|
3.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 432/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2131
tal-25 ta’ Novembru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar tal-Protokoll 32 dwar modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82, anness mal-Ftehim ŻEE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122 u l-Artikolu 322(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE”) jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 32 dwar modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82, anness mal-Ftehim ŻEE (‘Protokoll 32’). |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (3) li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, jalloka dħul assenjat estern addizzjonali għall-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili rregolat bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Huwa xieraq li jiġi ċċarat li, fil-Protokoll 32 li, għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati tal-EFTA, il-bażi għall-kalkolu jenħtieġ li tiżdied b’approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom f’dak il-programm u f’dak il-mekkaniżmu. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Protokoll 32 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Protokoll 32 dwar il-modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82, anness mal-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (6).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. POČIVALŠEK
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal- COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 23).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(6) Ara d-dokument ST 13509/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.