02017D2453 — MT — 08.07.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2453 tal-21 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti miż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati MON 88302 × Ms8 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (notifikata bid-dokument C(2017) 9045) (It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi) (ĠU L 346 28.12.2017, p. 31) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 182 |
46 |
8.7.2019 |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2453
tal-21 ta' Diċembru 2017
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti miż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati MON 88302 × Ms8 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament
(notifikata bid-dokument C(2017) 9045)
(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku
1. L-identifikaturi uniċi li ġejjin għall-organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) huma assenjati skont ir-Regolament (KE) Nru 65/2004:
(a) l-identifikatur uniku MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6 għaż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati (Brassica napus L.) MON 88302 × Ms8 × Rf3;
(b) l-identifikatur uniku MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ5-8, għaż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati (Brassica napus L.) MON 88302 × Ms8;
(c) l-identifikatur uniku MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6 għaż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati (Brassica napus L.) MON 88302 × Rf3.
2. Iż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati msemmijin fil-paragrafu 1 jinsabu speċifikati fil-punt (b) tal-Anness.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-għanijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:
(a) l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-OĠM imsemmija fl-Artikolu 1(1);
(b) l-ikel li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott mill-OĠM imsemmija fl-Artikolu 1(1);
(c) l-OĠM imsemmija fl-Artikolu 1(1) fi prodotti li fihom dawn l-OĠM jew li jikkonsistu minnhom għal kull użu ieħor għajr dak previst fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-għanijiet tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “żrieragħ tal-lift”.
2. Fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-OĠM msemmija fl-Artikolu 1(1), bl-eċċezzjoni tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.
Artikolu 4
Metodu ta' detezzjoni
Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni taż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati MON 88302 × Ms8 × Rf3, Ms8 × MON 88302 u MON 88302 × Rf3.
Artikolu 5
Monitoraġġ għall-effetti ambjentali
1. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stipulat fil-punt (h) tal-Anness, qed jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Jenħtieġ ukoll li d-detenturi tal-awtorizzazzjoni jressqu wkoll rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detenturi tal-Awtorizzazzjoni
1. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:
(a) ►M1 Bayer Agriculture BVBA, Belgium ◄ , li jirrapreżenta lil Monsanto Company, United States;
kif ukoll
(b) ►M1 BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, rappreżentata minn BASF SE, il-Ġermanja. ◄
2. Iż-żewġ detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 8
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 9
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
(a) Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, B-2040 Antwerp, il-Belġju
kif ukoll
(b) BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, D-67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.
ANNESS
(a) Detenturi tal-Awtorizzazzjoni:
(1) L-isem: Bayer Agriculture BVBA, Belgium
Indirizz: Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
F'isem
Monsanto Company, 800 N. Lindbergh Boulevard, St Louis, Missouri, 63167, l-Istati Uniti
kif ukoll
(2) L-isem: BASF Agricultural Solutions Seed US LLC
Indirizz: 100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932, l-Istati Uniti tal-Amerika.
Irrappreżentata minn
BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, D-67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.
(b) Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:
(1) l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti miż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati (Brassica napus L.) kif speċifikat f'(e);
(2) l-ikel li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott miż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati (Brassica napus L.) kif speċifikat f'(e);
(3) żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati (Brassica napus L.) kif speċifikat f'(e) fi prodotti li fihom iż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr minn dawk pprovduti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Iż-żrieragħ tal-lift MON-883Ø2-9 jesprimu l-proteina CP4 EPSPS, li tagħti tolleranza lill-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat;
Iż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8 jesprimu l-proteina barnase u l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċida abbażi tal-ammonju tal-glufosinat;
Iż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ3–6 jesprimu l-proteina barstar u l-proteina PAT, li jagħtu tolleranza għall-erbiċida abbażi tal-ammonju tal-glufosinat.
L-espressjoni ta' proteini barstar u barnase minn Bacillus amyloliquefaciens tikkostitwixxi l-bażi ta' sistema ta' kontroll tal-fertilità maskili, permezz tal-użu tal-ġene barnase, li tneħħi l-fertilità maskili sabiex tippromwovi l-ibridizzazzjoni, u l-ġene barstar li jreġġa' lura l-fertilità maskili bil-linji ta' żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8 u ACS-BNØØ3-6 għall-kisba tal-eterożi (hybrid vigour).
(c) It-tikkettar:
(1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” se jkun “żrieragħ tal-lift”.
(2) Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu miż-żrieragħ tal-lift speċifikati fil-punt (e), bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel.
(d) Il-metodu tad-detezzjoni:
(1) Metodi speċifiċi għall-avveniment fi żmien reali u kwantittativ ibbażat fuq il-PCR għaż-żrieragħ tal-lift MON-883Ø2-9, ACSBNØØ5-8 u ACS-BNØØ3-6; il-metodi ta' detezzjoni huma vvalidati fuq eventi uniċi u vverifikati fuq DNA ġenomika estratta minn żrieragħ tal-lift MON-883Ø2-9, ACSBNØØ5-8 u ACS-BNØØ3-6;
(2) Ivvalidat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;
(3) Materjal ta' Referenza: AOCS 1011-A (għal MON-883Ø2–9) u AOCS 0306-F6 (għal ACSBNØØ5–8) u AOCS 0306-G5 (ACS-BNØØ3–6) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/LabServices/content.cfm?ItemNumber=19248.
(e) Identifikaturi partikolari:
MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6;
MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8;
MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6.
(f) Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
[Clearing House tal-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].
(g) Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġar tal-prodotti:
Mhux meħtieġa.
(h) Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:
Il-pjan ta' monitoraġġ għal effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE
[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati]
(i) Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki ser ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta' l-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati.