IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.9.2025
COM(2025) 532 final
2025/0294(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-FSE, fil-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Suġġett tal-proposta
Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tliet korpi tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Kenja — il-Kunsill tal-FSE, il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE — b’rabta mal-adozzjoni prevista tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE; ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE; id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE; id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE.
Kuntest tal-Proposta
1.1.Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika UE-Kenja
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC, East African Community), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu l-għan li jimplimenta b’mod bilaterali l-FSE konkluż fl-2014 bejn l-UE u l-EAC, u li qatt ma daħal fis-seħħ peress li mhux l-Istati Membri kollha tal-EAC iffirmawh u rratifikawh. Il-FSE bejn l-UE u l-Kenja jipprevedi liberalizzazzjoni asimmetrika tal-kummerċ tal-oġġetti u dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2024.
1.2.Il-Kunsill tal-FSE, il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
L-Artikolu 104 tal-Ftehim stabbilixxa Kunsill tal-FSE (l-ogħla korp), u l-Artikolu 105(3) jipprevedi li l-funzjonijiet tiegħu għandhom jinkludu “li jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess”. Skont l-Artikolu 105(3) u l-Artikolu 120 tal-Ftehim, il-Kunsill tal-FSE se jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura għas-Soluzzjoni tat-Tilwim u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi. It-tnejn li huma ġew adottati mill-Kunsill fis-6 ta’ Mejju 2025.
Il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja huwa stabbilit bl-Artikolu 106 tal-Ftehim biex jassisti lill-Kunsill fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu u l-Artikolu 107(3) jipprevedi li l-funzjonijiet tiegħu għandhom jinkludu “d-determinazzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu stess” li ġew adottati wkoll mill-Kunsill fis-6 ta’ Mejju 2025.
Il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE huwa stabbilit bl-Artikolu 108 tal-Ftehim bil-kompitu li jassisti lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja biex jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tas-settur privat, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluża l-komunità akkademika, u s-sħab soċjali u ekonomiċi, dwar il-kwistjonijiet kollha koperti mill-Ftehim. Skont l-Artikolu 108(2) tal-Ftehim, il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE se tiġi deċiża mill-Kunsill tal-FSE, fuq rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja, bil-ħsieb li tiġi żgurata rappreżentanza wiesgħa tal-partijiet interessati kollha. L-Artikolu 108(4) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE “għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu [...] bi qbil mal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja.”
1.3.L-atti previsti tal-Kunsill tal-FSE, tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
Il-Kunsill tal-FSE, il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandhom jadottaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjoni li ġejjin:
1.Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE;
2.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE;
3.Id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE;
4.Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE li jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess.
2.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni
Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-FSE, fil-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE stabbilit mill-Ftehim, fir-rigward tal-adozzjoni ta’: Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE; Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE.
Il-Partijiet għall-Ftehim iddiskutew dawn ir-regoli ta’ proċedura u l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-FSE u tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja msemmija hawn fuq u qablu li, soġġett għall-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Partijiet, dawn għandhom jiġu adottati malajr biex jippermettu l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Ftehim.
Is-sustanza tar-Regoli ta’ Proċedura mehmuża hija simili għal dik ta’ regoli ta’ proċedura ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika oħra jew ftehimiet kummerċjali oħra. Ir-rakkomandazzjoni mehmuża mill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE f’dan ir-rigward huma meħtieġa mill-Artikolu 108(2) tal-Ftehim. Id-deċiżjoni mehmuża tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE hija meħtieġa mill-Artikolu 108(4) tal-Ftehim.
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE huma essenzjali biex jitlesta l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim u b’hekk tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tiegħu. Id-deċiżjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u l-qbil dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu huma kruċjali biex jiġi żgurat il-funzjonament tiegħu.
3.Bażi legali
3.1.Bażi legali proċedurali
3.1.1.Prinċipji
L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”
Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali’’ jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp inkwistjoni. Jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni”. Fl-aħħar nett, il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi wkoll atti ta’ natura organizzattiva li jinfluwenzaw il-mod li bih id-deċiżjonijiet jittieħdu fi ħdan il-korp, pereżempju jekk korp b’setgħat deċiżjonali jadottax jew jimmodifikax ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.
3.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti
Il-Kunsill tal-FSE, il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE huma korpi stabbiliti bi ftehim, jiġifieri l-FSE bejn l-UE u l-Kenja.
L-abbozzi tal-atti rispettivi li t-tliet kumitati huma mitluba jadottaw jikkostitwixxu atti li għandhom effetti legali peress li huma atti ta’ natura organizzattiva li jinfluwenzaw il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-korpi rilevanti. L-atti previsti jkunu vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikoli 104, 105, 107 u 108 tal-Ftehim.
L-atti previsti la jissupplimentaw u lanqas jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.
Għaldaqstant, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.
3.2.Bażi legali sostantiva
3.2.1.Prinċipji
Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u l-kontenut tal-att previst li dwaru tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst isegwi żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun identifikabbli bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.
3.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti
L-objettiv u l-kontenut ewlenin tal-atti previsti huma relatati mal-politika kummerċjali komuni.
Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, tat-TFUE.
3.3.Konklużjoni
Il-bażi legali tad-deċiżjoni proposta għandha tkun l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE.
4.Pubblikazzjoni tal-atti previsti
Billi l-atti tal-Kunsill tal-FSE, tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE se jadottaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE; id-deċiżjoni li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u r-Regoli ta’ Proċedura għall-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, huwa xieraq li dawn jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħhom.
2025/0294 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-FSE, fil-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2024.
(2)Skont l-Artikoli 104, 106 u 108 tal-Ftehim, il-Kunsill tal-FSE, il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u l-Kumitat Konsultattiv tal-FSE ġew stabbiliti, rispettivament, mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
(3)Skont l-Artikolu 108(2) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-FSE jiddetermina l-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, fuq rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja.
(4)Skont l-Artikolu 108(4) tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja jrid jaqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE.
(5)Skont l-Artikolu 108(4) tal-Ftehim, il-Kumitat Konsultattiv tal-FSE jrid jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.
(6)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni f’dawn it-tliet kumitati, peress li d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja rigward il-qbil tiegħu mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE se jkollhom effetti legali fl-Unjoni.
(7)Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan dawn it-tliet kumitati fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja dwar il-qbil tiegħu mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet rispettivi tat-tliet kumitati mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja, stabbilit skont l-Artikolu 106 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-FSE dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (Anness 1).
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-FSE, stabbilit skont l-Artikolu 104 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FSE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (Anness 2).
Artikolu 3
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja, stabbilit skont l-Artikolu 106 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, rigward id-deċiżjoni li taqbel mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (Anness 3).
Artikolu 4
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konsultattiv tal-FSE, stabbilit skont l-Artikolu 108 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konsultattiv tal-FSE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (Anness 4).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President