<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑422/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0422</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2108">EU:C:2014:2108</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C‑422/13</P><P>WREE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑422/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig‑Holstein</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Uta Wree</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Schleswig‑Holsteinisches Oberverwaltungsgericht (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika Agrikola Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ pagament uniku</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 73/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 34</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>mergħa permanenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Saff ta’ wiċċ veġetalizzat ta’ landfill imqiegħda f’fażi ta’ ġestjoni wara li ġiet iddekommissjonata</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ użu essenzjalment agrikolu fil-każ ta’ użu varjat ta’ superfiċi agrikola</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku jippresupponi, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ettari eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, hekk kif iddefiniti fl-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad‑<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad‑<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>, u r-Rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010 L 43, p. 7</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-kawża tqajjem żewġ domandi dwar jekk is-superfiċi inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ettari eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>mergħat permanenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara l-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009, tad‑<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 316, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> bħala element ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>erja [superfiċi] agrikola<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara l-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament Nru 73/2009.</P></NOTE>, jista’ jinkludi s-saff ta’ wiċċ ta’ landfill imqiegħda f’fażi ta’ ġestjoni wara li ġiet iddekommissjonata (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>superfiċi kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>)?</P></ITEM><ITEM><P>Meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>erja [superfiċi] agrikola<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tintuża wkoll għal attivitajiet li ma humiex agrikoli, kif għandu jinftiehem ir-rekwiżit ta’ użu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>l-biċċa l-kbira [...] għal attivitajiet agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1120/2009.</P></NOTE> li għalih hija suġġetta l-eliġibbiltà tas-superfiċi agrikoli?</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi jirriżultaw, essenzjalment, mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari ppreżentat mix-Schleswig‑Holsteinisches Oberverwaltungsgericht (tribunal amministrattiv superjuri ta’ Schleswig-Holstein, il-Ġermanja) fil-kuntest ta’ tilwima bejn Uta Wree u l-Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig‑Holstein (uffiċċju reġjonali għall-agrikoltura, l-ambjent u l-ispazji rurali tal-Land ta’ Schleswig‑Holstein, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Landesamt<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni, fejn jikkonċerna s-superfiċi li jistgħu jiġu ammessi sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna, ta’ superfiċi li tikkostitwixxi s-saff ta’ wiċċ veġetalizzat ta’ landfill imqiegħda f’fażi ta’ ġestjoni wara li ġiet iddekommissjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, il-Qorti għalhekk qed tintalab tiddeċiedi dwar il-kunċetti ċentrali tad-dritt agrikolu, bħall-kunċett ta’ attività agrikola, il-kwalifika ta’ superfiċi agrikola u l-identifikazzjoni tal-ettari eliġibbli sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna kif ukoll l-użu ta’ superfiċi ta’ impriża agrikola fil-biċċa l-kbira għal finijiet agrikoli. Qabel kollox nosserva li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jikkonċerna esklużivament kundizzjonijiet tal-iskema ta’ pagament uniku bl-esklużjoni ta’ kull kunsiderazzjoni oħra, bħal dawk marbuta mas-saħħa pubblika, is-sigurtà tal-ikel jew affarijiet oħra.