IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.9.2025
COM(2025) 532 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-FSE, fil-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
ANNESS 1
ABBOZZ
RAKKOMANDAZZJONI Nru .../2025
TAL-KUMITAT TA’ UFFIĊJALI GĦOLJA STABBILIT BIL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA (FSE) BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-KENJA, MEMBRU TAL-KOMUNITÀ TAL-AFRIKA TAL-LVANT, MIN-NAĦA L-OĦRA
ta’ …
dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
IL-KUMITAT TA’ UFFIĊJALI GĦOLJA,
Billi:
(1)L-Artikolu 108 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), stabbilixxa l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE bil-kompitu li jassisti lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tas-settur privat, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluża l-komunità akkademika, u s-sħab soċjali u ekonomiċi, dwar il-kwistjonijiet kollha koperti mill-Ftehim;
(2)L-Artikolu 108(2) jipprevedi li “l-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha tkun deċiża mill-Kunsill tal-FSE, fuq rakkomandazzjonijiet mingħand il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja, biex tkun żgurata rappreżentazzjoni wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha”,
JIRRAKKOMANDA:
Artikolu 1
Il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”) għandu jinkludi r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili magħżula mill-Kunsill tal-FSE f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ din ir-rakkomandazzjoni.
Artikolu 2
1.Il-Kumitat għandu jinkludi membri tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi stabbiliti minn kull Parti.
2.Kull Parti għandha tipproponi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiżgura rappreżentanza adegwata u bbilanċjata tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi rispettivi.
3.F’konformità mal-Artikolu 15 tal-Anness V tal-Ftehim, kull Parti għandha tiżgura li għandu jkun hemm rappreżentanza bbilanċjata ta’:
(a)organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet mhux governattivi,
(b)organizzazzjonijiet tan-negozji u tal-konsumaturi,
(c)trade unions, attivi fi kwistjonijiet ekonomiċi, ta’ żvilupp sostenibbli, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u oħrajn.
4.Ir-rappreżentanti magħżula għandhom iservu għad-durata tas-sħubija tagħhom fil-Grupp Konsultattiv Domestiku rispettiv. Għandhom jiġu żgurati l-għarfien espert rilevanti u r-rappreżentanza settorjali wiesgħa.
5.Għall-fini ta’ din ir-rakkomandazzjoni, “organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” tinkludi istituzzjonijiet, assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet, gruppi ta’ promozzjoni u entitajiet oħra ta’ natura mhux governattiva li ma għandhomx skop ta’ qligħ u li huma kapaċi jipprovdu pariri jew jikkontribwixxu informazzjoni speċjalizzata dwar kwistjonijiet koperti mill-Ftehim, kif ukoll rappreżentanti tal-komunità akkademika.
Artikolu 3
1.Il-Kunsill tal-FSE għandu jiddiskuti u japprova malajr il-lista tal-membri permanenti proposta mir-Repubblika tal-Kenja u mill-UE rispettivament.
2.Il-Kunsill tal-FSE jista’ jimmodifika jew jintegra l-lista tal-membri tal-Kumitat meta jkun meħtieġ.
3.Kull post vakanti fil-Kumitat ma għandux jinvalida l-kostituzzjoni tal-Kumitat jew inaqqas id-dritt tal-membri li jifdal milli jaġixxu.
ANNESS 2
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2025
TAL-KUNSILL TAL-FSE STABBILIT BIL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA (FSE) BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-KENJA, MEMBRU TAL-KOMUNITÀ TAL-AFRIKA TAL-LVANT, MIN-NAĦA L-OĦRA
ta’ …
dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
IL-KUNSILL TAL-FSE,
Billi:
(1)L-Artikolu 108 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) stabbilixxa l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE bil-kompitu li jassisti lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tas-settur privat, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluża l-komunità akkademika, u s-sħab soċjali u ekonomiċi, dwar il-kwistjonijiet kollha koperti mill-Ftehim;
(2)L-Artikolu 108(2) jipprevedi li “l-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha tkun deċiża mill-Kunsill tal-FSE, fuq rakkomandazzjonijiet mingħand il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja, biex tkun żgurata rappreżentazzjoni wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha”;
(3)Filwaqt li jikkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”) għandu jinkludi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili magħżula mill-Kunsill tal-FSE f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1.Il-Kumitat għandu jinkludi membri tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi stabbiliti minn kull Parti.
2.Kull Parti għandha tipproponi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiżgura rappreżentanza adegwata u bbilanċjata tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi rispettivi.
3.F’konformità mal-Artikolu 108 tal-Ftehim, kull Parti għandha tiżgura li għandu jkun hemm rappreżentanza bbilanċjata ta’:
(a)organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet mhux governattivi,
(b)organizzazzjonijiet tan-negozji u tal-konsumaturi,
(c)trade unions, attivi fi kwistjonijiet ekonomiċi, ta’ żvilupp sostenibbli, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u oħrajn.
