|
23.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/67 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta' April 2014
dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97
(notifikata bid-dokument C(2014) 2474)
(2014/223/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkonisdrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta' Jannar 1997, li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjoni ta' ċerti parts tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta' dazju estiż fuq dawn l-importazzjoni rreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 5, 7 u 10 tiegħu,
Wara li informat l-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta' eżenzjoni”), għadd ta' kumpaniji li jimmuntaw ir-roti ressqu talbiet skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż għall-importazzjonijiet ta' ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) skont ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (“ir-Regolament estiż”) (“id-dazju estiż”). Id-deċiżjoni l-aktar reċenti tal-Kummissjoni dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju estiż skont ir-Regolament ta' eżenzjoni kien adottat fid-19 ta' Diċembru 2011 (4). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi suċċessivi ta' kumpaniji li jimmuntaw ir-roti (5) li għalihom ġie sospiż il-ħlas tad-dazju antidumping estiż fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta' parts essenzjali tar-rota ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni. Barra minn hekk, ġew ippubblikati listi ta' kumpaniji li jarmaw ir-roti eżentati ġodda u listi ta' eżenzjonijiet rivokati. |
1. L-AWTORIZZAZZJONI TA' EŻENZJONI
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet mill-parti elenkata fit-Tabella 1 t-tagħrif kollu meħtieġ għad-determinazzjoni tal-ammissibilità tat-talbiet tagħha. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talba kienet ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni. Skont l-Artikolu 5(1) tal-istess Regolament, dik il-parti rċeviet is-sospensjoni mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet it-talba tagħha. Tabella 1
|
|
(4) |
Matul l-eżami l-Kummissjoni stabbilixxiet li l-valur tal-parts li joriġinaw fir-RPĊ użati fl-operazzjonijiet ta' assemblaġġ ta' din il-parti kien inqas minn 60 % tal-valur totali tal-parts użati f'dawn l-operazzjonijiet. Konsegwentement, dawn jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. |
|
(5) |
Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni, din il-parti għandha tiġi eżentata mid-dazju estiż. Skont l-Artikolu 7(2), l-eżenzjoni għandha tibda tgħodd mid-data tal-wasla tat-talba tagħha u, barra minn hekk, id-dejn doganali tagħha fir-rigward tad-dazju estiż għandu jitqies null mill-istess data. |
|
(6) |
Billi l-eżenzjoni se tapplika biss għal parti speċifikament imsemmija fit-Tabella 1 bl-isem u l-indirizz tagħha, huwa neċessarju li l-parti eżentata tinnotifika lill-Kummissjoni (6) minnufih, dwar kwalunkwe bidliet għal dawn (pereżempju, wara bidla fl-isem, forma legali jew indirizz jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' assemblaġġ). F'każ bħal dan, huwa meħtieġ li l-parti li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal din il-parti. |
2. IS-SOSPENSJONI TAL-ĦLASIJIET TAD-DAZJI GĦAL PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI
|
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 it-tagħrif kollu meħtieġ għad-determinazzjoni prima facie tal-ammissibilità tat-talbiet tagħhom għall-eżenzjoni. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet imressqa kienu ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni. |
|
(8) |
Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jiġu eżaminati u li jinsabu elenkati fit-Tabella 2, il-ħlasijiet tad-dazju estiż fir-rigward ta' kull importazzjoni ta' parts essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet għandhom jiġu sospiżi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' eżenzjoni. |
|
(9) |
Billi s-sospensjoni se tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, huwa meħtieġ li l-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) minnufih, dwar kwalunkwe bidliet għal dawn (pereżempju wara bidla fl-isem, forma legali jew indirizz jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' assemblaġġ). F'każ bħal dan, huwa meħtieġ li l-parti li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal din il-parti. Tabella 2
|
3. RIFJUT TAT-TALBA GĦAL EŻENZJONI U T-TNEĦĦIJA TAS-SOSPENSJONI RELATATA
|
(10) |
Il-parti elenkata fit-Tabella 3 hawn isfel ressqet ukoll talba għal eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż. Il-ħlasijiet tad-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' estensjoni ġew sospiżi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' eżenzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe importazzjonijiet ta' parts essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn din il-parti mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet it-talba tagħha. Tabella 3
|
|
(11) |
Din il-parti llimitat l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha għal kwantitajiet żgħar u tkompli timporta parts tar-roti mir-RPĊ biss fi kwantitajiet taħt il-limitu ta' 300 unità għal kull tip fuq bażi ta' xahar b'xahar. Għaldaqstant, din il-parti rtirat it-talba tagħha għal eżenzjoni mid-dazju antidumping fuq il-parts tar-roti. |
|
(12) |
Fuq din il-bażi u skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta' eżenzjoni, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta t-talba ta' din il-parti u tneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' eżenzjoni. Konsegwentement, id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data tal-wasla tat-talba għal eżenzjoni mressqa minn din il-parti, li hija d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni. |
|
(13) |
Dak li jingħad fil-premessa preċedenti ma jeskludix l-applikazzjoni ta' eżenzjoni soġġetta għall-kontroll tad-destinazzjoni partikolari skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' eżenzjoni. |
4. REVOKA TA' EŻENZJONI
|
(14) |
Għall-parti stabbilita fit-Tabella 4, l-eżenzjoni għandha tiġi revokata. Tabella 4
|
|
(15) |
Din il-parti ġiet eżentata mid-dazju antidumping estiż fuq il-parts tar-roti. Din il-parti infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni li kienet waqqfet l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalhekk, l-eżenzjoni għandha tiġi revokata. |
5. L-AĠĠORNAMENT TA' REFERENZI GĦAL ĊERTI PARTIJIET EŻENTATI
|
(16) |
Il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 5 ippreżentaw ruħhom u infurmaw lill-Kummissjoni li l-isem, il-forma legali jew l-indirizz tagħhom inbidel. Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni stabbiliti fir-Regolament ta' eżenzjoni. |
|
(17) |
Filwaqt li l-eżenzjonijiet ta' dawk il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzat skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni jibqgħu mhux affettwati, ir-referenzi għal dawk il-partijiet għandhom jiġu aġġornati. Tabella 5
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Artikolu 2
Il-parti elenkata fit-Tabella 1 hija b'dan eżentata mill-estensjoni bir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (8) fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti parts ta' tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
L-eżenzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward ta' din il-parti mid-data prevista fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
L-eżenzjoni tapplika biss għall-parti speċifikament imsemmija fit-Tabella 1 bl-isem u l-indirizz tagħha. Il-parti eżentata tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih, b'kull tibdil f'dawn, waqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni.
