|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3798 |
14.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1713, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1714 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
(C/2026/3798)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1713 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1714 (4) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 u fir-Regolament (UE) 2019/796. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri rilevanti kif indikati fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi.
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-15 ta' Jannar 2027 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.
(2) ĠU L, 2026/1713, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1713/oj.
(3) ĠU L 129 I, 17.05.2019, p. 1.
(4) ĠU L, 2026/1714, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1714/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3798/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)