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 73/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessa 7 tar-Regolament Nru 73/2009 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 1782/2003 [tad‑<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)] irrikonoxxa l-effett ambjentali pożittiv ta’ mergħat permanenti. Il-miżuri f’dak ir-Regolament li immirati biex tkun imħeġġa l-manutenzjoni ta’ mergħat permanenti eżistenti biex jiġi żgurat kontra konverżjoni massiva f’art li tinħarat għandhom jinżammu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(c) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>attività agrikola<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta’ prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, il-produzzjoni tal-ħalib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja, jew iż-żamma tal-art f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba kif stabbilit fl-Artikolu 6;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>erja [superfiċi] agrikola<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser l-erja [is-superfiċi] totali kollha użata bħala art għall-kultivazzjoni, mergħa permanenti jew uċuħ permanenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Skema ta’ pagament uniku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 73/2009 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-appoġġ lill-bdiewa taħt l-iskema tal-pagament uniku għandu jingħata malli jiġi attivat id-dritt għal pagament għal kull ettaru eliġibbli. Drittijiet għal pagament attivati għandhom jagħtu dritt għal pagament tal-ammonti ffissati bihom.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="034.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finjiet ta’ dan it-Titolu, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ettaru eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> għandha tfisser:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kwalunkwe erja [superfiċi] agrikola tal-azjenda [impriża], u kwalunkwe erja mħawla bi msaġar ta’ rotazzjoni qasira (kodiċi tan‑NM ex 06029041), użata għal attività agrikola jew, meta l-erja tintuża ukoll għal attivitajiet mhux agrikoli, użata predominatament għal attivitajiet agrikoli [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1120/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1120/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.</P></NOTE> jiffissa l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku previst mit-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 1120/2009 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Għall-finijiet ta-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u ta’ dan ir-regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>mergħat permanenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix naturali (li jitla’ waħdu) jew permezz ta’ kultivazzjoni (li jkun inżera’) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar, minbarra art imserrħa [...]; u għal dan l-iskop, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix naturali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser il-pjanti erbaċej kollha li tradizzjonalment jinsabu f’mergħat naturali jew huma normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għal mergħat jew imraġ fl-Istat Membru (kemm jekk jintużaw biex jirgħu l-annimali jew le) [...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1120/2009:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Għall-finijiet tal-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, meta erja [superfiċi] agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, dik l-erja [is-superfiċi] tiġi kkunsidrata bħala użata l-biċċa l-kbira għal atttivitajiet agrikoli, jekk din l-attività agrikola tista’ titwettaq mingħajr tfixkil sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul ta’ żmien u l-waqt tal-attività mhix agrikola.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu fuq it-territorju tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>U. Wree hija veterinarja u topera maqjel tan-nagħaġ. Fih hija trabbi nagħaġ u tipproduċi ħaruf għal-laħam. Il-merħliet tagħha jgħaddu fuq superfiċi differenti ta’ ħaxix li jinsabu fit-territorji tad-distretti ta’ Nordfriesland u ta’ Schleswig‑Flensburg.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Dawn il-mergħat huma komposti b’mod partikolari mis-saff ta’ wiċċ veġetalizzat tal-landfill ta’ Ahrenshöft, fid-distrett ta’ Nordfriesland, u ta’ dik ta’ Schleswig‑Haferteich, fid-distrett ta’ Schleswig‑Flensburg (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>landfills<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Fiż-żewġ landfills li jinsabu barra fil-ftuh, il-fażi ta’ depożitu ta’ skart ġiet fi tmiemha. Il-landfill ta’ Ahrenshöft għadha tinsab<?PAGE NO="4"?> fil-fażi ta’ dekommissjonar u dalwaqt għandha tgħaddi għall-fażi ta’ ġestjoni wara li tkun ġiet iddekommissjonata, filwaqt li l-landfill ta’ Schleswig‑Haferteich diġà tinsab fil-fażi ta’ ġestjoni wara li tkun ġiet iddekommissjonata. Ninnota li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jikkonċerna biss it-tieni każ inkwistjoni, minkejja li fih jiddeskrivi wkoll is-sitwazzjoni tal-landfill ta’ Ahrenshöft.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont il-kuntratti li U. Wree kkonkludiet mal-operaturi ta’ żewġ landfills, hija awtorizzata, gratwitament, tħalli lill-merħliet tagħha jirgħu fuq il-mergħat li huma komposti mis-saff ta’ wiċċ veġetalizzata ta’ żewġ landfills.