Tabella 1
Il-parti eżentata
|
Isem |
Indirizz |
Pajjiż |
Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 |
Data ta' dħul fis-seħħ |
kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ets Th Brasseur SA |
Rue des Steppes 13, 4000 Liège |
Belgium |
Artikolu 7 |
29.5.2012 |
B294 |
Artikolu 3
Il-partijiet elenkati fit-tabella 2 qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 se tidħol fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet ta' dawn il-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
Din is-sospensjoni tapplika biss lill-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom. Il-parti li qed tiġi eżaminata tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih, b'kull tibdil f'dawn, waqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' sospensjoni.
Tabella 2
Il-partijiet li qed jiġu eżaminati
|
Isem |
Indirizz |
Pajjiż |
Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 |
Data ta' dħul fis-seħħ |
kodiċi addizzjonali TARIC |
|
c2 g-engineering GmbH |
Schlesische Straße 27, 10997 Berlin |
Germany |
Artikolu 5 |
16.12.2013 |
B934 |
|
Solo International Oy |
Pyyntitie 1 B, 02230 Espoo |
Finland |
Artikolu 5 |
26.7.2013 |
B940 |
|
Planet X Ltd |
Unit 6, Ignite Business Park, Magna Way, Rotherham S60 1FD |
UK |
Artikolu 5 |
7.2.2013 |
A995 |
|
S.C EUROBIKE UNIVERSAL S.R.L. |
Street Asociatiei No. 4, Movilita, Ialomita |
Romania |
Artikolu 5 |
26.7.2013 |
B941 |
|
Longway Poland Sp. z o.o. |
ul. Rajdowa 3a, Konotopa, 05-850 Ożarów Mazowiecki |
Poland |
Artikolu 5 |
16.12.2013 |
B935 |
|
BBF Bike GmbH |
Carena Allee 8, 15366 Hoppegarten |
Germany |
Artikolu 5 |
14.1.2014 |
B936 |
Artikolu 4
It-talba għal eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż imressqa mill-parti elenkata fit-Tabella 3 qed tiġi, b'dan, miċħuda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż b'dan qed titneħħa għal din il-parti skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 88/97, mid-data prevista fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
Tabella 3
Il-parti li titneħħielha s-sospensjoni
|
Isem |
Indirizz |
Pajjiż |
Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 |
Data ta' dħul fis-seħħ |
kodiċi addizzjonali TARIC |
|
IBEROSELLE, LDA |
Vale Domingos 3750 — 321 Águeda |
Portugal |
Artikolu 5 |
20.4.2012 |
B292 |
Artikolu 5
L-eżenzjoni tal-parti stabbilita fit-Tabella 4 mill-ħlas tad-dazju antidumping estiż hija b'dan revokata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 88/97, mid-data prevista fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
Tabella 4
Il-parti li għaliha tiġi revokata l-eżenzjoni
|
Isem |
Indirizz |
Pajjiż |
Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 |
Data ta' dħul fis-seħħ |
kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Borge Kildemoes Cykelfabrik A/S |
Albanivej 7, Nr. Lyndelse, 5792 Arslev |
Denmark |
Artikolu 7 |
Jum wieħed wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni |
A166 |
Artikolu 6
Ir-referenzi aġġornati għal partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 5 huma pprovduti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawn il-partijiet eżentati kif stipulat fil-kolonna intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.
Tabella 5
Partijiet eżentati li għalihom tiġi aġġornata r-referenza
|
Ir-referenza ta' qabel |
Referenza ġdida |
Pajjiż |
kodiċi addizzjonali TARIC |
||||||
|
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
A686 |
||||||
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
A558 |
||||||
|
|
Germany |
A856 |
||||||
|
|
Ir-Repubblika Slovakka |
A551 |
||||||
|
|
Romania |
A896 |
||||||
|
|
Franza |
8065 |
||||||
|
|
L-Italja |
A402 |
||||||
|
|
L-Italja |
A246 |
||||||
|
|
L-Ungerija |
A555 |
||||||
|
|
Franza |
8963 |
||||||
|
|
L-Italja |
A979 |
||||||
|
|
Is-Slovenja |
A630 |
||||||
|
|
Poland |
A849 |
||||||
|
Speedcross di Torretta P. e C. snc — Corso Italia 20 — I-20020 Vanzaghello (MI) Italy |
|
L-Italja |
A163 |
||||||
|
|
Poland |
A966 |
||||||
|
Gruppo Bici Srl — Via Pitagora 15 — I-47023 Cesena |
|
L-Italja |
8005 |
||||||
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
A605 |
||||||
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
A553 |
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6. Hija wkoll ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Karel DE GUCHT
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(3) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(4) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86.
(5) ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, u ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99 ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86.
(6) Il-partijiet huma rrakkomandati li jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
(7) Il-partijiet huma rrakkomandati li jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.