|
1.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Settembru 2010
dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba li jitqassmu jew li jkunu disponibbli bla ħlas għall-vittmi tal-għargħar li seħħew fil-Polonja f’Mejju 2010
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6624)
(it-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(2010/586/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba mill-Gvern tal-Polonja datata t-2 ta’ Ġunju 2010, li qiegħda tfittex li tagħmel disponibbli l-importazzzjoni mingħajr dazju ta’ oġġetti għal vittmi tal-għargħar li seħħew fil-Polonja, f’Mejju tal-2010,
Billi:
|
(1) |
Għargħar jikkostitwixxu diżastri fi ħdan it-tifsira tat-Titolu XVII C tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; filwaqt li hemm konsegwentatment raġuni biex tiġi awtorizzata l-importazzjoni mingħajr dazju ta’ oġġetti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74 sa 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 imsemmi hawn fuq. |
|
(2) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġi infurmata kif inhu xieraq bl-użu tal-oġġetti li ġew ammessi mingħajr dazju, il-Gvern tal-Polonja jrid jikkomunika l-miżuri li ttieħdu biex jostakolaw tali oġġetti importati mingħajr ħlas milli jkunu qegħdin jintużaw għal użu minbarra dak stipulat. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata wkoll bin-numru u n-natura tal-importazzjonijiet li jkunu saru. |
|
(4) |
Stati Membri oħra ġew ikkonsultati kif stipulat fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Oġġetti li ġew importati għal ċirkolazzjoni ħielsa minn organizzazzjonijiet tal-Istat jew minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet Pollakki kompetenti għall-fini li jqassmuhom mingħajr ħlas lill-vittmi tal-għargħar li seħħew f’Mejju 2010 fil-Polonja, jew li saru disponibbli mingħajr ħlas filwaqt li baqgħu proprjetà tal-organizzazzjonijiet kkonċernati se jiġu ammessi mingħajr dazju ta’ importazzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
2. L-oġġetti impurtati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji ta’ assistenza sabiex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom matul il-perjodu tal-attività tagħhom għandhom ukoll ikunu ammessi bla dazju.
Artikolu 2
Il-Gvern tal-Polonja se jikkomunika lill-Kummissjoni l-lista ta’ organizzazzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 1(1), mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 3
Il-Gvern tal-Polonja se jikkomunika lill-Kummissjoni permezz ta’ kategorija wiesgħa tal-prodotti, l-informazzjoni kollha rigward in-natura u l-kwantitajiet tad-diversi oġġetti ammessi mingħajr dazju skont l-Artikolu 1, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 4
Il-Gvern tal-Polonja se jikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri li se jieħu biex jiżgura li l-Artikoli 78,79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 huma rispettati, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 5
L-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal importazzjonijiet magħmula fl-1 ta’ Mejju 2010 jew f’data warajha u mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2010.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni