ġbir taż-żibel (S) |
|
04.4.3 |
Ġbir tad-dranaġġ (S) |
|
04.4.3.1 |
Ġbir tad-dranaġġ permezz ta’ sistemi tad-dranaġġ (S) |
|
04.4.3.2 |
Ġbir tad-dranaġġ permezz ta’ sistemi sanitarji fuq il-post (S) |
|
04.4.4 |
Servizzi oħra marbuta mal-abitazzjoni (S) |
|
04.4.4.1 |
Tariffi għall-manutenzjoni ta’ binjiet b’ħafna okkupazzjonijiet (S) |
|
04.4.4.9 |
Servizzi oħra marbuta mal-abitazzjoni m.k.b. (S) |
|
04.5 |
Elettriku, gass u fjuwils oħra |
|
04.5.1 |
Elettriku (ND) |
|
04.5.1.0 |
Elettriku (ND) |
|
04.5.2 |
Gass (ND) |
|
04.5.2.1 |
Gass naturali permezz ta’ networks (ND) |
|
04.5.2.2 |
Idrokarburi likwifikati (ND) |
|
04.5.3 |
Fjuwils likwidi (ND) |
|
04.5.3.0 |
Fjuwils likwidi (ND) |
|
04.5.4 |
Fjuwils solidi (ND) |
|
04.5.4.1 |
Faħam, mattunelli tal-faħam, pit u mattunelli tal-pit (ND) |
|
04.5.4.2 |
Fjuwil mill-injam, inklużi pellets u mattunelli (ND) |
|
04.5.4.3 |
Faħam (ND) |
|
04.5.4.9 |
Fjuwils solidi oħra (ND) |
|
04.5.5 |
Enerġija oħra għat-tisħin u t-tkessiħ (ND) |
|
04.5.5.0 |
Enerġija oħra għat-tisħin u t-tkessiħ (ND) |
|
05 |
Arredamenti, tagħmir tad-dar u manutenzjoni regolari tad-dar |
|
05.1 |
Għamara, arredamenti u twapet sfużi |
|
05.1.1 |
Għamara, arredamenti u twapet sfużi (D) |
|
05.1.1.1 |
Għamara tad-dar (D) |
|
05.1.1.2 |
Għamara tal-ġnien u għall-kampeġġ (D) |
|
05.1.1.3 |
Tagħmir tat-tidwil (D) |
|
05.1.1.4 |
Arredamenti, twapet sfużi u raggs (D) |
|
05.1.2 |
Tiswija, manutenzjoni u kiri ta’ għamara, arredamenti u twapet sfużi (S) |
|
05.1.2.0 |
Tiswija, manutenzjoni u kiri ta’ għamara, arredamenti u twapet sfużi (S) |
|
05.2 |
Tessuti domestiċi |
|
05.2.1 |
Tessuti domestiċi (SD) |
|
05.2.1.1 |
Tessuti għall-arredamenti u purtieri (SD) |
|
05.2.1.2 |
Bjankerija tas-sodda u friex (SD) |
|
05.2.1.3 |
Bjankerija tal-mejda u tal-kamra tal-banju (SD) |
|
05.2.1.9 |
Tessuti domestiċi oħra (SD) |
|
05.2.2 |
Servizzi ta’ tiswija, kiri u ħjata tat-tessuti domestiċi (S) |
|
05.2.2.0 |
Servizzi ta’ tiswija, kiri u ħjata tat-tessuti domestiċi (S) |
|
05.3 |
Apparati domestiċi |
|
05.3.1 |
Apparati tal-elettriku u apparti domestiċi oħra kbar (D) |
|
05.3.1.1 |
Apparati tal-kċina kbar (D) |
|
05.3.1.2 |
Apparati għall-ħasil tal-ħwejjeġ kbar (D) |
|
05.3.1.3 |
Ħiters u kundizzjunaturi tal-arja (D) |
|
05.3.1.4 |
Apparat għat-tindif (D) |
|
05.3.1.9 |
Apparati domestiċi kbar oħra (D) |
|
05.3.2 |
Apparati domestiċi żgħar (SD) |
|
05.3.2.1 |
Apparati żgħar għat-tisjir u l-proċessar tal-ikel (SD) |
|
05.3.2.2 |
Apparati żgħar għall-preparazzjoni tax-xorb (SD) |
|
05.3.2.9 |
Apparati domestiċi żgħar oħra (SD) |
|
05.3.3 |
Tiswija, installazzjoni u kiri ta’ apparati domestiċi (S) |
|
05.3.3.0 |
Tiswija, installazzjoni u kiri ta’ apparati domestiċi (S) |
|
05.4 |
Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u tad-dar |
|
05.4.0 |
Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u tad-dar (SD) |
|
05.4.0.1 |
Oġġetti tal-ħġieġ, tal-kristall, taċ-ċeramika u tal-kina (SD) |
|
05.4.0.2 |
Pożati, platti u fided (SD) |
|
05.4.0.3 |
Oġġetti u affarijiet tal-kċina (SD) |
|
05.4.0.4 |
Tiswija u kiri tal-oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u tad-dar (S) |
|
05.5 |
Għodod u tagħmir għad-dar u l-ġnien |
|
05.5.1 |
Għodod u tagħmir motorizzati (D) |
|
05.5.1.0 |
Għodod u tagħmir motorizzati (D) |
|
05.5.2 |
Għodod mhux motorizzati u aċċessorji mixxellanji (SD) |
|
05.5.2.1 |
Għodod mhux motorizzati (SD) |
|
05.5.2.2 |
Aċċessorji mixxellanji (SD) |
|
05.5.3 |
Tiswija u kiri ta’ għodod u tagħmir motorizzati u mhux motorizzati (S) |
|
05.5.3.0 |
Tiswija u kiri ta’ għodod u tagħmir motorizzati u mhux motorizzati (S) |
|
05.6 |
Oġġetti u servizzi għall-manutenzjoni regolari tad-dar |
|
05.6.1 |
Oġġetti domestiċi mhux durabbli (ND) |
|
05.6.1.1 |
Prodotti għat-tindif u l-manutenzjoni tad-dar (ND) |
|
05.6.1.9 |
Oġġetti domestiċi oħra mhux durabbli (ND) |
|
05.6.2 |
Servizzi domestiċi u servizzi fid-djar (S) |
|
05.6.2.1 |
Servizzi domestiċi provduti minn persunal imħallas (S) |
|
05.6.2.9 |
Servizzi domestiċi oħra (S) |
|
06 |
Saħħa |
|
06.1 |
Mediċini u prodotti tas-saħħa |
|
06.1.1 |
Mediċini (ND) |
|
06.1.1.1 |
Mediċini, vaċċini u preparati farmaċewtiċi oħra (ND) |
|
06.1.1.2 |
Mediċini erbali u prodotti omeopatiċi (ND) |
|
06.1.2 |
Prodotti mediċi (ND) |
|
06.1.2.1 |
Prodotti mediċi dijanjostiċi (ND) |
|
06.1.2.2 |
Apparati ta’ prevenzjoni u protezzjoni (ND) |
|
06.1.2.3 |
Apparati ta’ trattament għall-użu personali (ND) |
|
06.1.3 |
Prodotti ta’ assistenza (D) |
|
06.1.3.1 |
Prodotti ta’ assistenza għall-viżjoni (D) |
|
06.1.3.2 |
Prodotti ta’ assistenza għas-smigħ u l-komunikazzjoni (D) |
|
06.1.3.3 |
Prodotti ta’ assistenza għall-mobbiltà u l-ħajja ta’ kuljum (D) |
|
06.1.4 |
Tiswija, kiri u manutenzjoni tal-prodotti mediċi u ta’ assistenza (S) |
|
06.1.4.0 |
Tiswija, kiri u manutenzjoni tal-prodotti mediċi u ta’ assistenza (S) |
|
06.2 |
Servizzi tal-kura outpatient |
|
06.2.1 |
Servizzi tal-kura preventiva (S) |
|
06.2.1.1 |
Servizzi tal-immunizzazzjoni (S) |
|
06.2.1.9 |
Servizzi oħra ta’ kura preventiva (S) |
|
06.2.2 |
Servizzi dentali outpatient (S) |
|
06.2.2.1 |
Servizzi dentali ta’ prevenzjoni (S) |
|
06.2.2.9 |
Servizzi dentali outpatient oħra (S) |
|
06.2.3 |
Servizzi tal-kura outpatient oħra (S) |
|
06.2.3.1 |
Servizzi riabilitattivi u kurattivi outpatient (S) |
|
06.2.3.2 |
Servizzi tal-kura outpatient fit-tul (S) |
|
06.3 |
Servizzi tal-kura inpatient |
|
06.3.1 |
Servizzi riabilitattivi u kurattivi inpatient (S) |
|
06.3.1.0 |
Servizzi riabilitattivi u kurattivi inpatient (S) |
|
06.3.2 |
Servizzi ta’ kura inpatient fit-tul (S) |
|
06.3.2.0 |
Servizzi ta’ kura inpatient fit-tul (S) |
|
06.4 |
Servizzi oħra tas-saħħa |
|
06.4.1 |
Servizzi tal-immaġni djanjostika u servizzi tal-laboratorji mediċi (S) |
|
06.4.1.0 |
Servizzi tal-immaġni djanjostika u servizzi tal-laboratorji mediċi (S) |
|
06.4.2 |
Servizzi tat-trasport ta’ emerġenza u tas-salvataġġ ta’ emerġenza tal-pazjenti (S) |
|
06.4.2.0 |
Servizzi tat-trasport ta’ emerġenza u tas-salvataġġ ta’ emerġenza tal-pazjenti (S) |
|
07 |
Trasport |
|
07.1 |
Xiri ta’ vetturi |
|
07.1.1 |
Vetturi motorizzati (D) |
|
07.1.1.1 |
Vetturi motorizzati ġodda (D) |
|
07.1.1.2 |
Vetturi motorizzati użati (D) |