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba unika tal‑<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>, U. Wree talbet lill-Landesamt l-għoti ta’ pagament uniku għas-sena ta’ talba 2010. Il-Landesamt ċaħdet din it-talba. U. Wree kienet ikkalkolat li s-superfiċi eliġibbli li hija għandha, flimkien mas-superfiċi bil-ħaxix li jinsabu fuq iż-żewġ landfills, jammontaw għal 25.5098 ettaru. L-imsemmija superfiċi eliġibbli kienet tammonta biss għal 5.7243 ettaru, skont il-Landesamt, li sostna li s-superfiċi l-oħra ma kinux imniżżla fir-reġistru tal-artijiet agrikoli. Skont il-Landesamt, dawn tal-aħħar ma jikkostitwixxux superfiċi użati bil-għan ta’ attivitajiet agrikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>U. Wree ppreżentat rikors amministrattiv kontra din id-deċiżjoni. Hija sostniet li hija tuża s-superfiċi li jinsabu fuq il-landfills bħala mergħat għan-nagħaġ li qed trabbi u li hija tillivella u taħrat ċerti partijiet tal-imsemmija superfiċi. Barra minn hekk hija sostniet, insostenn tal-ilment tagħha, li s-superfiċi kollha tal-landfills tista’ tintuża mingħajr restrizzjoni sabiex in-nagħaġ ikunu jistgħu jirgħu.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, il-Landesamt ċaħad l-ilment ta’ U. Wree bħala nieqsa minn bażi legali. Insostenn tad-deċiżjoni tiegħu, huwa indika li s-superfiċi li kienu s-suġġett tat-talba tar-rikorrenti ma kinux superfiċi agrikoli utli fis-sens tar-Regolament Nru 73/2009, iżda landfills iddekommissjonati fis-sens tar-Regolament dwar il-landfills (Deponieverordnung)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Deponieverordnung tas‑<DATE ISO="20090427">27 ta’ April 2009</DATE> (BGBl. 2009 I, p. 900).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20110415">15 ta’ April 2011</DATE>, U. Wree ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem ix-Schleswig Holsteinisches Verwaltungsgericht (tribunal amministrattiv ta’ Schleswig‑Holstein). Insostenn tar-rikors tagħha, hija sostniet b’mod partikolari li s-superfiċi kontenzjużi ma jistgħux jitqiesu li, b’mod prinċipali, huma s-suġġett ta’ użu bħala landfill iddekommissjonata, ġaladarba dan jirrigwarda stat u mhux użu. Min-naħa l-oħra, il-Landesamt isostni li l-imsemmija superfiċi jintużaw b’mod prinċipali bħala landfills imqiegħda f’fażi ta’ ġestjoni wara li jkunu ġew iddekommissjonati u li, minħabba raġunijiet ta’ stabbiltà tal-landfills, is-superfiċi jistgħu, taħt kontroll, jintużaw bħala mergħat għan-nagħaġ. Skont il-Landesamt, huwa essenzjalment għall-prevenzjoni tal-proċessi bijoloġiċi fastidjużi li jkollhom effett fuq l-istabbiltà tal-landfills li l-operaturi tal-landfills iqiegħdu gratwitament is-superfiċi kontenzjużi għad-dispożizzjoni ta’ U. Wree.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20120119">19 ta’ Jannar 2012</DATE>, ix-Schleswig‑Holsteinisches Verwaltungsgericht laqa’ r-rikors ta’ U. Wree. Huwa ddeċieda li din tal-aħħar kellha dritt għal pagament uniku għas-sena 2010 u li s-superfiċi tal-landfills kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-għajnuna. Il-Landesamt appella din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Peress li s-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali kienet tiddependi mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ix-Schleswig‑Holsteinisches Oberverwaltungsgericht iddeċieda, permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20130715">15 ta’ Lulju 2013</DATE>, li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Erja [superfiċi], li, minkejja li tintuża għal finijiet agrikoli (mergħa għat-trobbija tan-nagħaġ), tifforma madankollu s-saff tal-wiċċ ta’ landfill imqiegħed fil-fażi ta’ ġestjoni wara l-għeluq tagħha, tikkostitwixxi wkoll erja agrikola fis-sens tal-Artikolu 34(2)(a) tar-[Regolament Nru 73/2009]?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn U. Wree, il-Landesamt, il-Gvern Daniż, u l-Kummissjoni Ewropea. Ma saritx seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari, hemm lok li jiġu eżaminati suċċessivament il-kunċett ta’ attività agrikola, il-kwalifika ta’ superfiċi agrikola u l-identifikazzjoni tal-ettari eliġibbli kif ukoll l-użu ta’ superfiċi ta’ impriża agrikola fil-biċċa l-kbira għal finijiet agrikoli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ attività agrikola f’dan il-każ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Landesamt isostni li l-użu ta’ superfiċi bħala saff ta’ wiċċ ta’ landfill imqiegħda f’fażi ta’ ġestjoni wara li tkun ġiet iddekommissjonata ma huwiex użu agrikolu, iżda jirriżulta mill-ġestjoni tal-iskart. L-użu tal-imsemmija superfiċi bħala mergħa huwa mezz li jissodisfa l-għanijiet ta’ dan l-użu.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Landesamt kif ukoll il-Kummissjoni jidhru li jammettu li s-superfiċi huma wkoll is-suġġett ta’ użu agrikolu peress li U. Wree tirgħa l-merħliet tagħha fuq is-superfiċi kontenzjużi għal finijiet ta’ lukru.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma tistaqsix espressament lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-punt jekk il-fatt li U. Wree tirgħa l-merħliet tagħha fuq mergħat komposti mis-saff ta’ wiċċ veġetalizzat tal-landfills ifissirx li l-attività ta’ U. Wree għandhiex tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>attività agrikola<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt, fil-fehma tiegħi, li l-fatt li wieħed jirgħa l-merħliet tiegħu fuq superfiċi komposti mis-saff tal-wiċċ veġetalizzat tal-landfills jista’ jikkostitwixxi fih innifsu attività agrikola, sa fejn din l-attività tikkonsisti fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>trobbija tal-annimali u ż-żamma ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 73/2009, b’differenza, pereżempju, għal attivitajiet għal finijiet mhux ta’ lukru.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma nqisx li l-attività li tikkonsisti f’li merħliet jirgħu fuq mergħat komposti mis-saff ta’ wiċċ veġetalizzat tal-landfills tista’ tiġi analizzata bħala ż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>żamma tal-art f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, hekk kif previst fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 73/2009. Għaldaqstant, fuq dan il-punt, għandi l-istess opinjoni tal-Landesamt li, jekk il-fażi ta’ ġestjoni wara li tiġi ddekommissjonata tikkonċerna wkoll il-protezzjoni tal-ambjent, madankollu din ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>żamma tal-art f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li, konformement mal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 73/2009, tikkostitwixxi wkoll attività agrikola.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, hekk għandu jkun peress li huwa diffiċli li wieħed jammetti li s-sit ta’ landfill qadima, anki fil-fażi ta’ ġestjoni wara li tkun ġiet iddekommissjonata, jissodisfa l-kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kondizzjoni agrikola [...] tajba<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> msemmija fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 73/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Infakkar li s-siti kontenzjużi huma gratwitament għad-dispożizzjoni ta’ U. Wree.</P></NOTE>. Il-postijiet fejn il-kundizzjonijiet agrikoli tajba jistgħu sempliċement jinżammu, ma għandhomx bżonn ta’ sorveljanza, fid-dawl tal-protezzjoni tas-saħħa, daqs kemm għandhom bżonn dawn il-landfills inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif esponiet ġustament il-Kummissjoni, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ superfiċi agrikola hija intiża sabiex tiddetermina jekk is-superfiċi inkwistjoni jistgħux jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>art<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> peress li d-definizzjoni ta’ mergħat permanenti li tinsab fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 1120/2009 tirreferi għal dan it-terminu, jew jekk hemm lok, bil-kontra, sabiex tikkunsidra s-saff ta’ wiċċ veġetalizzat taż-żewġ landfills bħala li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kostruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Fil-fatt, bħall-Kummissjoni, inqis li l-mergħa għandha fiha nnifisha tkun tal-art u li kostruzzjoni jew binja ma tistax tissodisfa d-definizzjoni ta’ mergħa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Il-Kummissjoni ssemmi, bħala eżempju ta’ sitwazzjonijiet li ma jikkonċernawx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>art<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, il-każ ta’ mergħat li jkunu jinsabu fuq il-bjut tad-djar.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub, U. Wree ssostni li s-saff tal-hekk imsejħa membrana tinsab taħt saff ta’ drenaġġ tal-gass u ta’ saff ta’ kumpensazzjoni. Skont U. Wree hija komposta minn żewġ elementi, jiġifieri saff minerali u ġeomembrana. Fiż-żona inferjuri tal-landfill, is-saff minerali hija magħmula minn Trisoplast, taħlita ta’ ramel, ta’ bentonite u ta’ polimeru. Fiż-żona superjuri tal-landfill, is-saff minerali huwa kkostitwit minn 50 ċentimetru ta’ tafal.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-landfills huma għalhekk koperti minn saffi differenti. Minkejja li s-saff ta’ wiċċ veġetalizzat tal-landfills tqiegħdet hemmhekk, hija madankollu tinkludi elementi preżenti fl-art naturali, jiġifieri ramel u tafal. Għalhekk, fil-fehma tiegħi, ma hemmx lok li jiġi kkunsidrat li kull art illivellata għandha neċessarjament titqies li hija parti minn kostruzzjoni. Bil-kontra, xejn ma jipprekludi li s-saff ta’ wiċċ veġetalizzat tal-landfills jiġi kkunsidrat bħala art ġaladarba hija għandha preċiżament bħala funzjoni li tkun kemm jista’ jkun simili għal superfiċi naturali miksija bil-ħaxix u bi pjanti oħra li jintużaw bħala għalf. Bl-istess mod, fil-każ tas-superfiċi li jikkorrispondu għall-ġnub tal-awtostrada, dawn jirriżultaw minn xogħlijiet ta’ livellar, iżda ma jiddistingwux superfiċi naturali wara l-introduzzjoni ta’ saff ta’ wiċċ veġetalizzat. Issa, huwa paċifiku li tali superfiċi jaqgħu taħt il-kunċett ta’ art. B’hekk, inqis li s-saff ta’ wiċċ veġetalizzat tal-landfills jista’ ġuridikament jitqies li huwa art.