<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-567/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0567</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:948">EU:C:2017:948</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20171207">7.12.2017</DATE> – Kawża C‑567/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Merck Sharp &amp; Dohme corporation</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà industrijali u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-privattivi</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 469/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(b)</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-kisba</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10(3)</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ ċertifikat jew ċaħda tal-applikazzjoni għal ċertifikat</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 28(4)</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ddeċentralizzata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-567/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division, Patents Court [qorti tal-ġustizzja għolja (L-Ingilterra u Wales), diviżjoni taċ-Chancery, awla tal-privattivi, ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161004">4 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Merck Sharp &amp; Dohme Corporation</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn C. Toader (Relatur), li qed jaġixxi bħala President tal-Awla, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Merck Sharp &amp; Dohme Corporation, minn K. Bacon, QC, T. Hinchliffe, QC, u M. S. Bennett, advocate, kif ukoll minn L. Whiting, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Sipos u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(b) u tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, VoL. 27, p. 69), kif emendata, fir-rigward tal-farmakoviġilanza, bid-Direttiva 2010/84/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="74" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 348, p. 74</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 2001/83<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Merck Sharp &amp; Dohme Corporation (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>MSD<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Comptroller General of Patents, Designs and Trademarks (kontrollur ġenerali tal-privattivi, disinni u trade marks, ir-Renju Unit) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) fir-rigward taċ-ċaħda minn dan tal-aħħar ta’ applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari sottomessa minn MSD, minħabba li din ma kinitx tissodisfa, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq fir-Renju Unit għal prodott mediċinali bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Atozet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, ir-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS, liema irregolarità l-Kontrollur qies li ma setgħetx tiġi rrimedjata taħt l-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/83</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 3 u 6 tad-Direttiva 2001/83 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(2)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni tar-regoli kollha dwar il-produzzjoni, distribuzzjoni u użu ta’ prodotti mediċinali għandu jkun il-protezzjoni tas-saħħa pubblika.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-għan għandu jinkiseb b’mezzi li ma jtellfux l-iżvilupp ta’ l-industrija farmaċewtika jew il-kummerċ fi prodotti mediċinali fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet li jibqgħu, għandhom ikunu stabbiliti regoli dwar il-kontroll ta’ prodotti mediċinali u d-dmirijiet li jaqgħu fuq l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu speċifikati sabiex tkun żgurata il-konformit mal-ħtiġiet tal-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[l]-ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru jekk ma tkunx inħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond din id-Direttiva […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jassiguraw li l-proċedura ta’ l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-marketing għal prodotti mediċinali titlesta f’massimu ta’ 210 jum wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni valida.</ALINEA><ALINEA>L-applikazzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f’żewġ Stati Membri jew aktar fir-rigward ta’ l-istess prodott mediċinali għandhom jintbagħtu skond l-Artikoli 28 sa 39.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 ta’ din l-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bil-ħsieb ta’ l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-marketing għal prodott mediċinali f’aktar minn Stat Membru wieħed, applikant għandu jissottometti applikazzjoni bażata fuq inkartament identiku f’dawn l-Istati Membri. L-inkartament għandu jkun fih l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikoli 8, 10, 10a, 10b, 10c u 11. Id-dokumenti għandhom jinkludu lista ta’ l-Istati Membri konċernati bl-applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>L-applikant għandu jitlob lil Stat Membru wieħed biex jaġixxi bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Stat Membru ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> u biex iħejji rapport ta’ stima dwar il-prodott mediċinali skond il-paragrafi 2 jew 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-prodott mediċinali jkun diġà rċieva awtorizzazzjoni għall-marketing fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni, l-Istati Membri konċernati għandhom jirrikonoxxu l-awtorizzazzjoni għall-marketing mogħtija mill-Istat Membru ta’ referenza. Għal dan il-għan, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-marketing għandu jitlob lill-Istat Membru ta’ referenza jew biex iħejji rapport ta’ stima dwar il-prodott mediċinali jew, jekk meħtieġ, li jaġġorna xi rapport ta’ stima eżistenti. L-Istat Membru ta’ referenza għandu jħejji jew jaġġorna ir-rapport ta’ stima fi żmien 90 jum minn meta jirċievi applikazzjoni valida. Ir-rapport ta’ stima flimkien mas-sommoarju approvat tal-karatteristiċi tal-prodott, l-ittikkettjar u l-fuljett tal-pakkett għandhom jintbagħtu lill-Istat Membru konċernat u lill-applikant.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każi fejn il-prodott mediċinali ma jkunx irċieva awtorizzazzjoni għall-marketing fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni, l-applikant għandu jitlob lill-Istat Membru ta’ referenza biex iħejji abbozz tar-rapport ta’ stima, abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u abbozz tat-tikkettjar u tal-fuljett tal-pakkett. L-Istat Membru ta’ referenza għandu jħejji dawn l-abbozzi tad-dokumenti fi żmien 120 jum minn mindu jirċievi applikazzjoni valida u għandu jibgħathom lill-Istati Membri konċernati u lill-applikant.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien 90 jum minn mindu jirċievu d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri konċernati għandhom japprovaw ir-rapport ta’ stima, is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u tat-tikkettjar u tal-fuljett tal-pakkett u għandhom hekk jinformaw lill-Istat Membru ta’ referenza. L-Istat Membru ta’ referenza għandu jirrekordja l-qbil tal-partijiet kollha, jagħlaq il-proċedura u hekk jinforma lill-applikant.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru li fih tkun intbagħtet applikazzjoni skond il-paragrafu 1 għandu jadotta deċiżjoni b’konformità mar-rapport approvat ta’ stima, mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u tat-tikkettjar u tal-fuljett tal-pakkett l kif approvat, fi żmien 30 jum wara l-konferma tal-ftehim.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2001/83 jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Jekk, fi żmien il-perjodu stipulat fl-Artikolu 28(4), Stat Membru ma jkunx jista’ japprova rapport ta’ stima, is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, tat-tikkettjar u tal-fuljett tal-pakkett fuq il-bażi ta’ riskju potenzali serju għas-saħħa pubblika, huwa għandu jagħti esposizzjoni dettaljata tar-raġunijiet għall-pożizzjoni tiegħu lill-Istat Membru ta’ referenza, lill-Istati Membri l-oħra konċernati u lill-applikant. Il-punti tan-nuqqas ta’ qbil għandhom minnufih jiġu riferiti lill-grupp ta’ kordinazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ĊPS</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 5, 8 u 10 tar-Regolament ĊPS huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(4)</NO.P><TXT>Bħalissa t-tul taż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal privattiva għal prodott mediċinali ġdid u l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq jagħmel il-perjodu ta’ protezzjoni effettiv taħt il-privattiva insuffiċjenti biex ikopri l-investiment li jkun sar fir-riċerka.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni toħloq nuqqas ta’ protezzjoni li tippenalizza r-riċerka farmaċewtika.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi previst ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari li jingħata, taħt l-istess kondizzjonijiet, minn kull Stat Membru fuq talba tad-detentur ta’ privattiva Ewropea li tirrigwarda prodott mediċinali li għalih tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Regolament huwa għalhekk l-istrument legali l-aktar xieraq.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur kumplikat u sensittiv daqs dak tal-farmaċewtiċi għandhom madanakollu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Għal dan il-għan, iċ-ċertifikat ma jistax jingħata għal perjodu ta’ iktar minn ħames snin. Il-protezzjoni mogħtija għandha wkoll tkun strettament limitata għall-prodott li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi preżentata għal trattament jew prevenzjoni ta’ mard fil-bnedmin […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali;;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> tfisser privattiva li tipproteġi prodott, bħala tali, proċess sabiex jinkiseb prodott jew applikazzjoni ta’ prodott, u li hija nominata mid-detentur tagħha għall-iskop tal-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kondizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Ċertifikat għandu jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 u fid-data ta’ dik l-applikazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun ingħatat awtorizzazzjoni valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali konformement mad-Direttiva [2001/83] […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prodott ma kienx diġà suġġett ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni msemmija f’punt (b) tkun l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament ĊPS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Applikazzjoni għal ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għal ċertifikat għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mid-data ta’ meta l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3 sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali tkun ingħatat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għal proroga tista’ ssir meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal ċertifikat jew meta l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tkun pendenti u r-rekwiżiti xierqa tal-punt (d) tal-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 8(2), rispettivament, ikunu sodisfatti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għal proroga ta’ ċertifikat li diġà ngħata għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn sentejn qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 4, matul l-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 [tar-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="378" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 378, p. 1</REF.DOC.OJ>)], kull talba għal tiġdid ta’ ċertifikazzjoni diġà maħruġa trid titressaq mhux aktar tard minn sitt xhur qabel ma tagħlaq din iċ-ċertifikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Applikazzjoni għal ċertifikat għandu jkun fiha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>talba għall-għoti ta’ ċertifikat, fejn għandu jkun hemm dikjarat, b’mod partikolari:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>iv)</NO.P><TXT>in-numru u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3 u, jekk din l-awtorizzazzjoni ma tkunx l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqiegħid fis-suq tal-prodott fil-Komunità, in-numru u d-data ta’ dik l-awtorizzazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kopja tal-awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3, fejn il-prodott ikun identifikat, u fejn ikunu jinsabu b’mod partikolari in-numru u d-data tal-awtorizzazzjoni u s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott elenkati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva [2001/83] […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jekk l-awtorizzazzjoni msemmija f’punt (b) ma tkunx l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott bħala prodott mediċinali fil-Komunità, informazzjoni li tirrigwarda l-identità tal-prodott hekk awtorizzat u d-dispożizzjonijiet legali li taħthom tkun seħħet il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, flimkien ma’ kopja tan-notifika li tippubblika l-awtorizzazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali xierqa.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-applikazzjoni għal ċertifikat għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju għall-proprjetà industrijali kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-privattiva bażika jew f’isem min tkun ingħatat u fejn l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3 sabiex prodott jitqiegħed fis-suq tkun inkisbet, sakemm l-Istat Membru ma jkunx innomina awtorità oħra għal dan il-għan.</ALINEA><ALINEA>L-applikazzjoni għal proroga ta’ ċertifikat għandha tkun preżentata mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikat jekk l-applikazzjoni jew il-prodott relattiv ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-applikazzjoni għal ċertifikat ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha tistaqsi lill-applikant biex jirrettifika l-irregolarità, jew li jeffettwa l-ħlas, fi żmien definit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-irregolarità ma tiġix irrettifikata jew il-ħlas ma jsirx taħt il-paragrafu 3 fiż-żmien definit, l-awtorità għandha tiċħad l-applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament ĊPS, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Żmien ta’ validità taċ-ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Iċ-ċertifikat jidħol fis-seħħ fit-tmiem tat-terminu leġittimu tal-privattiva bażika għal perjodu li jkun twil daqs il-perjodu li jkun għadda mid-data ta’ meta l-applikazzjoni għal privattiva bażika tkun ġiet ippreżentata sad-data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità imnaqqas b’perjodu ta’ ħames snin.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-Renju Unit, il-Human Medicines Regulations 2012 (regolamenti tal-2012 dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem), li ttrasponew id-Direttiva 2001/83, jirregolaw l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq mill-Medicines and Healthcare Products Regulatory Agency (aġenzija ta’ regolamentazzjoni tal-prodotti mediċinali u tal-prodotti tas-saħħa, ir-Renju Unit).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>MSD, kumpannija kkostitwita skont id-dritt tal-Istat ta’ New Jersey (l-Istati Uniti), tagħmel parti minn grupp ta’ kumpanniji farmaċewtiċi li l-kumpannija umbrella tagħhom hija Merck &amp; Co. Incorporated.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din l-aħħar kumpannija kienet proprjetarja tal-privattiva Ewropea (UK) Nru EP 0 <FT TYPE="NUMBER">720599</FT>, li għaliha kienet intbagħtet talba fl-<DATE ISO="19940914">14 ta’ Settembru 1994</DATE>, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ prijorità mill-<DATE ISO="19930921">21 ta’ Settembru 1993</DATE>, u li kienet ingħatat fid-<DATE ISO="19990519">19 ta’ Mejju 1999</DATE>. Din il-privattiva kienet tkopri l-prinċipju attiv, l-ezetimibe, kif ukoll kombinazzjonijiet tiegħu ma’ prinċipji attivi oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Settembru 2006, MSD bdiet tiżviluppa kombinazzjoni ta’ prodotti mediċinali fissa ta’ żewġ prinċipji attivi, taħt il-forma ta’ pilloli. Ġaladarba ffaċċjat diffikultajiet biex telabora formola sodisfaċenti, ix-xogħlijiet tagħha tkomplew sal-2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’Settembru 2013, MSD issottomettiet, f’numru ta’ Stati Membri, skont il-proċedura ddeċentralizzata prevista fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83, applikazzjonijiet ibbażati fuq fajl identiku bil-għan li tingħata awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, fejn stiednet lir-Repubblika Federali tal-Ġermaja taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala Stat Membru ta’ referenza għall-prodott mediċinali Atozet, prodott għall-adulti u intiż għat-tnaqqis tar-rata ta’ kolesterol totali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-validità ta’ dawn it-talbiet ġiet irrikonoxxuta biss sa mit-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, jiġifieri 209 ġurnata wara s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet validi ta’ ATS u, għalhekk, fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2001/83, il-Bundesinstitut für Arzneimittel und Medizinprodukte (Istitut Federali tal-mediċini u tal-prodotti mediċinali, il-Ġermanja) ħareġ avviż ta’ tmiem tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 28(4) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>, l-ewwel ATS tal-Atozet fl-Unjoni Ewropea, għall-Atozet, ingħatat mill-awtorità nazzjonali kompetenti Franċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-istess data, MSD issottomettiet applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) lill-United Kingdom Intellectual Property Office (Uffiċċju tal-proprjetà intellettwali tar-Renju Unit, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>UKIPO<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) fuq il-bażi tal-privattiva msemmija fil-punt 18 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din l-applikazzjoni kienet tirrigwarda żewġ prinċipji attivi li jikkomponu l-Atozet, jiġifieri l-ezetimibe u l-atorvstatin, jew l-imluħ ammissibbli tagħhom mill-aspett farmaċewtiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni għal ĊPS fir-Renju Unit, MSD ikkomunikat l-avviż ta’ għeluq tal-proċedura, fl‑<DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, maħruġa mill-Istitut Federali tal-mediċini u tal-prodotti mediċinali. Fl-ittra ta’ akkumpanjament ta’ din l-applikazzjoni, MSD sostniet li l-imsemmi avviż kien jipprovdi l-kunsens tal-Istati Membri kollha kkonċernati, inkluż dak tar-Renju Unit, għall-għoti ta’ ATS għall-Atozet, u talbet l-awtorizzazzjoni sabiex tikkompleta l-imsemmija applikazzjoni għal ĊPS ladarba l-ATS tingħata fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140913">13 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-privattiva miksuba minn MSD, imsemmija fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, skadiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, l-eżaminatur tal-UKIPO ħareġ oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal ĊPS fir-Renju Unit, minħabba, b’mod partikolari, li din l-applikazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet magħmula fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS, billi MSD ma kinitx fil-pussess ta’ ATS valida fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141010">10 ta’ Ottubru 2014</DATE>, l-Aġenzija ta’ regolamentazzjoni tal-mediċini u tal-prodotti tas-saħħa tat lis-sussidjarja Britannika ta’ MSD, Merck Sharp &amp; Dohme Ltd., ATS tal-Atozet fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20141117">17 ta’ Novembru 2014</DATE>, MSD bagħtet ittra lill-UKIPO, li fiha hija annettiet kopja tal-ATS mogħtija fir-Renju Unit kif ukoll dik mogħtija fi Franza fit-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>. F’din l-ittra, hija kienet talbet li dawn id-dokumenti jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jirrimedjaw l-irregolaritajiet li jistgħu jivvizjaw l-applikazzjoni għal ĊPS fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Din l-aħħar applikazzjoni ġiet miċħuda mill-eżaminatur tal-UKIPO minħabba li l-assenza ta’ għoti ta’ ATS ma kinitx tikkostitwixxi irregolarità li setgħet tiġi rrimedjata, fis-sens tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS. Wara smigħ li seħħ fit-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-pożizzjoni tal-imsemmi eżaminatur ġiet ikkonfermata, f’isem il-Kontrollur, mill-uffiċjal tas-seduta tal-UKIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>MSD ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kontrollur quddiem il-qorti tar-rinviju, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division, Patents Court [qorti tal-ġustizzja ogħla (L-Ingilterra u Wales), diviżjoni taċ-Chancery, awla tal-privattivi, ir-Renju Unit].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, id-deċiżjoni tal-Kontrollur hija fondata. Fil-fatt hija tqis li l-għoti ta’ ATS wara l-ħruġ ta’ avviż ta’ tmiem tal-proċedura ma jikkostitwixxix sempliċi formalità amministrattiva. B’hekk, l-imsemmi avviż ma hijiex ekwivalenti għal ATS għall-finijiet tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li ma kienx hemm rimedju, konformement mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS, għall-irregolarità li tivviżja l-applikazzjoni għal ĊPS sottomessa minn MSD fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tosserva, madankollu, li l-applikazzjonijiet għal ĊPS sottomessi minn MSD fil-Portugall u fl-Isvezja ġew irrifjutati għall-istess raġuni bħal dik li fuqha kienet ibbażata ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal ĊPS fir-Renju Unit. Min-naħa l-oħra, tali applikazzjonijiet intlaqgħu fid-Danimarka, fil-Greċja, fl-Italja u fil-Lussemburgu. Fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-uniku motiv ta’ rifjut invokat kien in-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 3(c) tar-Regolament ĊPS, li jirrikjedi li, fid-data tal-applikazzjoni għal ĊPS, il-prodott ma jkunx diġà ġie ssuġġettat għal tali ċertifikat fl-Istat Membru li fih din l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division, Patents Court [qorti tal-ġustizzja ogħla (L-Ingilterra u Wales), diviżjoni taċ-Chancery, awla tal-privattivi] iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1)</NO.P><TXT>Avviż ta’ tmiem tal-proċedura maħruġ mill-Istat Membru ta’ riferiment skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva [2001/83], qabel l-iskadenza tal-privattiva bażika, għandu jitqies bħala ekwivalenti għal [ATS] għall-finijiet tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament [ĊPS], b’tali mod li persuna li tressaq applikazzjoni għal ĊPS fl-Istat Membru inkwistjoni hija intitolata li tapplika u li tingħata ĊPS abbażi tal-avviż ta’ tmiem tal-proċedura?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk it-tweġiba għad-domanda (1) hija le; fl-istess ċirkustanzi tad-domanda 1, l-assenza ta’ [ATS] mogħtija fl-Istat Membru inkwistjoni fid-data tal-applikazzjoni għal ĊPS f’dak l-Istat Membru tikkostitwixxi irregolarità li tista’ tiġi rrimedjata skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS ladarba tkun ingħatat l-[ATS]?</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS għandux jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi ekwiparat għal ATS fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni avviż ta’ tmiem tal-proċedura maħruġ mill-Istat Membru ta’ referenza, konformement mal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83, qabel l-iskadenza tal-privattiva bażika msemmija fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament ĊPS, b’tali mod li ĊPS jista’ jinkiseb fuq il-bażi ta’ tali avviż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Qabel kollox jeħtieġ li jiġi osservat li l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS jirrikjedi, għall-finijiet tal-ħruġ ta’ ĊPS għal prodott, bħala prodott mediċinali, l-eżistenza ta’ ATS li jkun validu, miksub konformement mad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, skont is-sens komuni tal-kelma, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ingħatat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li jinsab f’dan l-artikolu, jista’ jirreferi biss għal azzjoni li diġà tkun seħħet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kuntest li fih tidħol din id-dispożizzjoni, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur ħoloq rabta bejn ir-Regolament ĊPS u d-Direttiva 2001/83, billi assoċja l-ħruġ ta’ ĊPS ma’ dik ta’ ATS taħt din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, fis-sens tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>awtorizzazzjoni valida<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għandha tieħu l-forma ta’ dokument li jissodisfa r-rekwiżiti magħmula mid-Direttiva 2001/83, fil-kuntest tal-proċedura ddeċentralizzata, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u applikabbli meta l-prodott mediċinali kkonċernat ma jkunx għadu ġie ssuġġettat għal ATS fi Stat Membru, bħalma kien il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-proċedura ddeċentralizzata, prevista fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83, tinkludi numru ta’ stadji u tibda bis-sottomissjoni, mill-applikant, ta’ applikazzjoni għal ATS fl-Istati Membri kollha kkonċernati u bit-talba, indirizzata lil Stat Membru, biex dan jaġixxi bħala Stat Membru ta’ referenza. Il-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu jipprevedi li l-Istat Membru ta’ referenza jikkonstata l-kunsens tal-partijiet kollha, jagħlaq il-proċedura u jinforma lill-applikant dwar dan. Skont il-paragrafu 5 tal-imsemmi artikolu, deċiżjoni ATS għandha tiġi adottata għal kull Stat Membru, konformement mar-rapport ta’ evalwazzjoni u d-dokumenti relatati, f’terminu ta’ 30 ġurnata mill-konstatazzjoni tal-kunsens tal-partijiet kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-adozzjoni tal-avviż ta’ għeluq tal-proċedura, fil-kuntest tal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83, tippreżenta stadju intermedjarju fil-proċedura ddeċentralizzata u li dan l-avviż huwa nieqes mill-effetti legali li minnhom tibbenefika ATS <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>valida<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, ġaladarba dan l-avviż ma jawtorizzax lill-applikant iqiegħed il-prodott mediċinali f’suq speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, MSD invokat il-fatt li ċerti funzjonijiet ta’ ATS – b’mod partikolari l-garanzija tas-sigurtà tal-prodott, l-identifikazzjoni tal-prodott li huwa s-suġġett taċ-ĊPS u l-kalkolu tat-tul taċ-ĊPS – jistgħu jiġu sodisfatti permezz tal-avviż ta’ għeluq il-proċedura, hija madankollu aċċettat li tali avviż ma jippermettix, inkwantu wara kollox din hija karatteristika ta’ ATS, it-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ kisba ta’ ATS għal prodott mediċinali, prodott li jkun kiseb privattiva ma jistax jagħti lok għall-għoti ta’ ĊPS (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150115">15 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Forsgren</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑631/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:13">EU:C:2015:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS għandu jiġi interpretat fis-sens li avviż ta’ għeluq tal-proċedura maħruġ konformement mal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83, mill-Istat Membru ta’ referenza, qabel l-iskadenza tal-privattiva bażika msemmija fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament ĊPS, ma jistax jiġi ekwiparat għal ATS, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, b’tali mod li ĊPS ma jistax jinkiseb fuq il-bażi ta’ tali avviż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS għandux jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ ħruġ ta’ ATS, mill-Istat Membru kkonċernat, fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal ĊPS f’dan l-Istat Membru jikkostitwixxix irregolarità li tista’ tiġi rrettifikata fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ĊPS, li jelenka l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/> [k]ondizzjonijiet għall-kisba<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> taċ-ĊPS, dan jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tiġi sottomessa l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, u fid-data ta’ din l-applikazzjoni, il-prodott, inkwantu prodott mediċinali, ikun kiseb ATS validu konformement mad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari mill-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tkun ingħatat awtorizzazzjoni valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jirriżulta li l-kisba ta’ ATS fl-Istat Membru kkonċernat hija kundizzjoni marbuta mal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>B’hekk, konformement mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament ĊPS, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament tiċħad l-applikazzjoni għal ĊPS jekk din l-applikazzjoni jew il-prodott li jkun is-suġġett tagħha ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS, dan jipprevedi li, jekk l-applikazzjoni għal ĊPS ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament għandha tistieden lill-applikant jirrettifika l-irregolaritajiet ikkonstatati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>B’hekk, mill-kliem innifsu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS, b’mod partikolari mill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[j]ekk l-applikazzjoni għal [ĊPS] ma tissodisfax il-kondizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, jirriżulta li hija biss irregolarità li taffettwa l-applikazzjoni għal ĊPS li tista’ tiġi rrettifikata taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-assenza ta’ ATS ma tikkostitwixxix irregolarità li tista’ tiġi rrettifikata <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> mill-applikant taħt l-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS, ġaladarba hija tikkostitwixxi irregolarità marbuta mal-prodott, inkwantu prodott mediċinali, u mhux irregolarità marbuta mal-applikazzjoni għal ĊPS. Barra minn hekk, fir-rigward tal-ATS, il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament ĊPS li għalihom jirreferi l-Artikolu 10(3) tiegħu ma jirrigwardawx l-eżistenza nnifisha tal-ATS, li hija rikjesta skont l-Artikolu 3(b) tal-imsemmi regolament, iżda jirrigwardaw biss informazzjoni u dokumenti differenti li għandhom jiġu prodotti sabiex tiġi pprovata l-eżistenza u sabiex tiġi identifikata l-imsemmija ATS fl-okkażjoni tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal ĊPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(3)) tar-Regolament ĊPS għandu jiġi interpretat fis-s-sens li l-assenza ta’ ħruġ ta’ ATS, mill-Istat Membru kkonċernat, fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal ĊPS f’dan l-Istat Membru ma tikkostitwixxix irregolarità li tista’ tiġi rrimedjata taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li avviż ta’ għeluq tal-proċedura maħruġ konformement mal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata, fir-rigward tal-farmakoviġilanza, bid-Direttiva 2010/84/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE>, mill-Istat Membru ta’ referenza, qabel l-iskadenza tal-privattiva bażika msemmija fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament Nru 469/2009, ma jistax jiġi ekwiparat għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, b’tali mod li ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari ma jistax jinkiseb fuq il-bażi ta’ tali avviż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, mill-Istat Membru kkonċernat, fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari f’dan l-Istat Membru ma tikkostitwixxix irregolarità li tista’ tiġi rrimedjata taħt din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>