|
07.1.2 |
Muturi (D) |
|
07.1.2.0 |
Muturi (D) |
|
07.1.3 |
Roti (D) |
|
07.1.3.0 |
Roti (D) |
|
07.1.4 |
Vetturi miġbuda mill-annimali (D) |
|
07.1.4.0 |
Vetturi miġbuda mill-annimali (D) |
|
07.2 |
Tħaddim tat-tagħmir tat-trasport personali |
|
07.2.1 |
Partijiet u aċċessorji għat-tagħmir tat-trasport personali (SD) |
|
07.2.1.1 |
Tajers (SD) |
|
07.2.1.2 |
Partijiet għat-tagħmir tat-trasport personali (SD) |
|
07.2.1.3 |
Aċċessorji għat-tagħmir tat-trasport personali (SD) |
|
07.2.2 |
Fjuwils u lubrikanti għat-tagħmir tat-trasport personali (ND) |
|
07.2.2.1 |
Diżil (ND) |
|
07.2.2.2 |
Petrol (ND) |
|
07.2.2.3 |
Fjuwils oħra għat-tagħmir tat-trasport personali (ND) |
|
07.2.2.4 |
Lubrikanti (ND) |
|
07.2.3 |
Manutenzjoni u tiswija tat-tagħmir tat-trasport personali (S) |
|
07.2.3.0 |
Manutenzjoni u tiswija tat-tagħmir tat-trasport personali (S) |
|
07.2.4 |
Servizzi oħra relatati mat-tagħmir tat-trasport personali (S) |
|
07.2.4.1 |
Servizzi tal-parkeġġ (S) |
|
07.2.4.2 |
Faċilitajiet tal-pedaġġ (S) |
|
07.2.4.3 |
Lezzjonijiet tas-sewqan, testijiet, liċenzji u testijiet tal-affidabbiltà stradali (S) |
|
07.2.4.4 |
Kiri tat-tagħmir tat-trasport personali mingħajr xufier (S) |
|
07.3 |
Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri |
|
07.3.1 |
Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija (S) |
|
07.3.1.1 |
Trasport tal-passiġġieri bit-tren (S) |
|
07.3.1.2 |
Trasport tal-passiġġieri bit-tranżitu rapidu u bit-tramm (S) |
|
07.3.2 |
Trasport tal-passiġġieri bit-triq (S) |
|
07.3.2.1 |
Trasport tal-passiġġieri b’tal-linja u bil-kowċ (S) |
|
07.3.2.2 |
Trasport tal-passiġġieri bit-taxi u b’vettura mikrija bix-xufier (S) |
|
07.3.2.3 |
Trasport tal-passiġġieri għall-istudenti lejn l-iskola u lura (S) |
|
07.3.2.9 |
Trasport ieħor tal-passiġġieri bit-triq (S) |
|
07.3.3 |
Trasport tal-passiġġieri bl-ajru (S) |
|
07.3.3.1 |
Trasport tal-passiġġieri bl-ajru, domestiku (S) |
|
07.3.3.2 |
Trasport tal-passiġġieri bl-ajru, internazzjonali (S) |
|
07.3.4 |
Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (S) |
|
07.3.4.0 |
Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u bil-passaġġ fuq l-ilma navigabbli intern (S) |
|
07.3.5 |
Trasport tal-passiġġieri kombinat (S) |
|
07.3.5.0 |
Trasport tal-passiġġieri kombinat (S) |
|
07.3.6 |
Servizzi oħra tat-trasport tal-passiġġieri (S) |
|
07.3.6.0 |
Servizzi oħra tat-trasport tal-passiġġieri (S) |
|
07.4 |
Servizzi tat-trasport għall-oġġetti |
|
07.4.1 |
Servizzi postali u tal-kurrier (S) |
|
07.4.1.1 |
Servizzi tat-twassil tal-ittri (S) |
|
07.4.1.2 |
Servizzi tal-kurrier u tal-konsenja tal-pakketti (S) |
|
07.4.9 |
Trasport ieħor tal-oġġetti (S) |
|
07.4.9.1 |
Servizzi ta’ ġarr u ħżin (S) |
|
07.4.9.2 |
Konsenja tal-oġġetti (S) |
|
08 |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
|
08.1 |
Tagħmir ta’ informazzjoni u komunikazzjoni |
|
08.1.1 |
Tagħmir tat-telefonija fissa (D) |
|
08.1.1.0 |
Tagħmir tat-telefonija fissa (D) |
|
08.1.2 |
Tagħmir tat-telefonija mobbli (D) |
|
08.1.2.0 |
Tagħmir tat-telefonija mobbli (D) |
|
08.1.3 |
Tagħmir għall-proċessar tal-informazzjoni (D) |
|
08.1.3.1 |
Kompjuters, laptops u tablets (D) |
|
08.1.3.2 |
Tagħmir periferali u l-komponenti konsumabbli tiegħu (D) |
|
08.1.4 |
Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jirripproduċi l-ħsejjes u l-immaġni (D) |
|
08.1.4.0 |
Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jirripproduċi l-ħsejjes u l-immaġni (D) |
|
08.1.5 |
Mezzi tar-reġistrazzjoni mhux reġistrati (SD) |
|
08.1.5.0 |
Mezzi tar-reġistrazzjoni mhux reġistrati (SD) |
|
08.1.9 |
Tagħmir u aċċessorji oħra ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (D) |
|
08.1.9.1 |
Tagħmir ieħor ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (D) |
|
08.1.9.2 |
Aċċessorji oħra ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (SD) |
|
08.2 |
Software, minbarra l-logħob |
|
08.2.0 |
Software, minbarra l-logħob (S) |
|
08.2.0.0 |
Software, minbarra l-logħob (S) |
|
08.3 |
Servizzi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni |
|
08.3.1 |
Servizzi tal-informazzjoni fissa (S) |
|
08.3.1.0 |
Servizzi tal-informazzjoni fissa (S) |
|
08.3.2 |
Servizzi tal-informazzjoni mobbli (S) |
|
08.3.2.0 |
Servizzi tal-informazzjoni mobbli (S) |
|
08.3.3 |
Servizzi tal-forniment tal-aċċess għall-Internet u servizzi tal-ħżin online (S) |
|
08.3.3.0 |
Servizzi tal-forniment tal-aċċess għall-Internet u servizzi tal-ħżin online (S) |
|
08.3.4 |
Servizzi tat-telekomunikazzjoni offruti flimkien (S) |
|
08.3.4.0 |
Servizzi tat-telekomunikazzjoni offruti flimkien (S) |
|
08.3.5 |
Tiswija u kiri tat-tagħmir ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (S) |
|
08.3.5.0 |
Tiswija u kiri tat-tagħmir ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (S) |
|
08.3.9 |
Servizzi oħra ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (S) |
|
08.3.9.1 |
Liċenzji u tariffi tat-televiżjoni u tar-radju (S) |
|
08.3.9.2 |
Abbonamenti għal servizzi ta’ streaming awdjoviżiv u kiri ta’ kontenut awdjoviżiv (S) |
|
08.3.9.9 |
Servizzi oħra ta’ informazzjoni u komunikazzjoni m.k.b. (S) |
|
09 |
Rikreazzjoni, sport u kultura |
|
09.1 |
Oġġetti rikreattivi durabbli |
|
09.1.1 |
Tagħmir fotografiku u ċinematografiku u strumenti ottiċi (D) |
|
09.1.1.1 |
Kameri (D) |
|
09.1.1.2 |
Aċċessorji għat-tagħmir fotografiku u ċinematografiku (D) |
|
09.1.1.3 |
Strumenti ottiċi (D) |
|
09.1.2 |
Oġġetti rikreattivi durabbli kbar (D) |
|
09.1.2.1 |
Kampers, karavans u trejlers (D) |
|
09.1.2.2 |
Ajruplani, inġenji tal-ajru mikroħfief, gliders, hang gliders u blalen tal-arja (D) |
|
09.1.2.3 |
Dgħajjes, jottijiet, muturi outboard u tagħmir ieħor tal-isport fuq l-ilma (D) |
|
09.1.2.4 |
Żwiemel, ponijiet, iġmla, dromedarji u aċċessorji (D) |
|
09.1.2.9 |
Oġġetti oħra rikreattivi durabbli kbar (D) |
|
09.2 |
Oġġetti rikreattivi oħra |
|
09.2.1 |
Logħob, ġugarelli u oġġetti relatati mad-delizzju (SD) |
|
09.2.1.1 |
Kompjuters għal-logħob vidjo, consoles, applikazzjonijiet tal-logħob u software (SD) |
|
09.2.1.2 |
Logħob, ġugarelli u oġġetti relatati mad-delizzju oħra (SD) |
|
09.2.1.3 |
Oġġetti ta’ ċelebrazzjoni (ND) |
|
09.2.2 |
Tagħmir sportiv, għall-kampeġġ u għar-rikreazzjoni fil-beraħ (SD) |