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kwalifika ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ superfiċi agrikola u l-identifikazzjoni tal-</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ettari eliġibbli</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament Nru 73/2009 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ettaru eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> mingħajr ebda dubju jagħmel parti minn superfiċi agrikola. Hekk kif diġà kkonstata l-Avukat Ġenerali Mazák, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ettaru eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tfisser l-art kollha li tinħadem u l-mergħat permanenti — minbarra superfiċi okkupati b’kulturi permanenti u foresti — li huma użati għal attività agrikola<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Konklużjonijiet fil-Kawża Landkreis Bad Dürkheim (C‑61/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:265">EU:C:2010:265</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, elementi ta’ pajżaġġ, bħax-xtut tax-xmajjar, il-mogħdijiet u l-fosos, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-superfiċi eliġibbli għall-għajnuna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza Vonk Noordegraaf (C‑105/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1126">EU:C:2014:1126</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mergħa permanenti tikkostitwixxi superfiċi agrikola. F’dan ir-rigward, nirreferi għall-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1120/2009 li jgħid li l-mergħat permanenti huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix naturali (li jitla’ waħdu) jew permezz ta’ kultivazzjoni (li jkun inżera’) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar, minbarra art imserrħa [...]; u għal dan l-iskop, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix naturali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> tfisser il-pjanti erbaċej kollha li tradizzjonalment jinsabu f’mergħat naturali jew huma normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għal mergħat jew imraġ fl-Istat Membru (kemm jekk jintużaw biex jirgħu l-annimali jew le)<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Landkreis Bad Dürkheim<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>C‑61/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:606">EU:C:2010:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 36 sa 37.</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 1782/2003 li l-portata tiegħu kien identiku għal dak tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 73/2009. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <HT TYPE="ITALIC">l-kwalifika</HT> ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>raba’ li jinħarat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>mergħat permanenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, u konsegwentement dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>erja [superfiċi] agrikola<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, <HT TYPE="ITALIC">tiddependi mill-użu effettiv</HT> tal-artijiet inkwistjoni (il-korsiv huwa tiegħi)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ukoll li ċ-ċirkustanza li plottijiet ta’ art li effettivament jintużaw bħala raba’ li jinħarat jew bħala mergħat permanenti, iservu prinċipalment għall-protezzjoni tan-natura u għall-konservazzjoni tal-pajżaġġ u ma jistax jiġi prekluż li tali plottijiet jiġu kkwalifikati bħala superfiċi agrikola (punt 38).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Issa, fil-fehma tiegħi, la l-kwalifika bħala superfiċi kontenzjużi fir-rigward tal-kunċett ta’ mergħa, u lanqas l-użu effettiv tagħhom għal dan il-għan ma jistgħu serjament jiġu kkontestat hawnhekk.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-użu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ superfiċi ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ impriża agrikola essenzjalment għal finijiet agrikoli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1120/2009 jispeċifika għal liema kundizzjonijiet superfiċi agrikola ta’ impriża, li tintuża wkoll għal attivitajiet li ma humiex ta’ natura agrikola, tista’ xorta waħda titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>fil-biċċa l-kbira<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> użata għal finijiet agrikoli għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament Nru 73/2009. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1120/2009, dan il-każ jirriżulta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jekk din l-attività agrikola tista’ titwettaq mingħajr tfixkil sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul ta’ żmien u l-waqt tal-attività mhix agrikola<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Skont it-tieni paragrafu tal-imsemmi Artikolu 9, l-Istati Membri jistabbilixxu l-kriterji relatati mal-implementazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fit-territorju tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għaldaqstant għandu jiġi mfittex jekk l-operazzjonijiet relatati ma’ fażi ta’ ġestjoni wara li tkun ġiet iddekommissjonata landfill tfixkilx l-attività agrikola b’mod sinjifikattiv minħabba l-intensità tagħhom, in-natura tagħhom, it-tul ta’ żmien tagħhom u meta dawn iseħħu.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-karatteristiċi oġġettivi tas-superfiċi u tal-attività huma determinanti biex jiġi analizzat jekk superfiċi tistax titqies li ntużat għall-finijiet agrikoli u jekk l-attivitajiet mhux agrikoli jfixklux l-attività agrikola b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. L-opinjoni suġġettiva ta’ agrikoltur ma tistax tkun determinanti, hekk kif josserva bir-raġun il-Gvern Daniż. Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, il-karatteristiċi oġġettivi ta’ superfiċi jew ta’ attività jistgħu effettivament jikkostitwixxu tfixkil sinjifikattiv għall-finijiet ta’ attività agrikola<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Huwa possibbli, pereżempju, li l-mergħa mal-ġnub ta’ awtostradi jew ta’ ajruporti miksija b’veġetazzjoni hija suġġetta għal restrizzjonijiet ta’ sigurtà li l-agrikoltur jitlef kull awtonomija mill-perspettiva tal-perijodu li fih jista’ jirgħa jew tal-aċċess għal dawn il-mergħat, b’tali mod li l-attivitajiet mhux agrikoli jfixklu l-attivitajiet agrikoli b’mod sinjifikattiv.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk l-attività agrikola eżerċitata minn U. Wree hijiex imfixkla b’mod sinjifikattiv minħabba n-natura tal-attività mhux agrikola, li tikkonsisti f’miżuri konkreti marbuta mal-fażi ta’ dekommissjonar u mal-fażi ta’ ġestjoni wara li jkunu ġew iddekommissjonati l-landfills. L-użu tas-superfiċi kontenzjużi bħala kopertura ta’ landfills qodma ma hijiex determinanti fiha nnifisha. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li jiġu analizzati attivitajiet li huma implementati mill-ġestjonarji tagħhom sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali fuq il-landfills<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Skont l-Artikolu 3(10) tal-Liġi intiża sabiex tippromwovi l-ekonomija ċirkolari u tiggarantixxi l-eliminazzjoni ekoloġika tal-iskart [Gesetz zur Förderung der Kreislaufwirtschaft und Sicherung der umweltverträglichen Beseitigung von Abfällen (Kreislaufwirtschafts‑ und Abfallgesetz, tas‑<DATE ISO="19940927">27 ta’ Settembru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 2705)], il-landfills jikkostitwixxu kostruzzjonijiet jew installazzjonijiet għall-eliminazzjoni tal-iskart. Fi kwalunkwe każ, huma jżommu din il-kwalifika sakemm jibqgħu suġġetti għall-obbligu ta’ ġestjoni wara d-dekommissjonar jew għar-regoli ta’ sigurtà.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Bien nikkonkludi, ninnota, barra minn hekk, li, fis-sentenza Landkreis Bad Dürkheim<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:606">EU:C:2010:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat ukoll il-kunċett ta’ ġestjoni u kkonstatat li din ma kinitx tinvolvi l-fatt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>l-bidwi għandu setgħa illimitata fuq iż‑żona [superfiċi] kkonċernata meta jużaha għal skopijiet agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Hija kkonkludiet li, min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>il-bidwi għandu jgawdi minn awtonomija suffiċjenti fir-rigward ta’ din iż-żona għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-attività agrikola tiegħu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżaminaha, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha ta’ din il-kawża<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 62).</P></NOTE>. Inqis li dan il-kriterju ta’ awtonomija suffiċjenti jista’ jintuża <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> biex jiġi evalwat jekk l-attivitajiet l-oħra jfixklux l-attivitajiet agrikoli b’mod sinjifikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nipproponi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda preliminari tkun li l-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament Nru 73/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li superfiċi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies li hija superfiċi agrikola fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk tistax tintuża l-mergħa għat-trobbija tan-nagħaġ mingħajr ma jkun hemm tfixkil sinjifikattiv minħabba l-miżuri neċessarji għall-ġestjoni tal-landfill il-qadima. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex effettivament il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lix-Schleswig‑Holsteinisches Oberverwaltungsgericht (il-Ġermanja):</TXT><P>Superfiċi miksija bil-ħaxix jew għalf ieħor, li jifforma s-saff ta’ wiċċ ta’ landfill li tinsab f’fażi ta’ ġestjoni wara li tkun ġiet iddekommissjonata u li sservi wkoll bħala mergħa għat-trobbija tan-nagħaġ, titqies li hija superfiċi agrikola fis-sens tal-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad‑<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jekk din l-attività tista’ tiġi eżerċitata fiha mingħajr ma jkun hemm tfixkil sinjifikattiv minħabba l-miżuri neċessarji għall-ġestjoni tal-landfill il-qadima. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex effettivament il-każ.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>