<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑163/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0163</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:441">EU:C:2015:441</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C‑163/14</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IL-BELĠJU</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑163/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[rikors għal konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni kontra r-Renju tal-Belġju]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Protokoll (Nru 7) dwar il‑privileġġi u l‑immunitajiet tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Immunità fiskali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kontribuzzjonijiet reġjonali fuq il-gass u l-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ ħlasijiet biss għal servizzi ta’ utilità pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ taxxi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ taxxi indiretti</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi ta’ servizz pubbliku</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Kummissjoni Ewropea ressqet quddiem il-Qorti tal‑Ġustizzja, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE, rikors intiż sabiex jikkonstata li, billi rrifjuta li jeżenta lill-istituzzjonijiet u lill‑korpi tal-Unjoni stabbiliti fi Brussell mill-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet relatati mal-finanzjament tal-missjonijiet li r-Renju tal-Belġju jikklassifika bħala missjonijiet ta’ servizz pubbliku fil-qasam tal‑provvista tal-elettriku u tal-gass, dan naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il‑privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Protokoll<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 343 TFUE, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[l]-Unjoni għandha tgawdi fit-territorji ta’ l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li jkunu meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tagħha<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, il‑Protokoll jipprovdi li l-Unjoni tibbenefika minn immunità fiskali. Dan huwa spjegat mill-attività ta’ servizz pubbliku tal-Unjoni, li fil-prinċipju ma huwiex għal skop ta’ lukru u għalhekk ma huwiex taxxabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Mégret, J., Waelbroeck, M., Louis, J.-V., Vignes, D., u Dewost, J.-L., <HT TYPE="ITALIC">Le droit de la Communauté économique européenne. Commentaire du traité et des textes pris pour son application</HT>, Volum 15, Dispożizzjonijiet ġenerali u finali, Edizzjonijiet tal-Università ta’ Brussell, 1987, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Artikolu 218<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, punt 8.</P></NOTE>, kif ukoll min‑neċessità li tkun żgurata l-indipendenza tal-Unjoni fir-rigward tal‑Istati Membri u mill-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn l-Istati Membri, li jipprojbixxi li wieħed minnhom jieħu vantaġġ finanzjarju mill-preżenza tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tagħha fit-territorju tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AGF Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:144">EU:C:1996:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:434">EU:C:2006:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kawża ser twassal lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ immunità fiskali tal-Unjoni, li sa llum tat lok biss għal tliet sentenzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AGF Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:144">EU:C:1996:144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Komunità Ewropea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:678">EU:C:2006:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:178">EU:C:2007:178</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BĊE vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑220/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:748">EU:C:2005:748</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) tirrigwarda l-ftehim tas-sede konkluż bejn il-Gvern Ġermaniż u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar is-sede ta’ din l-istituzzjoni. Id‑digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ufficio imposte consumo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>2/68</NO.CASE> IMM, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1968:50">EU:C:1968:50</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirrigwarda essenzjalment il-ftehim konkluż bejn il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ Ċentru Konġunt għar-Riċerka Nukleari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-immunità fiskali tal-Unjoni hija prevista fl-Artikolu 3 tal‑Protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Dan jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Unjoni, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħha ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.</P><P>Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandhom, kull meta possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xirjiet sostanzjali li l-prezz tagħhom ikun jinkludi taxxi ta’ din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw, madankollu, b’ mod li jkollhom l-effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni.</P><P>L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għar-rigward ta’ taxxi u ammonti dovuti li jkunu biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-finanzjament tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku fis-suq tal‑elettriku</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-digriet tad-<DATE ISO="20010709">9 ta’ Lulju 2001</DATE> dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="20011117">17 ta’ Novembru 2001</DATE>, p.39135.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Digriet dwar l-Elettriku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jipprevedi l-eżekuzzjoni ta’ missjonijiet ta’ servizz pubbliku. Dawn il-missjonijiet huma ffinanzjati minn taxxa li huwa responsabbli għaliha fornitur tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-Digriet dwar l-Elettriku jipprovdi, fil-verżjoni fis-seħħ fid-data tan-notifika tal-opinjoni motivata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Jiġifieri fis-<DATE ISO="20120227">27 ta’ Frar 2012</DATE> (ara l-punt 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni u l-fornituri huma, kull wieħed fir-rigward ta’ dawk li jikkonċernawh, responsabbli mill-obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti fil-punti 1 sa 2 hawn taħt:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ provvista minima mhux interrotta ta’ elettriku għall-konsum domestiku, taħt il-kundizzjonijiet iddefiniti fil‑Kapitolu IVa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>Il-provvista ta’ elettriku b’tariffa soċjali speċifika għall-persuni u taħt il-kundizzjonijiet iddefiniti mil-leġiżlazzjoni federali u fil-Kapitolu IVa;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istitut [ta’ Brussell għall-amministrazzjoni tal-ambjent] huwa responsabbli mill-obbligi ta’ servizz pubbliku dwar il-promozzjoni tal‑użu razzjonali tal-elettriku permezz ta’ informazzjoni, dimostrazzjonijiet u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ attrezzaturi, ta’ servizzi u ta’ għajnuna finanzjarja għall-benefiċċju tal-klijenti finali […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24a tad-Digriet dwar l-Elettriku, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tan-notifika tal-opinjoni motivata, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni huwa barra minn hekk responsabbli mill-missjonijiet ta’ servizz pubbliku li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>il-konsum mill-ġdid tal-elettriku ekoloġiku prodott li la huwa awtokkonsmat u lanqas ipprovdut lil terzi, fil-limiti tal-bżonnijiet tiegħu stess;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>missjoni esklużiva li tirrigwarda l-kostruzzjoni, il-mantutenzjoni u t‑tiġdid tal-installazzjonijiet ta’ dawl fit-toroq pubbliċi u fiż-żoni ħodor komunali […], kif ukoll il-provvista ta’ dawn l‑installazzjonijiet f’elettriku […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>l-irwol ta’ fornitur tal-aħħar possibbiltà u l-organizzazzjoni ta’ servizz ta’ tkomplija tal-klijenti ttrasferiti lilu fil-kuntest ta’ dan ir-rwol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4°</NO.P><TXT>l-informazzjoni tal-klijenti residenzjali u professjonali konnessi b’voltaġġ baxx fir-rigward tal-prezz u tal-kundizzjoni ta’ konnessjoni u ta’ provvista […].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Digriet dwar l-Elettriku jistabbilixxi taxxa intiża sabiex tiffinanzja l-eżerċizzju tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku previsti fl-Artikoli 24 u 24a (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). L-Artikolu 26 jipprovdi, fil-verżjoni fis‑seħħ tiegħu fid-data tal-opinjoni motivata, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA>Iż-żamma ta’ awtorizzazzjoni ta’ provvista maħruġa abbażi tal‑Artikolu 21 [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-Artikolu 21 tad-Digriet dwar l-Elettriku jipprovdi, fil-verżjoni fis-seħħ tiegħu fid-data tal-opinjoni motivata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-fornituri għandhom liċenzja ta’ provvista mogħtija mill-Gvern sabiex jipprovdu elettriku lill‑klijenti eliġibbli fuq sit ta’ konsum li jinsab fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></NOTE>] tagħti lok għal ġbir kull xahar ta’ dazju mingħand persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika mill-awtorizzazzjoni, iktar ’il quddiem imsejħa l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju huwa dovut fl-1 jum ta’ kull xahar. Għandu jitħallas sal‑15-il jum tax-xahar segwenti.</ALINEA><ALINEA>Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa hija eżentata mid-dazju fuq l-enerġija miżmuma għad-dispożizzjoni tal-klijenti għan-netwerk ta’ trasport bil-ferrovija tagħhom, permezz ta’ tramm jew metro.