European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5287

28.8.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11709 – CKI / CKA / TARGET WIND FARMS AND ASSETS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5287)

1.   

Fid-19 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CK Infrastructure Holdings Limited (“CKI”, Bermuda), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn CK Hutchison Holdings Limited (Il-Gżejjer Cayman),

—

CK Asset Holdings Limited (“CKA”, il-Gżejjer Cayman),

—

Entitajiet li jiffurmaw parti min-negozju tal-parks eoliċi fuq l-art ta’ Aviva plc (ir-Renju Unit) fir-Renju Unit, jiġifieri Minnygap Energy Limited, Den Brook Energy Limited, Turncole Wind Farm Limited, Jacks Lane Energy Limited, Woolley Hill Electrical Energy Limited, Medium Scale Wind No.1 Limited, u Medium Scale Wind No.2 Limited (“Target Wind Farms and Assets”, ir-Renju Unit).

CKI u CKA jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Target Wind Farms and Assets kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

CKI hija kumpanija globali ta’ infrastruttura b’investimenti diversifikati fl-infrastruttura tal-enerġija, fl-infrastruttura tat-trasport, fl-infrastruttura tal-ilma, fil-ġestjoni tal-iskart, fl-irkupru enerġetiku, fl-infrastruttura domestika u fin-negozju relatat mal-infrastruttura,

—

CKA huwa konglomerat multinazzjonali b’attivitajiet kummerċjali fl-iżvilupp u l-investiment tal-proprjetà, l-operat tal-lukandi, il-ġestjoni tal-proprjetà u tal-proġetti, u l-operazzjoni tal-assi tal-infrastruttura u tal-utilitajiet,

—

Target Wind Farms and Assets huma attivi fl-iżvilupp u t-tħaddim ta’ turbini eoliċi individwali fuq skala medja u parks eoliċi fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11709 – CKI / CKA / TARGET WIND FARMS AND ASSETS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5287/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)