|
09.2.2.1 |
Tagħmir sportiv (SD) |
|
09.2.2.2 |
Tagħmir għall-kampeġġ u għar-rikreazzjoni fil-beraħ (SD) |
|
09.3 |
Prodotti tal-ġnien u annimali domestiċi |
|
09.3.1 |
Prodotti tal-ġnien, pjanti u fjuri (ND) |
|
09.3.1.1 |
Prodotti tal-ġnien (ND) |
|
09.3.1.2 |
Pjanti, żrieragħ u fjuri (ND) |
|
09.3.2 |
Annimali domestiċi u prodotti għall-annimali domestiċi (D) |
|
09.3.2.1 |
Annimali domestiċi (D) |
|
09.3.2.2 |
Prodotti għall-annimali domestiċi u annimali domestiċi oħra (ND) |
|
09.4 |
Servizzi għar-rikreazzjoni |
|
09.4.1 |
Kiri u tiswija tat-tagħmir fotografiku u ċinematografiku u tal-istrumenti ottiċi (S) |
|
09.4.1.0 |
Kiri u tiswija tat-tagħmir fotografiku u ċinematografiku u tal-istrumenti ottiċi (S) |
|
09.4.2 |
Kiri, manutenzjoni u tiswija tal-oġġetti rikreattivi durabbli kbar (S) |
|
09.4.2.1 |
Kiri, manutenzjoni u tiswija tal-kampers u tal-karavans (S) |
|
09.4.2.2 |
Kiri, manutenzjoni u tiswija ta’ oġġetti oħra rikreattivi durabbli kbar (S) |
|
09.4.3 |
Kiri u tiswija ta’ logħob, ġugarelli u oġġetti relatati mad-delizzju (S) |
|
09.4.3.1 |
Kiri ta’ software tal-logħob u abbonamenti għall-logħob online (S) |
|
09.4.3.2 |
Kiri u tiswija ta’ logħob, ġugarelli u oġġetti relatati mad-delizzju oħrajn (S) |
|
09.4.4 |
Kiri u tiswija tat-tagħmir sportiv, għall-kampeġġ u għar-rikreazzjoni fil-beraħ (S) |
|
09.4.4.0 |
Kiri u tiswija tat-tagħmir sportiv, għall-kampeġġ u għar-rikreazzjoni fil-beraħ (S) |
|
09.4.5 |
Servizzi veterinarji u servizzi oħra għall-annimali domestiċi (S) |
|
09.4.5.0 |
Servizzi veterinarji u servizzi oħra għall-annimali domestiċi (S) |
|
09.4.6 |
Servizzi għar-rikreazzjoni u sportivi (S) |
|
09.4.6.1 |
Servizzi għar-rikreazzjoni u għall-ħin liberu (S) |
|
09.4.6.2 |
Servizzi assoċjati mal-prattika tal-isport (S) |
|
09.4.6.3 |
Servizzi assoċjati mal-attendenza f’avvenimenti sportivi (S) |
|
09.4.7 |
Logħob tax-xorti (S) |
|
09.4.7.0 |
Logħob tax-xorti (S) |
|
09.5 |
Oġġetti kulturali |
|
09.5.1 |
Strumenti mużikali (D) |
|
09.5.1.0 |
Strumenti mużikali (D) |
|
09.5.2 |
Media awdjoviżiva (SD) |
|
09.5.2.0 |
Media awdjoviżiva (SD) |
|
09.6 |
Servizzi kulturali |
|
09.6.1 |
Servizzi provduti mis-swali taċ-ċinema, mit-teatri u mill-postijiet tal-kunċerti (S) |
|
09.6.1.0 |
Servizzi provduti mis-swali taċ-ċinema, mit-teatri u mill-postijiet tal-kunċerti (S) |
|
09.6.2 |
Servizzi provduti mill-mużewijiet, mil-libreriji u mis-siti kulturali (S) |
|
09.6.2.0 |
Servizzi provduti mill-mużewijiet, mil-libreriji u mis-siti kulturali (S) |
|
09.6.3 |
Servizzi fotografiċi (S) |
|
09.6.3.0 |
Servizzi fotografiċi (S) |
|
09.6.9 |
Servizzi kulturali oħra (S) |
|
09.6.9.0 |
Servizzi kulturali oħra (S) |
|
09.7 |
Gazzetti, kotba u kartolerija |
|
09.7.1 |
Kotba (SD) |
|
09.7.1.1 |
Kotba edukattivi u kotba tal-iskola (SD) |
|
09.7.1.9 |
Kotba oħra (SD) |
|
09.7.2 |
Gazzetti u perjodiċi (ND) |
|
09.7.2.1 |
Gazzetti (ND) |
|
09.7.2.2 |
Magazzins u perjodiċi (ND) |
|
09.7.3 |
Materjal stampat mixxellanju (ND) |
|
09.7.3.0 |
Materjal stampat mixxellanju (ND) |
|
09.7.4 |
Kartolerija u materjal għat-tpinġija (ND) |
|
09.7.4.0 |
Kartolerija u materjal għat-tpinġija (ND) |
|
09.8 |
Vaganzi kollox kompriż |
|
09.8.0 |
Vaganzi kollox kompriż (S) |
|
09.8.0.0 |
Vaganzi kollox kompriż (S) |
|
10 |
Servizzi tal-edukazzjoni |
|
10.1 |
Edukazzjoni bikrija tat-tfal u edukazzjoni primarja |
|
10.1.0 |
Edukazzjoni bikrija tat-tfal u edukazzjoni primarja (S) |
|
10.1.0.1 |
Edukazzjoni bikrija tat-tfal (S) |
|
10.1.0.2 |
Edukazzjoni primarja (S) |
|
10.2 |
Edukazzjoni sekondarja |
|
10.2.0 |
Edukazzjoni sekondarja (S) |
|
10.2.0.0 |
Edukazzjoni sekondarja (S) |
|
10.3 |
Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja |
|
10.3.0 |
Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (S) |
|
10.3.0.0 |
Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (S) |
|
10.4 |
Edukazzjoni terzjarja |
|
10.4.0 |
Edukazzjoni terzjarja (S) |
|
10.4.0.0 |
Edukazzjoni terzjarja (S) |
|
10.5 |
Edukazzjoni mhux definita skont il-livell |
|
10.5.0 |
Edukazzjoni mhux definita skont il-livell (S) |
|
10.5.0.1 |
Tutoraġġ (S) |
|
10.5.0.9 |
Edukazzjoni oħra mhux definita skont il-livell (S) |
|
11 |
Ristoranti u servizzi ta’ akkomodazzjoni |
|
11.1 |
Servizzi li jservu l-ikel u x-xorb |
|
11.1.1 |
Restoranti, kafejiet u oħrajn ta’ dix-xorta (S) |
|
11.1.1.1 |
Restoranti, ħwienet tal-kafé u oħrajn ta’ dix-xorta – bis-servizz komplut (S) |
|
11.1.1.2 |
Restoranti, ħwienet tal-kafé u oħrajn ta’ dix-xorta – bis-servizz limitat (S) |
|
11.1.2 |
Kantins, kafetteriji u refettorji (S) |
|
11.1.2.1 |
Kantins u kafetteriji tal-universitajiet, l-iskejjel u l-kindergartens (S) |
|
11.1.2.9 |
Kantins, kafetteriji u refettorji oħra (S) |
|
11.2 |
Servizzi tal-akkomodazzjoni |
|
11.2.0 |
Servizzi tal-akkomodazzjoni (S) |
|
11.2.0.1 |
Lukandi, motels, dverni u servizzi simili tal-akkomodazzjoni (S) |
|
11.2.0.2 |
Ċentri tal-vaganzi, siti tal-kampeġġ, ħostels taż-żgħażagħ u servizzi simili tal-akkomodazzjoni (S) |
|
11.2.0.3 |
Servizzi tal-akkomodazzjoni tal-iskejjel residenzjali, tal-universitajiet u ta’ stabbilimenti oħra tal-edukazzjoni (S) |
|
11.2.0.9 |
Servizzi oħra ta’ akkomodazzjoni (S) |
|
12 |
Servizzi tal-assigurazzjoni u finanzjarji |
|
12.1 |
Assigurazzjoni |
|
12.1.1 |
Assigurazzjoni tal-ħajja u tal-aċċidenti (S) |
|
12.1.1.0 |
Assigurazzjoni tal-ħajja u tal-aċċidenti (S) |
|
12.1.2 |
Assigurazzjoni marbuta mas-saħħa (S) |
|
12.1.2.0 |
Assigurazzjoni marbuta mas-saħħa (S) |
|
12.1.3 |
Assigurazzjoni marbuta mal-abitazzjonijiet (S) |
|
12.1.3.0 |
Assigurazzjoni marbuta mal-abitazzjonijiet (S) |
|
12.1.4 |
Assigurazzjoni marbuta mat-trasport (S) |
|
12.1.4.1 |
Assigurazzjoni tat-trasport personali (S) |
|
12.1.4.2 |
Assigurazzjoni tal-ivvjaġġar (S) |
|
12.1.9 |
Assigurazzjoni oħra (S) |
|
12.1.9.0 |
Assigurazzjoni oħra (S) |
|
12.2 |
Servizzi finanzjarji |
|
12.2.1 |
Servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (S) |
|
12.2.1.0 |
Servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (S) |
|
12.2.2 |
Tariffi espliċiti minn korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti (S) |
|
12.2.2.0 |
Tariffi espliċiti minn korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti (S) |