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.003"><NO.PARAG>§ 3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju huwa kkalkolat abbażi tal-enerġija miżmuma mill‑persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa għad-dispożizzjoni tal-klijenti finali eliġibbli, permezz ta’ netwerks, sezzjonijiet u linji diretti ta’ 70 kV u inqas, f’siti ta’ konsum li jinsabu fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.007"><NO.PARAG>§ 7.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dħul mid-dazju huwa allokat għall-fondi previsti fil-punti 15 u 16 rispettivament tal-Artikolu 2 tad-digriet tat-<DATE ISO="19911212">12 ta’ Diċembru 1991</DATE>, li joħloq fondi baġitarji […] [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-fondi previsti fil-punti 15 u 16 tal-Artikolu 2 tad-digriet tat-<DATE ISO="19911212">12 ta’ Diċembru 1991</DATE> li joħloq fondi baġitarji (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="19920226">26 ta’ Frar 1992</DATE>, p.4066) huma l-Fondi speċjali ta’ gwida enerġetika u l-Fondi dwar il-politika tal-enerġija.</P></NOTE>].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.008"><NO.PARAG>§ 8.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju huwa dovut minn Jannar 2004.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(4) tad-Digriet dwar l-Elettriku jistabbilixxi l-iskala tal-kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku: kull kategorija ta’ enerġija mogħtija għad-dispożizzjoni tikkorrispondi ma’ ammont f’Euro.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Digriet dwar l-Elettriku kien jinkludi, sal‑emenda tiegħu fl-2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Id-digriet tal-<DATE ISO="20110720">20 ta’ Lulju 2011</DATE> li jemenda d-Digriet dwar l-Elettriku tad-<DATE ISO="20010719">19 ta’ Lulju 2001</DATE> dwar l‑organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u d-digriet tat-<DATE ISO="19911212">12 ta’ Diċembru 1991</DATE> li joħloq fondi baġitarji (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="20110810">10 ta’ Awwissu 2011</DATE>, p.45558) ħassar l-Artikolu 26(9) tad-Digriet dwar l-Elettriku.</P></NOTE>, paragrafu 9 li kien jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>l-ispejjeż marbuta mal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku msemmija fl-Artikolu 24 u li jeċċedu l-ammont ta’ dazji miġbura skont dan l-artikolu huma imposti fuq l-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni, bħala spejjeż tal-operat. Il-konsegwenzi ta’ dawn l-ispejjeż fuq it-tariffi huma rregolati mil-leġiżlazzjoni federali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-finanzjament tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku fis-suq tal‑gass</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Id-digriet tal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal‑gass fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, li jirrigwarda tariffi tat‑toroq fil-qasam tal-gass u tal-elettriku u li jemenda d-Digriet dwar l-Elettriku tad-<DATE ISO="20010719">19 ta’ Lulju 2001</DATE> dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="20040426">26 ta’ April 2004</DATE>, p.34281.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Digriet dwar il-Gass<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) jipprovdi, bħad-Digriet dwar l-Elettriku, l-eżekuzzjoni ta’ missjonijiet ta’ servizz pubbliku. Dawn huma ffinanzjati permezz ta’ taxxa li huwa responsabbli għall-ħlas tagħha l-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-gass, wara l‑fornitur tal-gass.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tad-Digriet dwar il-Gass jipprovdi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-opinjoni motivata, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-amministratur tan-netwerk u l-fornituri huma, kull wieħed għal dak li jikkonċernawhom, responsabbli mill-missjonijiet u mill-obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti fil-punti 1 sa 3 hawn taħt:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ provvista minima mhux interrotta ta’ gass għall-konsum domestiku, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil‑Kapitolu Va;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>Il-provvista ta’ gass b’tariffa soċjali partikolari għall-persuni u taħt il‑kundizzjonijiet iddefiniti mil-leġiżlazzjoni federali u fil-Kapitolu Va;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>Servizz bla ħlas ta’ prevenzjoni ta’ riskji fil-qasam tal-użu tal-gass naturali, għall-benefiċċju tal-konsum domestiku li jagħmel talba għalih […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Artikolu 18a ġdid ġie miżjud fid-Digriet dwar il-Gass fl-2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Dan l-Artikolu 18a ġie introdott fid-Digriet dwar il-Gass permezz tad-digriet tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> li jemenda d-digrieti tad-<DATE ISO="20010719">19 ta’ Lulju 2001</DATE> u tal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku u tal-gass fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u li jħassar id-digriet tal-<DATE ISO="19910711">11 ta’ Lulju 1991</DATE> dwar id-dritt għall-provvista minima tal-elettriku u d-digriet tal-<DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ prevenzjoni ta’ qtugħ ta’ gass għal użu domestiku (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tad-<DATE ISO="20070109">9 ta’ Jannar 2007</DATE>, p.537).</P></NOTE> żied l-Artikolu 18a ġdid fid-Digriet dwar il‑Gass. Fil-verżjoni fis-seħħ fid-data tal-opinjoni motivata dan kien jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-amministratur tan-netwerk huwa barra minn hekk responsabbli mill-missjonijiet ta’ servizz pubbliku li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>l-organizzazzjoni ta’ servizz ta’ tkomplija tar-relazzjoni mal‑konsumatur u tal-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ prezz u l‑kundizzjonijiet ta’ konnessjoni, għall-benefiċċju tal-klijenti residenzjali […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass jistabbilixxi taxxa intiża sabiex tiffinanzja l-eżerċizzju tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku msemmija fl-Artikoli 18 u 18a (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kontribuzzjoni reġjonali tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Għal iktar faċilità, il-kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku u l-kontribuzzjoni reġjonali tal-gass flimkien ser jiġu indikati iktar ’il quddiem bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-kontribuzzjonijiet reġjonali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Kif emendat bid-digriet tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> ċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.</P></NOTE> jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>l-ispejjeż marbuta mal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku imsemmija fl-Artikoli 18 u 18a għandhom jitħallsu mill-amministratur tan-netwerk, bħala spejjeż tal‑operat. Il-konsegwenzi ta’ dawn l-ispejjeż fuq it-tariffi huma rregolati mil-leġiżlazzjoni federali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fl-2011, l-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass tħassar u ġie introdott artikolu ġdid, l-Artikolu 20f<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Permezz tad-digriet tal-<DATE ISO="20110720">20 ta’ Lulju 2011</DATE> li jemenda d-Digriet dwar il-Gass (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="20110810">10 ta’ Awwissu 2011</DATE>, p.45586).</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 20f tad‑Digriet dwar il-Gass,</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA>Iż-żamma ta’ liċenzja għal provvista maħruġa abbażi tal‑Artikolu 15 [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>L-Artikolu 15 tad-Digriet dwar il-Gass jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>l-fornituri għandhom liċenżja għal provvista sabiex jipprovdu l-gass lill-klijenti eliġibbli f’sit ta’ konsum li jinsab fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></NOTE>] tagħti lok għall-ġbir ta’ dazju kull xahar li għandu jitħallas mill‑persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika mill-imsemmija liċenzja iktar ’il quddiem imsejħa l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju huwa dovut fl-1 jum ta’ kull xahar. Għandu jitħallas sal‑15-il jum tax-xahar segwenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>§ 3.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għal dak ippreċiżat fit-tieni paragrafu, id-dazju huwa kkalkolat abbażi tal-kejl tal-meters użati mill-amministratur tan‑netwerk, f’siti ta’ konsum li jinsabu fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, għand il-klijenti finali. Il-kejl tal-meter huwa ddeterminat mill-ħruġ massimu tal-gass speċifikat f’metri kubi kull siegħa li għalih il-meter kien maħsub […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.007"><NO.PARAG>§ 7.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dħul mid-dazju jiġi assenjat għall-fondi previsti rispettivament fil‑punti 15 u 16 tal-Artikolu 2 tad-digriet tat-<DATE ISO="19911212">12 ta’ Diċembru 1991</DATE> li joħloq fondi baġitarji […];</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.008"><NO.PARAG>§ 8.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju huwa dovut minn Jannar 2012.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20f(4) tad-Digriet dwar il-Gass jistabbilixxi skala tal‑kontribuzzjoni reġjonali tal-gass, li tixbah dik prevista fl‑Artikolu 26(4) tad-Digriet dwar l-Elettriku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, li għandhom is-sede tagħhom fi Brussell, kellhom sal-<DATE ISO="20090731">31 ta’ Lulju 2009</DATE> lill-kumpannija Electrabel bħala fornitur tal-elettriku u tal‑gass. Il-kuntratt iffirmat ma’ Electrabel (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kuntratt Electrabel<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) kien jistipula li l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet reġjonali, li Electrabel kienet responsabbli għall-ħlas tagħhom skont l-Artikolu 26 tad-Digriet dwar l-Elettriku u tal-Artikoli 20, u mbagħad 20f tad-Digriet dwar il‑Gass, kienu pagabbli mill-Unjoni. Dawn kienu jitħallsu lil Electrabel, li mbagħad kienet tittrasferixxihom lill-awtoritajiet tar‑Reġjun ta’ Brussell-Kapitali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Issa, f’Lulju 2005, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat li hija kienet eżentata mill-kontribuzzjonijiet reġjonali skont l-Artikolu 3 tal‑Protokoll, hija waqfet milli tħallas il-kontribuzzjonijiet reġjonali lil Electrabel. B’mod parallel hija talbet lill-awtoritajiet tar-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, b’mod informali, li jeżentaha mill-ħlas tal‑kontribuzzjonijiet reġjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Peress li dawn il-kuntatti informali ma ħallewx frott, fis-<DATE ISO="20080627">27 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Renju tal‑Belġju, li fiha hija allegat li dan kien qed jikser it-tieni paragrafu tal‑Artikolu 3 tal-Protokoll, billi applika għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-Artikolu 26 tad-Digriet dwar l-Elettriku u l-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass. Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, irċevuta fil-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE>, ir-Renju tal-Belġju ppreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-ewwel ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090415">15 ta’ April 2009</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra ta’ intimazzjoni lir-Renju tal-Belġju, li tissostitwixxi l-ewwel waħda, minħabba ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. It-tieni ittra ta’ intimazzjoni hija kważi identika għall-ewwel waħda, ħlief li l‑Kummissjoni donnha tikkunsidra li kien mill-2001 u mhux, bħal fl‑ewwel ittra ta’ intimazzjoni, mill-2004, li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fil-fatt, it-tieni ittra ta’ intimazzjoni tirreferi għal ittra li fiha l-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tar-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali r-rimbors tal-kontribuzzjonijiet reġjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sa mill-istabbiliment tagħhom fl-2001<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Madankollu, nirrileva li l‑Kummissjoni tikkonkludi t-tieni ittra ta’ intimazzjoni (bħall-ewwel ittra ta’ intimazzjoni, l-opinjoni motivata u r-rikors) bil-konstatazzjoni li r-Renju tal-Belġju kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll, billi ma eżentax lill-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>mill-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-[Digriet dwar l-Elettriku], kif ukoll fl-Artikolu 20 tad-[Digriet dwar il-Gass]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Madankollu, l-Artikolu 26(8) tad-Digriet dwar l-Elettriku jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>d-dazju huwa dovut minn Jannar 2004<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, u d-Digriet dwar il-Gass ġie adottat fl-2004.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110422">22 ta’ April 2011</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat rikors quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza ta’ Brussell kontra l-Istat tal-Belġju, ir‑Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, Electrabel u Sibelga, l-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali. Hija talbet ir-rimbors tal-kontribuzzjonijiet reġjonali li hija ħallset bejn l-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>F’Settembru 2008, il-Kummissjoni kienet reġgħet bdiet tħallas il-kontribuzzjonijiet reġjonali lil Electrabel u rrimborsatha l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet reġjonali li ma kinitx ħallset minn Lulju 2005.</P></NOTE>, jiġifieri s-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">4036170.88</FT>, bla ħsara għaż-żieda għall‑perijodi sussegwenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-kawża tinsab pendenti u s-sottomissjonijiet orali kellhom isiru fil-<DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fit-tmiem tal-kuntratt Electrabel, l-istituzzjonijiet u korpi tal‑Unjoni kkonkludew kuntratt ma’ fornitur ieħor tal-elettriku u tal‑gass, il-kumpannija Luminus (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kuntratt Luminus<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Għall-kuntrarju tal-kuntratt Electrabel, il-kuntratt Luminus ma jipprovdix li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet reġjonali. Madankollu, permezz ta’ tliet ittri tat-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE>, tal-<DATE ISO="20111021">21 ta’ Ottubru 2011</DATE> u tat-<DATE ISO="20130702">2 ta’ Lulju 2013</DATE>, Luminus talbet lill-Unjoni r-rimbors tal-kontribuzzjonijiet reġjonali li hija ħallset, jiġifieri s-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">2235404.51</FT> u intimatha għar-rimbors tagħhom minn dak il-jum sal-<DATE ISO="20140804">4 ta’ Awwissu 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ma nidħolx jekk l-Unjoni għamlitx dan, u jekk dan ma huwiex il-każ, jekk Luminus fittxithiex għall-ħlas, kif hija heddet li tagħmel.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz tal-opinjoni motivata tas-<DATE ISO="20120227">27 ta’ Frar 2012</DATE>, il‑Kummissjoni indikat lir-Renju tal-Belġju li, billi rrifjuta li jeżenta lill‑istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-kontribuzzjonijiet reġjonali previsti fl-Artikolu 26 tad-Digriet dwar l-Elettriku u l-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass, huwa kiser it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, ir-Renju tal-Belġju ppreżenta l‑osservazzjonijiet tiegħu dwar l-opinjoni motivata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma kinitx konvinta mill-argumenti tar‑Renju tal-Belġju, u peress li dan ma biddilx il-pożizzjoni tiegħu, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors tal-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tallega li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, billi rrifjuta lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni l-eżenzjoni mill‑kontribuzzjonijiet reġjonali previsti fl-Artikolu 26 tad-Digriet dwar l-Elettriku u fl-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass, u billi oppona r‑rimbors ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet mir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet tal-immunità mit‑taxxi indiretti previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, huma ssodisfatti: il-provvista tal-elettriku u tal-gass tikkostitwixxi xirja sostanzjali magħmula għall-użu uffiċjali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:178">EU:C:2007:178</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet warrbet l-immunità għar-raġuni li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa inkwistjoni ma kinitx l‑Unjoni, iżda l-parti kontraenti tagħha, ma hijiex trasponibbli għal din il‑kawża. Fil-fatt, din is-sentenza tirrigwarda taxxa diretta, filwaqt li l‑kontribuzzjonijiet reġjonali jikkostitwixxu taxxa indiretta. Skont il‑Kummissjoni, jekk l-Unjoni ma hijiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tal‑kontribuzzjonijiet reġjonali, fil-prattika dawn jgħaddu fuqha, minħabba n-natura tagħhom ta’ taxxa indiretta u l-intenzjoni tal‑leġiżlatur Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, li jeskludi l-eżenzjoni mit-taxxi li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, skont il-Kummissjoni dan ma japplikax għal din il-kawża. Minn naħa waħda, is-servizzi pubbliċi pprovduti, jew li jistgħu jiġu pprovduti, lill-Unjoni, ma humiex speċifiċi għaliha, kif teħtieġ il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Min-naħa l-oħra, ir‑rabta diretta u proporzjonali bejn l-ispiża reali tas-servizz u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet reġjonali, meħtieġa mill-ġurisprudenza, hija nieqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir‑Renju tal-Belġju għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Hija titlob ukoll li r-Renju tal-Belġju jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-risposta tiegħu, ir-Renju tal-Belġju jsostni li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni ma jistgħux jiġu eżentati mill-kontribuzzjonijiet reġjonali abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Huwa jsostni li s-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:178">EU:C:2007:178</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) għandha tiġi trasposta għal din il-kawża, għaliex l-Unjoni ma hijiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet reġjonali, li la d-Digriet dwar l-Elettriku u lanqas id-Digriet dwar il-Gass ma jimponi lill-persuna responsabbli mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet li tgħaddihom fuq il-klijent finali u li l-konsegwenza fuq l-Unjoni hija għalhekk strettament kuntrattwali. Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkunsidra li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll japplika għall-kontribuzzjonijiet reġjonali, ir-Renju tal-Belġju jikkunsidra li l-eżenzjoni għandha tiġi rrifjutata abbażi tat-tielet paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni. Ir-Renju tal-Belġju jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad ir-rikors bħala infondat u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha, il-Kummissjoni tinsisti li l‑fornitur jew l-amministratur tan-netwerk, jekk huwa l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-kontribuzzjonijiet reġjonali, jiżgura biss il-ġbir tagħhom u jittrasferixxi l-ħlas fuq il-klijent finali. Għal dak li jikkonċerna t-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Unjoni ma tista’ tibbenefika minn ebda missjoni ta’ servizz pubbliku ffinanzjat mill-kontribuzzjoni reġjonali tal-gass, peress li dawn huma intiżi esklużivament għall-konsum domestiku, u li l-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ffinanzjati mill-kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku, la jikkostitwixxu servizzi u lanqas huma mogħtija lilha speċifikament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika tiegħu, ir-Renju tal-Belġju enfasizza b’mod partikolari li ma huwiex importanti li jiġi stabbilit jekk il‑kontribuzzjonijiet reġjonali jikkostitwixxux taxxa diretta jew taxxa indiretta, peress li għall-kuntrarju ta’ dak sostnut mill-Kummissjoni, it‑taxxi indiretti kollha ma humiex ittrasferiti fuq il-klijent finali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa utili, qabel nibda l-eżami tal-argumenti tal‑Kummissjoni, li nfakkar fil-qosor l-istruttura tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll sabiex nippreċiża liema huma l-elementi li jikkostitwixxu l-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tar-Renju tal-Belġju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-istruttura tal-Artikolu 3 tal-Protokoll</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Protokoll jagħmel distinzjoni bejn taxxi diretti u taxxi indiretti. Kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja, dawk tal-ewwel huma s-suġġett ta’ eżenzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>inkundizzjonatament u b’mod ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, filwaqt li l‑immunità fiskali li minnha jibbenefikaw tat-tieni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>mhijiex illimitata<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Komunità Ewropea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:678">EU:C:2006:678</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[l]-Unjoni, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħha ikunu eżenti minn kull taxxa diretta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>: mingħajr ebda eċċezzjoni għall-eżenzjoni. Min-naħa l-oħra, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll jipprovdi li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xirjiet sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Dan jippreċiża wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[d]awn id‑dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw […] b’ mod li jkollhom l‑effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Għalhekk l‑eżenzjoni mit-taxxi indiretti tingħata biss jekk tissodisfa tliet kundizzjonijiet: l-ewwel nett, it-taxxi indiretti għandhom jitħallsu għal xirja sostanzjali; it-tieni nett, din ix-xirja għandha titwettaq mill‑Unjoni għall-użu uffiċjali tagħha; it-tielet nett, l-eżenzjoni ma għandhiex ikollha effetti fuq il-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Nippreċiża li r-rinunzja jew ir-rimbors tat-taxxi indiretti u tat-taxxi fuq il-bejgħ li jipprevedi t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll japplikaw għal kull tip ta’ xiri, inkluż għall-provvista ta’ servizzi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AGF Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:144">EU:C:1996:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, huwa jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[l]-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għal taxxi li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza AGF Belgium li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-eċċezzjonijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal‑Artikolu 3 biss […], [l]-immunità tirrigwarda kull tip ta’ taxxa, diretta jew indiretta<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:144">EU:C:1996:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Nenfasizza li l-kunċett ta’ taxxa fis-sens tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll, kemm fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>taxxa diretta<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> msemmija fl-ewwel paragrafu tiegħu, jew id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>taxxi indiretti [u] taxxi fuq il-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> imsemmija fit-tieni paragrafu, huwa suġġett għal interpretazzjoni awtonoma. Fil‑fatt il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fl-istess sentenza AGF Belgium, li l-Artikolu 3 tal-Protokoll kien applikabbli għal primjums tal-assigurazzjoni addizzjonali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>tkun xi tkun il-klassifikazzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (f’dak il-każ, il-qorti tar-rinviju kienet indikat li jidhrilha li l-primjums addizzjonali inkwistjoni kienu jixbhu iktar kontribuzzjonijiet soċjali milli miżuri fiskali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 16): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/><HT TYPE="ITALIC">tkun xi tkun il‑klassifikazzjoni legali tagħhom fid-dritt nazzjonali</HT>, it-taxxi inkwistjoni ma jistgħux jiġu assimilati mal-kontribuzzjonijiet li huma dovuti mill-persuni suġġetti għal sistema ta’ sigurtà soċjali jew membri ta’ korp soċjali […]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (enfasi magħmula minni). Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali Jacobs, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>il-klassifikazzjoni ta’ taxxa fir-rigward tal‑leġiżlazzjoni nazzjonali hija rrilevanti. It-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>imposti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="2019" ID="QE0039"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>taxxi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>dazji<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/> użati fl-Artikolu 3 għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-aċċettazzjoni normali tagħhom u fid-dawl tal-għan tad-dispożizzjoni. Dan huwa l-uniku approċċ li jiżgura effett sħiħ u applikazzjoni uniformi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AGF Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:53">EU:C:1996:53</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, fir‑rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 (l-attwali) tal-Protokoll, dwar l-eżenzjoni fiskali tal-uffiċjali, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Humblet vs L-Istat Belġjan</NAME.CASE> (<NO.CASE>6/60</NO.CASE> IMM, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>huwa mistenni li, mill-perspettiva tad-dritt applikabbli, il-problema ġenerali għandha tiġi solvuta skont id-dritt tal-Komunità […], u mhux skont id‑dritt Belġjan<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Bl-istess mod, fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:178">EU:C:2007:178</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti interpretazzjoni awtonoma tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>taxxa diretta<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>eċċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll imsemmija fit-tielet paragrafu tiegħu hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Fil-fatt, it-tielet paragrafu jiddefinixxi b’mod negattiv il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, billi jeskludi minnu tariffi għal servizzi ta’ utilità pubblika. F’dan ir‑rigward nirrileva, li, jekk tali miżuri huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3, dan għaliex huwa jipprovdi immunità fiskali u li taxxi li jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ma jistgħux ikunu ta’ natura fiskali. Fil-fatt, il-kunċett ta’ korrispettiv — ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>ħlasijiet<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> — huwa fil-prinċipju estranju għal dak tat‑taxxa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Kif jirrileva l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża AGF Belgium, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>il-ħlasijiet għal servizz ta’ utilità pubblika jikkostitwixxu l-prezz imħallas għal servizz partikolari. Teżisti rabta diretta bejn il-ħlasijiet u s-servizz irċevut […]. Issa, dan ma huwiex il-każ ta’ taxxa, fejn ir-rabta bejn il-ħlas u kull servizz iriċevut hija indiretta u remota<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AGF Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:53">EU:C:1996:53</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Id-distinzjoni bejn taxxi u tariffi għal servizzi mogħtija hija barra minn hekk irrikonoxxuta fid-dritt fiskali tal-Istati Membri: ara, fuq dan is-suġġett, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Roemer fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Van Leeuwen</NAME.CASE> (<NO.CASE>32/67</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1968:2">EU:C:1968:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tenfasizza li d‑distinzjoni bejn it-taxxi u t-tariffi li huma biss il-korrispettiv għal servizzi mogħtija mill-istituzzjonijiet pubbliċi hija rrikonoxxuta fid-dritt Olandiż, Ġermaniż, Taljan u Belġjan; ara għad-dritt Franċiż, Lamarque, J., Négrin, O., u Ayrault, L., <HT TYPE="ITALIC">Droit fiscal général</HT>, it-Tielet Edizzjoni, LexisNexis, 2014, paragrafi 94 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>eċċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll imsemmija fit-tieni paragrafu tiegħu tidher li teħtieġ li t‑taxxi indiretti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> mixtrija mill-Unjoni: it-taxxa indiretta għandha tiġi integrata mal-prezz tal-proprjetà. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet relatati mal-importanza u l-iskop tax-xirja (l-użu uffiċjali tal-Unjoni) jirrigwardaw ix-xirja <HT TYPE="ITALIC">partikolari</HT> li fil-mument tagħha tinġabar it-taxxa indiretta, u mhux in‑natura tat-taxxa nnifisha: dawn għalhekk huma kundizzjonijiet sostantivi tal-immunità, u mhux tal-applikabbiltà tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Jekk ix-xiri huwa ta’ valur negliġibbli u l-immunità tiġi rrifjutata għal din ir‑raġuni, it-taxxa inkwistjoni ma titlifx madankollu n-natura fiskali tagħha: l‑Artikolu 3 tal-Protokoll huwa applikabbli għaliha. L-immunità hija sempliċement irrifjutata għaliex it-tranżazzjoni ma tissodisfax waħda mill-kundizzjonijiet sostantivi tat-tieni paragrafu tiegħu, jiġifieri, xirja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</P></NOTE>. Bl-istess mod, l-assenza ta’ effetti fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern ma tistax titqies li hija kundizzjoni sostantiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Nenfasizza li ma jeżistux iktar esklużjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Protokoll ħlief dawk imsemmija fiż-żewġ punti preċedenti. Fil-fatt, fis-sentenza AGF Belgium, il-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża li l-Artikolu 3 tal-Protokoll huwa applikabbli għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>kull tip ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ħlief għall-<HT TYPE="ITALIC">uniċi</HT> eċċezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> previsti fit-tieni u fit-tielet paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:144">EU:C:1996:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> (enfasi magħmula minni).</P></NOTE>. Il‑Qorti tal-Ġustizzja tiġġustifika n-natura esklużiva ta’ dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet bil-formulazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, li fl‑opinjoni tagħha, jiddefinixxi l-immunità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>f’termini wiesgħa ħafna<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 19).</P></NOTE>. Barra minn hekk, jidhirli li proprju għaliex huma espressament iddikjarati li dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet huma l-uniċi eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Fil-fatt, jekk l‑intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kellha tkun li l-Artikolu 3 tal‑Protokoll jippermetti eċċezzjonijiet oħra, huwa kien jipprovdi espressament dawn l-eċċezzjonijiet l-oħra, kif għamel għall-ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika u t-taxxi indiretti li ma humiex integrati fil-prezz tal-proprjetà mixtrija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-elementi li jikkostitwixxu nuqqas ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ twettiq ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ obbligu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, billi rrifjuta li jagħti lill-Unjoni l‑immunità mill-kontribuzzjonijiet reġjonali, ir-Renju tal-Belġju kiser l‑obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi li l‑kontribuzzjonijiet reġjonali jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Hija għandha turi li l‑kontribuzzjonijiet reġjonali huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>inklużi fil-prezz<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> irregolat mill‑Unjoni għall-provvista tal-elettriku u tal-gass, u li din il-provvista tikkostitwixxi xirja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> magħmula għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>użu uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> tagħha, u ma għandhiex l-effett li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju joġġezzjona li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll huwa applikabbli unikament għat-taxxi li skont id-dritt nazzjonali, l-Unjoni hija responsabbli għall-ħlas tagħhom. Konsegwentement, meta, bħal f’dan il-każ, huwa skont kuntratt konkluż mal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa li l-Unjoni tbati l-oneru tagħha, din it-taxxa hija eskluża mill-immunità prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll. Hija għalhekk il-Kummissjoni wkoll li għandha turi li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll japplika għat-taxxi mħallsa mill-Unjoni meta ma hijiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-Renju tal-Belġju joġġezzjona li l‑kontribuzzjonijiet reġjonali jikkostitwixxu biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll, u li għalhekk ma jibbenefikawx mill-immunità prevista fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu. Hija għalhekk il-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi li l-kontribuzzjonijiet reġjonali ma jikkostitwixxux biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>F’dan ir-rigward, nippreċiża li l-klassifikazzjoni sostnuta fid-dritt Belġjan għall‑kontribuzzjonijiet reġjonali ma hija ta’ ebda sigurtà għall-Kummissjoni, sa fejn il-kunċett ta’ taxxa fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, kif ġie osservat, huwa suġġett għal interpretazzjoni awtonoma. Għalhekk ftit huwa importanti li d-dritt Belġjan donnu jikkunsidra l-kontribuzzjoni reġjonali tal-gass bħala taxxa pjuttost milli bħala tariffa għal servizzi mogħtija, għar-raġuni li, sabiex hija tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala tariffa għal servizzi pprovduti, huwa meħtieġ li s-servizz jibbenefika lill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa meqjusa individwalment, li ma huwiex il-każ. Ara l‑opinjoni mogħtija mill-Kunsill tal-Istat Belġjan dwar l-abbozz preliminari tad-digriet dwar l‑organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, il-Parlament ta’ Brussell-Kapitali, dokumenti parlamentari, sessjoni 2000/2001, Dokument Nru A-192/1-00/01, p. 64.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Huwa diffiċli li jiġi kkontestat li t-tliet rekwiżiti tal-immunità mit-taxxi indiretti huma, f’dan il-każ, issodisfatti; barra minn hekk, ir-Renju tal‑Belġju ma jikkontestax li dawn huma ssodisfatti. Għalhekk ser neżamina fil-qosor ħafna dawn it-tliet kundizzjonijiet, qabel ma ndur lejn il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dibattitu bejn il-partijiet. Minn naħa waħda, dawn jirrigwardaw l-applikabbiltà tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal‑Protokoll għat-taxxi li jitħallsu mill-Unjoni mingħajr ma hija responsabbli għall-ħlas tagħhom, kwistjoni li tinsab fil-qalba tas-sottomissjonijiet bil-miktub kemm tal‑Kummissjoni kif ukoll dawk tar-Renju tal-Belġju; min-naħa l-oħra, u bħala tweġiba għall-argument ippreżentat, sussidjarjament mir-Renju tal‑Belġju, dwar il-klassifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet reġjonali bħala biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjonijiet għall-immunità previsti fit-tieni paragrafu tal‑Artikolu 3 tal-Protokoll</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Infakkar li l-immunità mit-taxxi indiretti hija mogħtija biss jekk dawn jitħallsu waqt xirja sostanzjali, jekk din ix-xirja sseħħ mill‑Unjoni għall-użu uffiċjali tagħha, u jekk l-immunità ma jkollhiex l‑effett li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Jiena ma għandix dubju li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-provvista tal-elettriku u tal-gass lill-erba’ istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni hija mingħajr dubju xirja sostanzjali; infakkar li t-tilwima pendenti quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza ta’ Brussell, dwar il-kuntratt Electrabel, tirrigwarda somma li taqbeż l-EUR 4 miljun, u li s-somma li Luminus titlob il-ħlas mingħand l-Unjoni hija iktar minn EUR 2 miljun. Jidhirli wkoll li x-xirja hija mingħajr kontestazzjoni għall-użu uffiċjali tal-Unjoni: mingħajr elettriku u gass, l-uffiċjali u l‑membri tal-persunal tal-Unjoni ma jistgħux jaħdmu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>użu uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ta’ xirjiet imwettqa magħmula mill-Unjoni, Claudia Schmidt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>Le protocole sur les privilèges et immunités des Communautés européennes – Commentaire de l’article 218 du Traité de Rome et de l’article 28, premier alinéa, du traité de fusion<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, <HT TYPE="ITALIC">Cahiers de droit européen</HT>, 1991, p. 67 sa 100, punt 17; u Jean Duffar, <HT TYPE="ITALIC">Contribution à l’étude des privilèges et immunités des organisations internationales</HT>, Pariġi, LGDJ, 1982, Kapitolu VII, p. 291 u 292, punt 341.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni, dwar l-effetti fuq il-kompetizzjoni, din lanqas kienet ġiet indirizzata mill-partijiet. Mill-bqija jidhirli li din tista’ tiġi konfuża mat-tieni kundizzjoni, dwar l-użu uffiċjali tax-xirja: meta l‑Unjoni tixtri proprjetà mobbli jew immobbli għall-użu uffiċjali tagħha, hija teżerċita attività mingħajr skop ta’ lukru, u tali attività ma jistax ikollha effett fuq il-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara Jean Duffar, iċċitat fin-nota preċedenti, punt 339: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>ix-xewqa li ma tiġix distorta l-kompetizzjoni hija espressament prevista fit-[tieni] paragrafu tal‑Artikolu 3 tal-[Protokoll]. L-eżenzjoni għandha tkun limitata għall-attivitajiet li huma s-suġġett tal-organizzazzjoni u mill-mument li jinqabżu l-limiti ta’ dan is-suġġett, l‑eżenzjoni titlef is-sinjifikat tagħha<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett nenfasizza li t-tliet kundizzjonijiet eżaminati hawn fuq huma l-uniċi previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Fil‑fatt, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja tirrileva, fis-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Il‑Komunità Ewropea, li l-Kummissjoni stabbilixxiet biss li r-rifjut tal-immunità jippreġudika l-indipendenza u l‑funzjonament tajjeb tal-Unjoni, hija għamlet dan għall-finijiet ta’ kompletezza, wara li eskludiet l-immunità għal raġunijiet oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-eżenzjoni għandha tiġi rrifjutata għar-raġuni li ma tistax tibbenefika minnha parti kontraenti tal-Unjoni, u huwa biss sussegwentement li hija ppreċiżat li tali konklużjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>ma tistax tiġi invalidata<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> mill-iskop tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, jiġifieri l-garanzija tal-indipendenza u tal-funzjonament tajjeb tal-Unjoni, (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:178">EU:C:2007:178</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fis-sentenza Komunità Ewropea, huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>fi kwalunkwe każ<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrileva li l‑Kummissjoni stabbilixxiet biss li l-ħlas tad-dazju inkwistjoni jista’ jippreġudika l‑indipendenza u l-funzjonament tajjeb tal-Unjoni (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑199/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:678">EU:C:2006:678</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma tikkunsidrax il-preġudizzju għall-indipendenza jew għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni bħala kundizzjoni addizzjonali għall-immunità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 3 tal-Protokoll għat-taxxi li l‑Unjoni tħallas meta ma hijiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tagħhom fid-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jallega li huwa ma naqasx milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, għaliex dan japplika biss għat-taxxi li l-Unjoni hija l-persuna responsabbli għall-ħlas tagħhom fid-dritt nazzjonali. Madankollu, dan ma huwiex il‑każ tal-kontribuzzjonijiet reġjonali. Jekk l-Unjoni tħallas, skont ir‑Renju tal-Belġju dan huwa skont il-kuntratt li jorbotha mal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa; minħabba li l-Unjoni aċċettat ir-riperkussjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Renju tal-Belġju jibbaża ruħu fuq is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:178">EU:C:2007:178</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll ma jipprevedi ebda eżenzjoni għall-benefiċċju tal-partijiet kontraenti tal-Unjoni. Minn dan hija ddeduċiet li, billi rrifjuta li jeżenta lill-Unjoni minn taxxa reġjonali fuq proprjetà immobbli li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa kienet il-proprjetarja tal-immobbli u li kienet titħallas mill-Unjoni abbażi ta’ kuntratt ta’ kirja, ir-Renju tal-Belġju ma kienx naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Ir-riperkussjoni tat‑taxxa fuq l-Unjoni kienet operata permezz ta’ kuntratt; għalhekk kienet liberament aċċettata mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-persuna responsabbli għall-ħlas tal‑kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku hija skont l-Artikolu 26(1) tad‑Digriet dwar l-Elettriku, il-fornitur tal-elettriku, li jixtrih mingħand il-produttur u jerġa’ jbigħu. Il-persuna responsabbli għall-ħlas tal‑kontribuzzjoni reġjonali tal-gass hija, skont l-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass, l-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni, imbagħad sa mill-2011, skont l-Artikolu 20f(1) il-fornitur tal-gass li jixtrih mingħand importaturi u jerġa’ jbigħu. Huwa għalhekk abbażi tal‑kuntratti li jorbtuha mal-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa li l-Unjoni tħallas il‑kontribuzzjonijiet reġjonali. Għalhekk, Electrabel, li kienet il-fornitur tal-elettriku tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, tal-Parlament u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali sal-<DATE ISO="20090731">31 ta’ Lulju 2009</DATE>, u<?PAGE NO="12"?> għadha sal-lum il-fornitur tal-gass tagħhom, ittrasferixxiet fuq l-Unjoni l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet reġjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Il-klawżola 4.2 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt konkluż mill-Kummissjoni ma’ Electrabel għall-provvista tal-elettriku b’voltaġġ għoli tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>l‑prezzijiet tagħna tal-enerġija huma miżjuda […] bl-imposti, taxxi, tariffi, kontribuzzjonijiet, supplimenti u piżijiet imposti fuqna minn awtorità kompetenti, li aħna nistgħu jew għandna nittrasferixxu fuq il-klijenti tagħna, u li huma relatati jew jirriżultaw mill-kummerċ tagħna, fis-sens l-iktar wiesa’ tat-terminu, tal‑enerġija elettrika u tal-gass naturali, jew li jirriżultaw minn dan, bħat-tariffa għall‑finanzjament tal-CREG, il-kontribuzzjoni federali intiża għall-finanzjament ta’ ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku u l-kontribuzzjoni fuq l-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, Luminus, li kienet il-fornitur tal-elettriku tagħhom bejn l-<DATE ISO="20090801">1 ta’ Awwissu 2009</DATE> u l-<DATE ISO="20120731">31 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Għal voltaġġ għoli biss: għall-voltaġġ baxx (fir-rigward tal-Parlament, il-voltaġġ medju), Electrabel baqgħet il-fornitur tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament sal-lum (mill-proċess ma jirriżultax li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kellu kuntratt għal voltaġġ baxx).</P></NOTE>, ma ttrasferixxietx il‑kontribuzzjonijiet reġjonali fuq l-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>L-Artikolu 3.2 tal-kundizzjonijiet partikolari tal-kuntratt konkluż mal-Kummissjoni għall-provvista tal-elettriku b’voltaġġ għoli jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>t-taxxi, it-tariffi u l-kontribuzzjonijiet reġjonali u federali oħra ma jistgħux jiġu ffatturati<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li s-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju ma tistax tiġi trasposta għal din il-kawża. Hija ma tikkontestax li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet reġjonali hija, fid-dritt Belġjan, il-fornitur jew l-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni, u mhux l-Unjoni. Madankollu, hija ssostni, essenzjalment, li r‑riperkussjoni tal-kontribuzzjonijiet reġjonali ma tirriżultax esklużivament minn libertà kuntrattwali tal-partijiet, peress li, minn naħa, ir-riperkussjoni tal-kontribuzzjonijiet reġjonali tikkorrispondi mal-intenzjoni tal‑leġiżlatur Belġjan u, min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjonijiet reġjonali, inkwantu taxxa indiretta, huma ttrasferiti fuq il-konsumatur. Għalhekk is‑sitwazzjoni f’din il-kawża, li tirrigwarda taxxa indiretta, hija differenti minn dik li l-Qorti tal-Ġustizzja ltaqgħet magħha fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, li kienet tikkonċerna taxxa diretta. Li l-immunità tat-taxxi indiretti tiġi rrifjutata għar-raġuni li l-Unjoni ma hijiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa jwassal, fil-prattika, sabiex tiġi rrifjutata kważi dejjem l-immunità minn taxxi indiretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Nibda billi nistqarr li ma tantx jien konvint mill-argument tal‑Kummissjoni li hija n-natura tat-taxxi indiretti li jiġu ttrasferiti. Il-kwistjoni ma hijiex jekk it-taxxi indiretti humiex, min-natura tagħhom, trasferibbli, iżda jekk it-taxxa indiretta inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-kontribuzzjonijiet reġjonali, hijiex trasferibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-immunità ma tistax tiġi miċħuda għar-raġuni biss li l-Unjoni ma hijiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet reġjonali jistħoqqilha, fl-opinjoni tiegħi, li tkun segwita għar-raġunijiet esposti iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll ma jirriżultax li, sabiex jibbenefikaw mill‑immunità, it-taxxi indiretti u t-taxxi fuq il-bejgħ li huwa jipprevedi għandhom ikunu dovuti direttament mill-Unjoni. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jipprevedi, pereżempju, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>l-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull meta jkun possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrinunzjaw għal jew jirrimborsaw l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ <HT TYPE="ITALIC">li għalihom hija suġġetta l-Unjoni</HT> meta tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xirjiet sostanzjali ta’ proprjetà immobbli jew mobbli<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>. Dan ma huwiex il-każ. Din id-dispożizzjoni teżiġi biss, kif osservajt, li t-taxxi indiretti jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>inklużi fil-prezz<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> imħallas mill-Unjoni, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>l-prezz tagħhom [...] jinkludi<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> t-taxxi indiretti. Għalhekk huwa biżżejjed li l-Unjoni tħallas, fil-prattika, l-ammont ta’ taxxi indiretti sakemm dawn jaqgħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, mingħajr ma huwa meħtieġ li l-Unjoni tkun il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-immunità ma tistax tiġi rrifjutata għar-raġuni biss li d-dritt nazzjonali ma jindikax lill-Unjoni bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa d-dritt Belġjan li jiddefinixxi l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet reġjonali (il-fornitur tal-elettriku, l-amministratur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni, u sussegwentement il-fornitur tal-gass), kif ukoll il‑bażi tagħhom (it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-elettriku, il-kejl tal-meters tal-gass), ir-rati tagħhom (il-valur f’euro li jikkorrispondi ma’ kategorija ta’ elettriku mogħtija għad-dispożizzjoni, jew mal-kejl tal-meter tal-gass) u l‑eżenzjonijiet (l-eżenzjoni tal-enerġija miżmuma għad-dispożizzjoni tal-klijenti għan-netwerk ta’ trasport bil-ferrovija tagħhom).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Konsegwentement, li l-immunità tiġi rrifjutata għar-raġuni li l‑Unjoni ma hijiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, kemm jekk din hija taxxa diretta jew taxxa indiretta, iwassal li l-Istat tas-sede jkun jista’ jiddefinixxi l-kunċett ta’ taxxa fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Madankollu, kif osservajt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza AGF Belgium, li l-kunċett ta’ taxxa huwa suġġett għal interpretazzjoni awtonoma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:144">EU:C:1996:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara l-punt 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Jibqa’ li jiġi eżaminat l-argument tar-Renju tal-Belġju rigward in-natura kuntrattwali tar-riperkussjoni tal-kontribuzzjonijiet reġjonali fuq il-klijent finali. Fl-opinjoni tiegħi, f’dan ir-rigward, jeżistu raġunijiet b’saħħithom li jitfgħu dubju fuq in-natura strettament kuntrattwali tar‑riperkussjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Qabelxejn, il-fakultà ta’ riperkussjoni tal-kontribuzzjonijiet reġjonali hija espressament prevista fid-Digriet dwar l-Elettriku u fid‑Digriet dwar il-Gass. L-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-Gass jipprevedi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sat-tħassir tiegħu bid-digriet tal-<DATE ISO="20110720">20 ta’ Lulju 2011</DATE> li jemenda d-Digriet dwar il-Gass, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 13.</P></NOTE> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>r-riperkussjoni [tal-ispejjeż marbuta mal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku] fit-tariffi hija rregolata mil-leġiżlazzjoni federali<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>. L‑Artikolu 26(9) tad-Digriet dwar l-Elettriku jinkludi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sat-tħassir tiegħu bid-digriet tal-<DATE ISO="20110720">20 ta’ Lulju 2011</DATE> li jemenda d-Digriet dwar l-Elettriku, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 9.</P></NOTE> dispożizzjoni simili. Il-kummentarju tal-artikoli tal-abbozz tad-Digriet dwar il-Gass jindika, fir-rigward tal-Artikolu 20 tiegħu, li dan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>jipprovdi biss li l‑ispiża relatata mal-eżerċizzju [tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku] titħallas mill-amministratur tan-netwerk li jista’ <HT TYPE="ITALIC">jintegraha</HT>, bl-istess mod bħall-fatturi tal-ispejjeż ta’ spejjeż oħra tiegħu, fil-proposta tariffarja li huwa jressaq quddiem il-[Kummissjoni li tirregola l-Elettriku u l-Gass], b’osservanza tad-digriet irjali li jorganizza l-istruttura tariffarja ġenerali tan-netwerks ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Parlament ta’ Brussell-Kapitali, dokumenti parlamentari, sessjoni 2003/2004, dokument A‑506/1-03/04, kummentarju tal-artikoli, Artikolu 20 (enfasi magħmula minni).</P></NOTE>. Id-digriet irjali tad-<DATE ISO="20040229">29 ta’ Frar 2004</DATE> dwar l-istruttura tariffarja ġenerali u l-prinċipji ta’ bażi u proċeduri fil-qasam ta’ tariffi u ta’ kontabbiltà tal-amministraturi tan-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali attivi fit-territorju Belġjan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, p.13656.</P></NOTE> jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>fil-fatturazzjoni tat-tariffi <HT TYPE="ITALIC">huma integrati</HT> l-intestaturi tariffarji marbuta mat-taxxa, ħlasijiet, ħlasijiet addizzjonali, kontribuzzjonijiet u remunerazzjonijiet […]. <HT TYPE="ITALIC">Dawn jinkludu, jekk ikun il-każ</HT>: 1° il-ħlasijiet addizzjonali, ħlasijiet jew remunerazzjonijiet fid-dawl tal‑finanzjament tal-obbligi ta’ servizz pubbliku […]<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Artikolu 9 (enfasi magħmula minni).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Imbagħad, nirrileva li skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tad-Digriet dwar l-Elettriku, il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa hija eżentata mill‑kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>għall-enerġija miżmuma għad-dispożizzjoni tal-klijenti għan-netwerk ta’ trasport bil-ferrovija tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>. Fi kliem ieħor, din il-kontribuzzjoni ma hijiex dovuta meta l‑klijent finali jopera netwerk ta’ trasport bil-ferrovija: għalhekk il‑leġiżlatur Belġjan tassew ħa inkunsiderazzjoni l-konsum, tal-inqas konsum wieħed partikolari (il-moviment tal-ferrovija). Mill-Artikolu 26(2) tad-Digriet dwar l-Elettriku, jista’ jiġi dedott li l-kontribuzzjoni reġjonali tal‑elettriku hija intiża sabiex tolqot il-konsum, jiġifieri li hija intiża sabiex tiġi ttrasferita fuq il-konsumatur finali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa partikolarment sinjifikattiv li, sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għandha għarfien, persuna waħda responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet reġjonali, Luminus, aċċettat li ma tittrasferixxix il-kontribuzzjonijiet reġjonali fuq l-Unjoni. Il-Kummissjoni qalet li kellha tirrinunzja milli tinkludi fis‑sejħiet għal offerti tagħha klawżola li tipprovdi n-nuqqas ta’ riperkussjoni tal-kontribuzzjonijiet reġjonali fuq l-Unjoni, peress li ebda offerent ma kien lest li jaċċetta tali klawżola. Barra minn hekk, jekk Luminus aċċettat in-nuqqas ta’ riperkussjoni tal-kontribuzzjonijiet reġjonali, skont il-Kummissjoni dan kien għaliex hija kienet konvinta, b’mod żbaljat, li dawn il‑kontribuzzjonijiet ma kellhiex tħallashom hija stess. Barra minn hekk, Luminus sussegwentement talbet lill-Unjoni r-rimbors tal-kontribuzzjonijiet reġjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa korrett li, bħala ma rrileva r-Renju tal-Belġju, il‑persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa ma għandhiex l-obbligu li tittrasferixxi l‑kontribuzzjonijiet reġjonali fuq il-klijent finali, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-assenza ta’ riperkussjoni, il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tibqa’ obbligata li tħallas il-kontribuzzjonijiet reġjonali lill-awtoritajiet pubbliċi tar-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni ssostni li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa li, fin-nuqqas ta’ klawżola f’dan is-sens, ma tittrasferixxix il‑kontribuzzjonijiet reġjonali fuq il-klijenti tagħha, ikollha diffikultà sabiex issostni l-piż ekonomiku, b’tali mod li ssib ruħha f’sitwazzjoni delikata. Ir-Renju tal-Belġju jwieġeb li, jekk dan kien il-każ, il‑Kummissjoni kienet tat lil Luminus <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>kuntratt pubbliku li ma jilħaqx il-livell meħtieġ<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> u li hija ma tistax tibbaża ruħha fuq illegalità li tagħha hija l-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jidhirli li huwa ċar li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa li ma tittrasferixxix il-kontribuzzjonijiet reġjonali fuq il-klijenti tagħha ssib ruħha f’sitwazzjoni delikata. Huwa fl-interess tagħha li tittrasferixxihom, għaliex hija għandha obbligu li tħallashom lill-awtoritajiet pubbliċi, anki jekk ma tittrasferixxihomx. Jidher li għandha tittrasferixxi bilfors jekk trid tevita li ssib ruħha f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nippreċiża li s-sitwazzjoni f’din il-kawża hija differenti minn dik li kellha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja fis‑sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ġġustifikat ir-rifjut ta’ eżenzjoni mit-taxxa reġjonali fuq proprjetà immobbli inkwistjoni minħabba n‑natura kuntrattwali tar-riperkussjoni fuq l-Unjoni, li kienet timplika li l-Unjoni kienet libera li tirrifjuta r-riperkussjoni. Issa, f’din il‑kawża, l-Unjoni ma jidhirlix li għandha, sabiex tirrifjuta r-riperkussjoni tal‑kontribuzzjonijiet reġjonali, libertà paragunabbli ma’ dik li hija kellha sabiex tirrifjuta r-riperkussjoni tat-taxxa reġjonali fuq proprjetà immobbli. Fil-fatt, għalkemm il-proprjetarju tal-immobbli kien għamel ir‑riperkussjoni ta’ din it-taxxa l-kundizzjoni sabiex jiffirma l-kuntratt tal-kera, mingħajr dubju l-Unjoni setgħet iddur lejn sidien il-kera oħra. Ikun iktar delikat għaliha li ddur lejn fornituri oħra tal-elettriku jew tal-gass, peress li għalkemm is-swieq tal-elettriku u tal-gass huma swieq ċertament miftuħin għall‑kompetizzjoni, iżda ma għandhomx numru illimitat ta’ operaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk huwa mingħajr kontradizzjoni tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tilqa’ t-talba tal-Kummissjoni f’din il-kawża. Huwa minnu li, f’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>kwalunkwe sitwazzjoni tas-suq li tkun ma tistax toħloq immunità fiskali<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>. Jidhirli, madankollu, li din ma hijiex is-sitwazzjoni ekonomika tas-suq tal-elettriku u tal-gass, iżda n-natura tiegħu, ċertament miftuħa, iżda rregolata, li tillimita l-libertà tal-għażla tal-fornitur. Is-suq tal‑elettriku u tal-gass ma jistax jiġi pparagunat mas-suq tal-proprjetà immobbli, inkwistjoni fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni intermedja, nikkunsidra li l-Kummissjoni stabbilit b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-kundizzjonijiet tal-immunità previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll huma ssodisfatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-klassifikazzjoni bħala</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>biss ħlasijiet għal servizzi ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ utilità pubblika</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-Renju tal-Belġju jallega li, anki jekk jiġi preżuppost li l‑kontribuzzjonijiet reġjonali huma dovuti mill-Unjoni, dawn madankollu għandhom jiġu kklassifikati bħala biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika. Bħala tali huma ma jibbenefikawx mill-immunità, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Konsegwentement, l-ewwel għandi nindirizza dan l-argument sabiex inkun nista’ nasal għal konklużjoni definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li taxxa tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, jekk kienet tissodisfa żewġ kundizzjonijiet. L-ewwel, is-servizz ta’ utilità pubblika għandu jiġi pprovdut jew, għall-inqas, jista’ jiġi pprovdut lil dawk li jħallsu t-tariffa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AGF Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:144">EU:C:1996:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Komunità Ewropea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:678">EU:C:2006:678</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. It-tieni nett, għandha teżisti rabta diretta u proporzjonali bejn il-valur reali ta’ dan is-servizz u d-dazju mħallas mill-benefiċjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Komunità Ewropea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:678">EU:C:2006:678</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Sussegwentement ser neżamina jekk il-kontribuzzjonijiet reġjonali jissodisfawx dawn iż-żewġ kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq il-kunċett ta’ servizz ipprovdut lil dawk li jħallsu t-tariffa</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li s-servizzi mħallsa mill‑kontribuzzjonijiet reġjonali, jew ma jistgħux ikunu pprovduti lill‑Unjoni, jew ma jistgħux jiġu pprovduti lilha speċifikament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku, ċerti missjonijiet ta’ servizz pubbliku previsti fl-Artikoli 24 u 24a tad-Digriet dwar l-Elettriku huma indirizzati, kif tenfasizza l-Kummissjoni, għall-klijenti residenzjali biss: għalhekk l-Unjoni ma tistax tibbenefika minnhom. L-istess japplika għall-provvista minima mhux interrotta ta’ elettriku għall-konsum domestiku, kif ukoll il-provvista tal‑elettriku b’tariffa soċjali speċifika, previsti fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 24(1). Għall-kuntrarju ta’ dak sostnut mir-Renju tal-Belġju, ma huwiex importanti li l-persunal tal-Unjoni jista’ jibbenefika minn dawn il‑missjonijiet ta’ servizz pubbliku: l-Artikolu 3 tal-Protokoll jipprovdi immunità għall-benefiċċju tal-Unjoni, u mhux tal-uffiċjali u membri tal-persunal tiegħu. Għalhekk hija l-Unjoni għandha tingħata s-servizzi ta’ utilità pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Konsegwentement, la l-provvista minima mhux interrotta tal-elettriku għall-konsum domestiku u lanqas il-provvista tal-elettriku b’tariffa soċjali speċifika ma jikkostitwixxu servizzi ta’ utilità pubblika fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jidhirli li missjonijiet ta’ servizz pubbliku oħra, fost dawk previsti mid-Digriet dwar l-Elettriku, jistgħu jkunu ta’ benefiċċju lill-Unjoni jew effettivament ta’ benefiċċju għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ma jistax jiġi eskluż li l-konsum mill-ġdid tal-elettriku prodott permezz ta’ koġenerazzjoni, previst fil-punt 1 tal‑Artikolu 24a tad-Digriet dwar l-Elettriku, huwa ta’ benefiċċju għall-Unjoni. Il-Kummissjoni tindika fil-fatt li l-istituzzjonijiet tal‑Unjoni għandhom sistemi ta’ koġenerazzjoni. Donnu ma huwiex importanti li l-produzzjoni tal-istituzzjoni tkun inqas mill-konsum tagħhom, b’tali mod li huma jbigħu biss l-elettriku li jipproduċu huma stess permezz ta’ koġenerazzjoni: huwa suffiċjenti li l-Unjoni tista’ tibbenefika mill-konsum mill-ġdid tal-elettriku prodott b’dan il-mod. Lanqas ma huwa importanti li l-konsum mill-ġdid tal-elettriku prodott permezz ta’ koġenerazzjoni jidħol fil-kuntest ta’ politika ambjentali tar‑Reġjun ta’ Brussell-Kapitali: kuntrarjament ta’ dak li ssostni l‑Kummissjoni, il-konsum mill-ġdid xorta waħda jikkostitwixxi servizz<?PAGE NO="16"?> ipprovdut lill-Unjoni. Barra minn hekk, ma huwiex impossibbli li f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata l-Unjoni tipproduċi iktar milli tikkonsma. Fl-aħħar nett, il‑bejgħ tal-elettriku, fir-rigward tal-kwantitajiet żgħar inkwistjoni, ma jistax jiġi assimilat ma’ attività kummerċjali, li l-Unjoni ma għandhiex l-għan li teżerċita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u t-tiġdid tal‑installazzjonijiet ta’ dawl fit-toroq pubbliċi, previsti fil-punt 2 tal-Artikolu 24a tad‑Digriet dwar l-Elettriku, huma ta’ benefiċċju għall-Unjoni, għal dak li jikkonċerna d-dwal tal-kwartieri li fihom jinsabu l-istituzzjonijiet u l‑korpi tal-Unjoni. Ċertament, id-dawl fit-toroq pubbliċi huwa għall-benefiċċju ta’ nies għaddejjin minn Brussell u mhux lill-Unjoni biss. Madankollu, għall‑kuntrarju ta’ dak sostnut mill-Kummissjoni, il-kunċett ta’ ħlasijiet ta’ servizz ta’ utilità pubblika ma jimplikax, fl-opinjoni tiegħi, li s-servizz jiġi pprovdut b’mod speċifiku lil dak li jħallas: it‑tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, jirrigwarda servizzi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>ta’ utilità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, mhux servizzi pprovduti li huma ekwivalenti għal provvista kuntrattwali rregolata mid-dritt privat. Konsegwentement, id-dawl fit-toroq pubbliċi inkwantu tali jista’, fil-prinċipju, jikkostitwixxi servizz ta’ utilità pubblika li minnu tibbenefika l-Unjoni fis-sens tat-tielet paragrafu tal‑Artikolu 3 tal-Protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fuq kollox, il-programm ta’ użu razzjonali tal-elettriku, previst fl-Artikolu 24(2) tad-Digriet dwar l-Elettriku, kien effettivament ta’ benefiċċju għall-Unjoni. Il-Kummissjoni ma tikkontestax li l‑istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni bbenefikaw minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>bonus ta’ enerġija<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> intiża, pereżempju, għat-titjib tad-dawl ta’ binja fir-rigward tar-rendiment tal-enerġija tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ċerti missjonijiet ta’ servizz pubbliku ffinanzjati mill-kontribuzzjoni reġjonali tal-elettriku jistgħu jibbenefikaw lill‑Unjoni (il-konsum mill-ġdid tal-elettriku pprovdut permezz ta’ koġenerazzjoni) jew ikunu ta’ benefiċċju għaliha (id-dawl pubbliku, il‑programm ta’ użu razzjonali tal-enerġija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontribuzzjoni reġjonali tal-gass, nikkuntenta ruħi nirrileva li waħda mill-missjonijiet ta’ servizz pubbliku previsti fl‑Artikoli 18 u 18a tad-Digriet dwar il-Gass tista’ tibbenefika lill‑Unjoni: il-programm ta’ użu razzjonali tal-gass, previst fl-Artikolu 18a(2) tad-Digriet dwar il-Gass. Nippreċiża li l-Artikolu 18a(2) tad-Digriet dwar il-Gass għadu fis-seħħ, u għalhekk jista’ jkun hemm dubju dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li, wara Awwissu 2011, il-missjonijiet kollha ta’ servizz pubbliku ffinanzjati mill-kontribuzzjoni reġjonali tal‑gass huma indirizzati biss għall-konsum domestiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex il-kontribuzzjonijiet reġjonali jiġu kklassifikati bħala biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika u jevitaw għalhekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, ma huwiex suffiċjenti li huma ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika pprovduti lill-Unjoni. Irid ikun hemm ukoll rabta diretta u proporzjonali bejn l-ispejjeż reali ta’ dawn is-servizzi u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet reġjonali. Issa, jidhirli li din ir-rabta hija nieqsa f’dan il‑każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq ir-rabta diretta u proporzjonali bejn l-ispejjeż reali tas-servizz u d-dazju mħallas mill-benefiċjarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li l-kontribuzzjonijiet reġjonali huma kkalkolati skont l-enerġija mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-klijent finali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Bla ħsara, għall-kontribuzzjoni reġjonali tal-gass u l-klijent finali li l-meter tagħhom għandu kejl ta’ 6 sa 10 m<HT TYPE="SUP">3</HT>/h (jew l-iżgħar kejl eżistenti), tal-aħħar konsum annwali.</P></NOTE>. Hija tiddeduċi minn dan li l-kontribuzzjonijiet reġjonali ma humiex ikkalkolati skont l-ispiża tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku li huma jiffinanzjaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, l-argument tal-Kummissjoni għandu jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 26(3) tad-Digriet dwar l-Elettriku jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>d-dazju huwa kkalkolat abbażi tal-enerġija miżmuma għad‑dispożizzjoni tal-klijenti finali eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>. L-Artikolu 20f(3) tad‑Digriet dwar il-Gass, introdott fl-2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-punt 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>d-dazju huwa kkalkolat abbażi tal-kejl tal-meters użati mill-amministratur tan-netwerk, f’siti ta’ konsum fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, għand il-klijenti finali<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>. Il-kejl tal-meter huwa ddeterminat mir-rata massima tal-gass speċifikata f’metri kubi kull siegħa li għaliha huwa intiż il-meter”. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet reġjonali jiżdied mal-enerġija miżmuma għad‑dispożizzjoni tal-klijenti. Issa, l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti lill-benefiċjarju ma jiżdidux mal-enerġija miżmuma għad‑dispożizzjoni. Klijent li għalih tinżamm għad-dispożizzjoni enerġija sinjifikattiva, ma jibbenefikax iktar minn missjonijiet ta’ servizz pubbliku minn klijent li tinżamm għad-dispożizzjoni tiegħu provvista iżgħar: il-benefiċċju mill-missjonijiet ta’ servizz pubbliku, u għalhekk l-ispiża tagħhom, ma huwiex marbut mal-enerġija mqiegħda għad-dispożizzjoni. Konsegwentement, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet reġjonali ma huwiex relatat mal-ispiża tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kontribuzzjonijiet reġjonali ma jistgħux jitqiesu li huma biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. Fil-fatt, għalkemm ċerti missjonijiet ta’ servizz pubbliku li dawn jiffinanzjaw jikkostitwixxu servizzi pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti, lill‑Unjoni, l-ammont tagħhom ma huwiex skont l-ispiża ta’ dawn is‑servizzi. Għalhekk il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-kontribuzzjonijiet reġjonali jikkostitwixxu taxxa fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għalhekk ir-rikors tal-Kummissjoni għandu jintlaqa’. Skont l‑Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir‑Renju tal-Belġju għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Għalhekk fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>tikkonstata li, billi rrifjuta li jagħti lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni stabbiliti fi Brussell l-immunità minn kontribuzzjonijiet reġjonali intiżi għall-finanzjament tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fil-qasam tal-provvista tal-elettriku u tal-gass, previsti fl‑Artikolu 26 tad-digriet tad-<DATE ISO="20010719">19 ta’ Lulju 2001</DATE> dwar l‑organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u fl-Artikolu 20 tad-digriet tal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> dwar l‑organizzazzjoni tas-suq tal-gass fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, dwar tariffi tat‑toroq fil-qasam tal-gass u tal-elettriku u li jemenda d-digriet tad-<DATE ISO="20010719">19 ta’ Lulju 2001</DATE> dwar l‑organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il‑privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>