4.Ir-rappreżentanti magħżula għandhom iservu għad-durata tas-sħubija tagħhom fil-Grupp Konsultattiv Domestiku rispettiv. Għandhom jiġu żgurati l-għarfien espert rilevanti u r-rappreżentanza settorjali wiesgħa.
5.Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, “organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” tinkludi istituzzjonijiet, assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet, gruppi ta’ promozzjoni u entitajiet oħra ta’ natura mhux governattiva li ma għandhomx skop ta’ qligħ u li huma kapaċi jipprovdu pariri jew jikkontribwixxu informazzjoni speċjalizzata dwar kwistjonijiet koperti mill-Ftehim, kif ukoll rappreżentanti tal-komunità akkademika.
Artikolu 3
1.Il-Kunsill tal-FSE għandu jiddiskuti u japprova malajr il-lista tal-membri permanenti proposta mir-Repubblika tal-Kenja u mill-UE rispettivament.
2.Il-Kunsill tal-FSE jista’ jimmodifika jew jintegra l-lista tal-membri tal-Kumitat meta jkun meħtieġ.
3.Kull post vakanti fil-Kumitat ma għandux jinvalida l-kostituzzjoni tal-Kumitat jew inaqqas id-dritt tal-membri li jifdal milli jaġixxu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha.
ANNESS 3
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2025
TAL-KUMITAT TA’ UFFIĊJALI GĦOLJA STABBILIT BIL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA (FSE) BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-KENJA, MEMBRU TAL-KOMUNITÀ TAL-AFRIKA TAL-LVANT, MIN-NAĦA L-OĦRA
ta’ …
dwar il-qbil tiegħu mal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
IL-KUMITAT TA’ UFFIĊJALI GĦOLJA,
Billi:
(1)L-Artikolu 108 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), stabbilixxa l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE bil-kompitu li jassisti lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tas-settur privat, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluża l-komunità akkademika, u s-sħab soċjali u ekonomiċi, dwar il-kwistjonijiet kollha koperti mill-Ftehim.
(2)L-Artikolu 108(4) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu bi qbil mal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja previst mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jaqbel mal-adozzjoni mill-Kumitat Konsultattiv tal-FSE tar-regoli ta’ proċedura tiegħu mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha.
ANNESS 4
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2025
TAL-KUMITAT KONSULTATTIV TAL-FSE STABBILIT BIL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA (FSE) BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-KENJA, MEMBRU TAL-KOMUNITÀ TAL-AFRIKA TAL-LVANT, MIN-NAĦA L-OĦRA
ta’ …
dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
IL-KUMITAT KONSULTATTIV TAL-FSE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”), iffirmat f’Nairobi fit-18 ta’ Diċembru 2023, u b’mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
Billi:
(1)Skont l-Artikolu 108(1) tal-Ftehim, il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE huwa stabbilit.
(2)Skont l-Artikolu 108(4) tal-Ftehim, il-Kunsill Konsultattiv tal-FSE jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Konsultattiv tal-FSE huma stabbiliti kif jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
ANNESS
Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
stabbilit bl-Artikolu 108 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra
Artikolu 1
Rwol tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 108 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) huwa responsabbli għall-kwistjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 108(1) tal-Ftehim.
Artikolu 2
Kompożizzjoni u Presidenza
1.Skont l-Artikolu 108(2) tal-Ftehim, il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha tiġi deċiża mill-Kunsill tal-FSE, fuq rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja, bil-ħsieb li tiġi żgurata rappreżentanza wiesgħa tal-partijiet interessati kollha.
2.Il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandu jkun kopresedut minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Kenja.
3.Skont l-Artikolu 108(3), ir-rappreżentanti tal-Partijiet għandhom jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE.
4.Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar l-isem, il-pożizzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal inkarigat biex jikkopresiedi l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għal dik il-Parti. Dan l-uffiċjal għoli jitqies li jkollu l-awtorizzazzjoni li jirrappreżenta l-Parti sad-data li l-Parti tkun innotifikat lill-Parti l-oħra Kopresident ġdid.
Artikolu 3
Segretarjat
1.L-uffiċjali mid-dipartiment responsabbli għall-Kummerċ għal kull Parti għandhom jaġixxu flimkien bħala s-Segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE.
2.Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra l-isem, il-pożizzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal li huwa l-membru tas-Segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għal dik il-Parti. Dan l-uffiċjal jitqies li jibqa’ jaġixxi bħala membru tas-Segretarjat tal-Parti sad-data li fiha l-Parti tavża lill-Parti l-oħra b’membru ġdid.
Artikolu 4
Laqgħat
1.Il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandu jiltaqa’ darba fis-sena, sakemm il-Kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor.
2.Il-laqgħat għandhom isiru f’data u ħin miftiehma, darba fi Brussell u darba f’Nairobi, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Kopresidenti.
3.Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kopresident tal-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
4.Laqgħa tista’ ssir wiċċ imb wiċċ, b’vidjokonferenza jew bi kwalunkwe mezz ieħor kif miftiehem mill-partijiet.
Artikolu 5
Delegazzjonijiet
F’perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel laqgħa, l-uffiċjal li jkun qed jagħmilha tas-Segretarju tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għal kull Parti għandu jinforma lill-uffiċjal jkun qed jagħmilha tas-Segretarju tal-Parti l-oħra dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Kenja rispettivament. Il-listi għandhom jispeċifikaw l-isem u l-funzjoni ta’ kull membru tad-delegazzjoni.
Artikolu 6
Aġenda tal-laqgħat
1.Mill-inqas 21 jum qabel laqgħa, il-membru tas-Segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE tal-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa għandu jibgħat proposta għal aġenda proviżorja lill-Parti l-oħra, bi skadenza biex tipprovdi kummenti. Mill-inqas 14-il jum qabel il-laqgħa, is-Segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandu jfassal l-aġenda proviżorja, filwaqt li jqis il-kummenti.
2.L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konsultattiv tal-FSE fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punti li ma jidhrux fl-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda bi qbil reċiproku.
Artikolu 7
Stedina ta’ esperti
Il-Kopresidenti tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE jistgħu, bi ftehim reċiproku, jistiednu esperti (jiġifieri uffiċjali mhux governattivi) biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi u biss għall-partijiet tal-laqgħa fejn jiġu diskussi suġġetti speċifiċi bħal dawn.
Artikolu 8
Minuti
1.L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandu jitfassal mill-uffiċjal li jkun qed jagħmilha ta’ membru tas-Segretarjat tal-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa, fi żmien 15-il jum minn tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Kopresidenti. L-abbozz tal-minuti għandu jintbagħat għall-kummenti lill-membru tas-Segretarjat tal-Parti l-oħra.
2.Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jiddeskrivu fil-qosor kull punt fl-aġenda, u fejn japplika jispeċifikaw:
(a)id-dokumenti kollha sottomessi lill-Kumitat Konsultattiv tal-FSE;
(b)kwalunkwe dikjarazzjoni li wieħed mill-Kopresidenti tal-Kumitat tal-FSE jkun talab li tiddaħħal fil-minuti; kif ukoll
(c)id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.
3.Anness tal-minuti għandu jinkludi wkoll lista tal-ismijiet, it-titoli u l-kapaċità tal-individwi kollha li attendew il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE.
4.Is-Segretarju għandu jaġġusta l-abbozz tal-minuti abbażi tal-kummenti riċevuti u l-abbozz tal-minuti, kif rivedut, għandu jiġi approvat mill-Partijiet fi żmien 30 jum mid-data tal-laqgħa, jew sa kwalunkwe data oħra miftiehma mill-Kopresidenti. Ladarba approvati, is-Segretarjat għandu jistabbilixxi żewġ kopji oriġinali tal-minuti, u kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali tagħhom.
Artikolu 9
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.Il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE jista’ jadotta deċiżjonijiet kif previst fl-Artikolu 108(4) tal-Ftehim u rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 108. Il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet bi qbil reċiproku.
2.Fejn il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet skont il-Ftehim, dawn l-atti għandu jingħatalhom it-titolu ta’ “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Is-Segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandu jagħti numru tas-serje progressiv, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda. Kull deċiżjoni u rakkomandazzjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.
3.Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandhom jiġu stabbiliti f’żewġ kopji, awtentikati mill-Kopresidenti u trażmessi lil kull Parti.
Artikolu 10
Trasparenza
1.Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jiltaqgħu fil-pubbliku.
2.Kull Parti tista’ tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 108 tal-Ftehim u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha jew online.
3.Id-dokumenti kollha sottomessi minn Parti għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali, sakemm dik il-Parti ma tiddeċidix mod ieħor.
4.L-aġendi proviżorji tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi qabel issir il-laqgħa tal-Kumitat. Il-minuti tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi wara l-approvazzjoni tagħhom f’konformità mal-Artikolu 8.
5.Il-pubblikazzjoni tad-dokumenti msemmija skont il-paragrafi 2 sa 4 għandha ssir f’konformità mar-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data ta’ kull Parti.
Artikolu 11
Lingwi
Il-lingwa ta’ ħidma tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha tkun l-Ingliż.
Artikolu 12
Spejjeż
1.Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, b’mod partikolari fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u n-nefqa ta’ sussistenza u fir-rigward tan-nefqa fuq vidjokonferenzi jew telekonferenzi, posta u telekomunikazzjoni.
2.L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħa.
3.In-nefqa marbuta mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni minn u lejn il-lingwi ta’ ħidma matul il-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
Artikolu 13
Emendi għar-Regoli ta’ Proċedura
Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati bil-miktub b’deċiżjoni tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE f’konformità mal-Artikolu 108(4).