|
12.2.9 |
Servizzi finanzjarji oħra (S) |
|
12.2.9.1 |
Tariffi tar-rimessi (S) |
|
12.2.9.9 |
Servizzi finanzjarji oħra m.k.b. (S) |
|
13 |
Oġġetti u servizzi tal-kura personali, tal-protezzjoni soċjali u mixxellanji |
|
13.1 |
Kura personali |
|
13.1.1 |
Apparat elettriku għall-kura personali (SD) |
|
13.1.1.1 |
Xiri ta’ apparat elettriku għall-kura personali (S) |
|
13.1.1.2 |
Tiswija tal-apparat elettriku għall-kura personali (S) |
|
13.1.2 |
Apparat, oġġetti u prodotti oħra għall-kura personali (ND) |
|
13.1.2.0 |
Apparat, oġġetti u prodotti oħra għall-kura personali (ND) |
|
13.1.3 |
Stabbilimenti tax-xagħar u tal-estetika personali (S) |
|
13.1.3.1 |
Servizzi tax-xagħar (S) |
|
13.1.3.2 |
Trattamenti tal-estetika personali (S) |
|
13.2 |
Oġġetti personali oħra |
|
13.2.1 |
Ġojjellerija u arloġġi tal-idejn (D) |
|
13.2.1.1 |
Xiri ta’ ġojjellerija u arloġġi tal-idejn (D) |
|
13.2.1.2 |
Tiswija u kiri ta’ ġojjellerija, arloġġi u arloġġi tal-idejn (S) |
|
13.2.2 |
Oġġetti ta’ devozzjoni u oġġetti għaċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi u ritwali (SD) |
|
13.2.2.0 |
Oġġetti ta’ devozzjoni u oġġetti għaċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi u ritwali (SD) |
|
13.2.9 |
Oġġetti personali oħra m.k.b. (SD) |
|
13.2.9.1 |
Oġġetti tal-ivvjaġġar, oġġetti tat-trabi u oġġetti personali oħra m.k.b. (SD) |
|
13.2.9.2 |
Tiswija u kiri ta’ oġġetti personali oħra (S) |
|
13.3 |
Protezzjoni soċjali |
|
13.3.0 |
Protezzjoni soċjali (S) |
|
13.3.0.1 |
Servizzi tal-indukrar tat-tfal (S) |
|
13.3.0.2 |
Djar tal-anzjani u residenzi għall-persuni b’diżabbiltà, li ma jipprovdux kura medika (S) |
|
13.3.0.3 |
Servizzi ta’ kura fid-dar għall-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà (S) |
|
13.3.0.9 |
Servizzi oħra tal-protezzjoni soċjali (S) |
|
13.9 |
Servizzi oħra |
|
13.9.0 |
Servizzi oħra (S) |
|
13.9.0.1 |
Prostituzzjoni (S) |
|
13.9.0.2 |
Servizzi reliġjużi (S) |
|
13.9.0.9 |
Servizzi oħra m.k.b. (S) |
ANNESS II
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 2494/95 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, punt (a) |
Artikolu 2, punt (6) |
|
Artikolu 2, punt (b) |
- |
|
Artikolu 2, punt (c) |
- |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3(3) u (10) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4(1), (2) u (4) |
|
Artikolu 5(1)(b) |
Artikolu 5(5) u (6) |
|
Artikolu 5(3) |
Artikolu 4(4) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5(1) u (2) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 6(1), (3) u (4) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 3(1), (2) u (6) |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 11 |
- |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 13 |
- |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 15 |
- |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 13 |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1).
( 3 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur (ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3).
( 4 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 tal-20 ta' Novembru 1996 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur: trasmissjoni u tixrid ta' sotto-indiċi tal-HICP (ĠU L 296, 21.11.1996, p. 8).
( 5 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1687/98 tal-20 ta' Lulju 1998 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 dwar il-kopertura ta' merkanzija u servizzi tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 214, 31.7.1998, p. 12).
( 6 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2646/98 tad-9 ta' Diċembru 1998 li jiffissa regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli minimi għat-trattament ta' tariffi fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 335, 10.12.1998, p. 30).
( 7 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi d-dettalji għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 — dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 9).
( 8 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 tat-8 ta' Ottubru 1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 rigward l-istandards minimi għat-trattament ta' prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 266, 14.10.1999, p. 1).
( 9 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2601/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi reġoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar iż-żmien biex jiddaħħlu prezzijiet tax-xiri fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 14).
( 10 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar livelli minimi għat-trattament ta' tnaqqis fil-prezzijiet fl-Indiċi Armonizzat ta' Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 16).
( 11 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' ħlasijiet dovuti għal servizzi li jikkorrispondu għall-valuri ta' transazzjoni fl-indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49).
( 12 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' ħlasijiet dovuti għal servizzi li jikkorrispondu għall-valuri ta' transazzjoni fl-indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49).
( 13 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta' Ottubru 2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).
( 14 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 701/2006 tal-25 ta' April 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 rigward il-kopertura temporali tal-ġbir ta' prezzijiet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 3).
( 15 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 330/2009 tat-22 ta' April 2009 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-prodotti staġjonali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) (ĠU L 103, 23.4.2009, p. 6).
( 16 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2010 tal-1 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-istandards minimi għall-kwalità ta' peżar HICP u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (ĠU L 316, 2.12.2010, p. 4).
( 17 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013 tal-1 ta' Frar 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta' indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 14).