<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-636/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0636</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:949">EU:C:2017:949</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20171207">7.12.2017</DATE> – Kawża C‑-636/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">López Pastuzano</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Fil-punt 29, fil-kliem gwida u fil-dispożittiv ta’ dan it-test saru modifiki ta’ natura lingwistika, wara li kien tqiegħed online għall-ewwel darba. </P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għat-tul</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/109/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Teħid ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija kontra residenti għat-tul</KEYWORD><KEYWORD>Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-636/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 1 de Pamplona (il-Qorti Amministrattiva Nru 1 ta’ Pamplona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20161202">2 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20161209">9 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wilber López Pastuzano</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Delegación del Gobierno en Navarra</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn J. Malenovský, President tal-Awla, M. Safjan u M. Vilaras (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Wilber López Pastuzano, minn E. Santos Huamán u J. L. Rodríguez Candela, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u S. Pardo Quintillán, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Wilber López Pastuzano u d-Delegación del Gobierno en Navarra (Delegazzjoni tal-Gvern ta’ Navarra, Spanja) dwar deċiżjoni adottata minn din tal-aħħar, fid-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li ordnat it-tneħħija ta’ W. López Pastuzano mit-territorju Spanjol (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 16 tad-Direttiva 2003/109:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ir-residenti f’poerjodu twil ta’ żmien jistgħu igawdu minn protezzjoni rinfurzata kontra t-tkeċċija. Din il-protezzjoni hija bbażata fuq il-kriterji stabbiliti bid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni kontra t-tkeċċija l-Istati membri għandhom jipprovdu għal rimedju effettiv legali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) u (3) tad-Direttiva 2003/109 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni li jkeċċu residenti għat-tul unikament fejn hu/i jikkostitwixxi theddiha attwali u suffiċjentement serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet ekonomiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma tittieħed deċiżjoni biex jitkeċċa residenti għat-tul, l-Istati membri għandhom jagħtu kont tal-fatturi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-tul tar-residenza fit-territorju tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-età tal-persuna konċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-konsegwenzi għall-persuna konċernata u l-membri tal-familja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ir-rabtiet mal-pajjiż tar-residenza jew in-nuqqas ta’ rabtiet mal-pajjiż ta’ oriġini.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Ley Orgánica 4/2000 sobre derechos y libertades de los extranjeros en España y su integración social (Liġi Qafas 4/2000 dwar id-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Barranin fi Spanja u l-Integrazzjoni Tagħhom Soċjali), tal-<DATE ISO="20000111">11 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 10, tat-<DATE ISO="20000112">12 ta’ Jannar 2000</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Liġi Qafas 4/2000<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), tirregola, fit-Titolu III tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>il-ksur li jaqa’ fid-dritt tal-barranin u r-reġim tagħhom ta’ sanzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 57, li jinsab taħt dan it-Titolu III, huwa fformulat hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="057.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta dawk li jwettqu l-ksur huma barranin u l-aġir inkwistjoni jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>serju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>, skont l-Artikolu 53(1)(a) (b), (c), (d) u (f) ta’ din il-Liġi Qafas, il-multa tista’ tiġi sostiwita bit-tneħħija mit-territorju Spanjol, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proprzjonalità, fi tmiem il-proċedura amministrattiva korrispondenti u permezz ta’ deċiżjoni motivata li tevalwa l-fatti li jikkostitwixxu l-ksur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="057.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bl-istess mod, kawża oħra ta’ tneħħija, wara l-proċedura amministrattiva korrispondenti, hija kkostitwita mill-fatt li l-barrani ġie kkundannat, fi Spanja jew post ieħor, minħabba aġir intenzjonali li f’pajjiżna jikkostitwixxi reat li jinvolvi piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn sena, ħlief jekk il-preċedenti penali jkunu ġew imħassra miċ-ċertifikat tal-kondottta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="057.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sanzjonijiet ta’ tneħħija u ta’ multa ma jistgħu fl-ebda każ jiġu imposti flimkien.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="057.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>It-tneħħija fi kwalunkwe każ twassal għat-tmiem ta’ kwalunkwe permess ta’ residenza legali fi Spanja, kif ukoll għall-arkivjazzjoni ta’ kwalunkwe proċedura li tirriżulta fil-ħruġ ta’ permess ta’ residenza jew xogħol fi Spanja tal-barrani mneħħi. Madankollu, id-deċiżjoni ta’ tneħħija tista’ tiġi rrevokata f’każijiet stabbiliti b’regolament.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="057.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ħlief f’każijiet fejn il-ksur ta’ liġi mwettaq huwa dak previst fl-Artikolu 54(1)(a) jew jekk jinvolvi, fuq perijodu ta’ sena, ir-reċidività ta’ ksur ta’ liġi tal-istess natura punibbli bit-tneħħija, is-sanzjoni tat-tneħħija ma tistax tiġi imposta fuq il-barranin li jinsabu fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Residenti għat-tul. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li tkeċċi resident għat-tul, għandu jittieħed kont tat-tul tas-soġġorn tiegħu fi Spanja u l-konnessjonijiet stabbiliti [ma’ Spanja], tal-età tiegħu, tal-konsegwenzi għall-persuna kkonċernata u għall-membri tal-familja tiegħu, u tar-rabtiet mal-pajjiż fejn ser jintbagħat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, fit-<DATE ISO="20131013">13 ta’ Ottubru 2013</DATE>, W. López Pastuzano, ċittadin Kolombjan, kiseb permess ta’ residenza għat-tul fi Spanja. Fid-<DATE ISO="20140429">29 ta’ April 2014</DATE>, ġie kkundannat għal żewġ sentenzi ta’ priġunerija, rispettivament, ta’ tnax-il xahar u ta’ tliet xhur. Fis-<DATE ISO="20150127">27 ta’ Jannar 2015</DATE>, ġie inkarċernat fiċ-Centro Penitenciario Pamplona I (ħabs ta’ Pamplona I, Spanja). Sussegwentement, bdew proċeduri amministrattivi ta’ tneħħija kontrih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara li saru l-proċeduri amministrattivi ta’ tneħħija, id-delegazzjoni tal-Gvern ta’ Navarra adottat id-deċiżjoni tagħha tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>. Din kien fiha projbizzjoni ta’ dħul fi Spanja għal ħames snin u l-irtirar ta’ permess ta’ residenza għat-tul. Hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-motiv ta’ tneħħija msemmi fl-Artikolu 57(2) tal-Liġi Qafas Nru 4/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150928">28 ta’ Settembru 2015</DATE>, W. López Pastuzano ppreżenta rikors kontenzjuż kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Pamplona (il-Qorti Amministrattiva Nru 1 ta’ Pamplona, Spanja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, fl-ordinament ġuridiku Spanjol, hemm żewġ modalitajiet differenti ta’ tneħħija amministrattiva ta’ ċittadin barrani, jiġifieri minn naħa, it-tneħħija bħala sanzjoni imposta fuq l-awtur ta’ diversi ksur ta’ liġi amministrattiv, imsemmi fl-Artikolu 57(1) tal-Liġi Qafas 4/2000 u, min-naħa l-oħra, it-tneħħija bħala konsegwenza legali li tirriżulta mill-kundanna għal piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn sena għal nuqqas intenzjonali, skont l-Artikolu 57(2) ta’ din il-liġi qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 57(5) tal-Liġi Qafas 4/2000 jittrasponi fid-dritt Spanjol l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/109 u jistabbilixxi l-obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni, qabel it-teħid ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija ta’ resident għat-tul, taċ-ċirkustanzi personali ta’ dan ir-resident, jiġifieri t-tul tas-soġġorn tiegħu fi Spanja u r-rabtiet li bena ma’ dan l-Istat Membru, l-età tiegħu, il-konsegwenzi għall-persuna kkonċernata u għall-membri tal-familja tiegħu, kif ukoll ir-rabtiet mal-pajjiż fejn ser jitneħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sanzjoni ta’ tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, użat fl-Artikolu 57(5) tal-Liġi Organika 4/2000, kien interpretat mill-ġurisprudenza maġoritarja tat-Tribunales Superiores de Justicia (il-Qrati Superjuri tal-Ġustizzja, Spanja) bħala li japplika biss għad-deċiżjonijiet ta’ tneħħija meħuda bħala sanzjoni għal ċerti ksur ta’ liġi amministrattiv u mhux għad-deċiżjonijiet adottati kontra resident għat-tul ikkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li W. López Pastuzano kien ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn sena, id-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE> tenfasizza li, f’każ bħal dan, it-tenħħija ma tikkostitwixxix sanzjoni għat-twettiq ta’ ksur ta’ liġi amministrattiv, għalkemm l-Artikolu 57(5) tal-Liġi Organika 4/2000 ma japplikax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, għaldaqstant, sabiex taqta’ l-kawża li tressqet quddiemha, hija għandha tkun taf il-portata tal-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ residenti għat-tul, prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/109. B’mod iktar partikolari, hija għandha tkun taf jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>deċiżjoni ta’ tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu, għandux jinftiehem li jkopri kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva ta’ tneħħija, tkun xi tkun in-natura tagħha u l-modalitajiet ġuridiċi għat-teħid tagħha u jekk dan l-artikolu huwiex kompatibbli ma’ dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 57(5) tal-Liġi Organika 4/2000, li tillimita l-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ residenti għat-tul għal tip partikolari ta’ deċiżjoni amministrattiva tat-tneħħija, bl-esklużjoni ta’ oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Kien f’dan il-kuntest li l-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Pamplona (il-Qorti Amministrattiva Nru 1 ta’ Pamplona) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/109/KE (1), tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u l-ġurisprudenza li tinterpretaha, li ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra tkeċċija ta’ ċittadin [ta’ Stat] barrani residenti għat-tul fir-rigward ta’ kull deċiżjoni amministrattiva ta’ tkeċċija, irrispettivament min-natura jew mill-forma legali tagħha, iżda li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti biss għal forma speċifika ta’ tkeċċija?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Spanjol sostna li l-ġurisprudenza nazzjonali, imsemmija mill-qorti tar-rinviju, hija minoritarja u li l-maġġoranza tat-Tribunales Superiores de Justicia (il-Qrati Superjuri tal-Ġustizzja) jikkunsidraw li l-miżura ta’<?PAGE NO="5"?> tneħħija prevista fl-Artikolu 57(2) tal-Liġi Qafas 4/2000, ma tistax, taħt l-ebda ċirkustanza, tiġi imposta awtomatikament fuq iċ-ċittadini barranin li għandhom permess ta’ residenza għat-tul, iżda huwa meħtieġ, qabel it-teħid tagħha, li tevalwa l-kriterji previsti fil-paragrafu 5(b) ta’ dan l-artikolu. Dan il-gvern żied li minn żewġ sentenzi reċenti tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali) jirriżulta li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, rikjesta mill-Kostituzzjoni Spanjola, timponi t-teħid inkunsiderazzjoni, qabel it-teħid ta’ miżura ta’ tneħħija fir-rigward ta’ ċittadin barrani li huwa resident għat-tul, tas-sitwazzjoni personali u tal-familja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gvern Spanjol iqis li, fil-fatt, id-domanda magħmula mill-qorti nazzjonali tirrigwarda l-interpretazzjoni mhux tad-dritt tal-Unjoni, iżda tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, madankollu, għandu jiġi kkonstatat li d-domanda preliminari, kif ifformulata mill-qorti tar-rinviju, ma tikkonċernax l-interpretazzjoni tad-dritt Spanjol, li għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni, iżda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li taqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar talba mressqa minn qorti nazzjonali biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Commune de Mesquer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:359">EU:C:2008:359</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Verder LabTec</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑657/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:331">EU:C:2015:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-ispjegazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta minn naħa li, meta ħadet id-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-awtorità nazzjonali kompetenti bbażat ruħha fuq interpretazzjoni tal-Artikolu 57(5) tal-Liġi Organika 4/2000, li tgħid li din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli f’każ bħal dak ta’ W. López Pastuzano u, min-naħa l-oħra, li din l-interpretazzjoni hija dik adottata mill-inqas minn uħud mill-qrati kompetenti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma għadha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, jew li l-problema hija ta’ natura ipotetika. Għaldaqstant, l-ewwel domanda preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/109/KE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u l-ġurisprudenza li tinterpretaha, li ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz residenti għat-tul fir-rigward ta’ kull deċiżjoni amministrattiva ta’ tneħħija, irrispettivament min-natura jew mill-modalitajiet ġuridiċi ta’ din il-miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan prinċipali tad-Direttiva 2003/109 huwa l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul fl-Istati Membri (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CGIL u INCA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-309/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:523">EU:C:2015:523</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, kif iddikjarat fil-premessa tal-imsemmija direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li r-residenti għat-tul għandhom igawdu protezzjoni msaħħa kontra t-tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>B’hekk, skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/109, l-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni li jneħħu resident għat-tul biss fejn huwa ta’ theddida attwali u suffiċjentement serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 12(3) ta’ din id-direttiva jiddikjara li, qabel ma jieħdu deċiżjoni ta’ tneħħija kontra ċittadin ta’ Stat terz, li huwa resident għat-tul, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tul tar-residenza fit-territorju tagħhom, l-età tal-persuna kkonċernata, il-konsegwenzi għaliha u għall-membri tal-familja tagħhom kif ukoll ir-rabtiet mal-pajjiż ta’ residenza jew l-assenza ta’ rabtiet mal-pajjiż ta’ oriġini. Għaldaqstant huwa irrilevanti jekk tali miżura ġietx ippronunzjata bħala sanzjoni amministrattiva jew jekk hija l-konsegwenza ta’ kundanna kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ziebell</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-371/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:809">EU:C:2011:809</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li t-teħid ta’ tali miżura ma jistax jiġi ordnat awtomatikament wara kundanna kriminali, iżda jeħtieġ evalwazzjoni każ każ li għandha, b’mod partikolari, tirrigwarda l-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, deċiżjoni ta’ tneħħija ma tistax tittieħed kontra ċittadin ta’ Stat terz, li huwa resident għat-tul, għall-motiv biss li ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ iktar minn sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/109/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif interpretata minn parti mill-qrati ta’ dan l-Istat, ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz residenti għat-tul fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha ta’ tneħħija, irrispettivament min-natura jew mill-modalitajiet ġuridiċi ta’ din il-miżura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif interpretata minn parti mill-qrati ta’ dan l-Istat, ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz residenti għat-tul fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha ta’ tneħħija, irrispettivament min-natura jew mill-modalitajiet ġuridiċi ta’ din il-miżura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>