<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑231/14 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0231</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:639">EU:T:2015:639</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150916">16.9.2015</DATE> — KAWŻA T‑231/14 P [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>EMA vs DRAKEFORD</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Awla tal-Appell)</P><P><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal temporanju</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sħiħa</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑231/14 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-<DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, Drakeford vs EMA (F‑29/13, ĠabraSP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:10">EU:F:2014:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)</HT>, irrappreżentata minn T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, bħala aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Currall u G. Gattinara, bħala aġenti,</P><P>minn</P><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)</HT>, irrappreżentata minn M. Heikkilä u E. Maurage, bħala aġenti,</P><P>minn</P><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)</HT>, irrappreżentata minn H. Caniard u V. Peres de Almeida, bħala aġenti,</P><P>minn</P><P><HT TYPE="BOLD">L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)</HT>, irrappreżentata minn D. Detken, S. Gabbi u C. Pintado, bħala aġenti,</P><P>u minn</P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kontroll tal-Mard (ECDC)</HT>, irrappreżentat minn J. Mannheim u A. Daume, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li huwa</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">David Drakeford</HT>, residenti f’Dublin (l-Irlanda), irrappreżentat minn S. Orlandi u T. Martin, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell),</P><P>komposta minn M. Jaeger (Relatur), President, S. Papasavvas u G. Berardis, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-<DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, Drakeford vs EMA (F‑29/13, ĠabraSP, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:10">EU:F:2014:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ David Drakeford.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura fl-ewwel istanza u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma ddikjarati fil-punti 4 sa 19 tas-sentenza appellata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19961030">30 ta’ Ottubru 1996</DATE>, ir-rikorrent ġie rreklutat, b’effett mis-<DATE ISO="19961116">16 ta’ Novembru 1996</DATE>, mill-EMA, bħala membru tal-persunal awżiljarju, għal perijodu ta’ sena, sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ koordinatur fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika fi ħdan is-settur li jġib l-istess isem (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>settur IT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>) u li jaqa’ taħt l-unità <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>koordinazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Billi kien kandidat li għadda minn proċedura ta’ selezzjoni ta’ membri tal-persunal temporanju, sussegwentement huwa kkonkluda kuntratt mal-EMA li, b’effett mill-<DATE ISO="19970201">1 ta’ Frar 1997</DATE> u fil-kwalità ta’ membru tal-persunal temporanju fil-grad A 5 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, fdalu l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ta’ amministratur prinċipali, u dan għal perijodu ta’ ħames snin, li jiġġedded. Huwa kompla jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fi ħdan is-settur IT.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19981115">15 ta’ Novembru 1998</DATE>, ir-rikorrent ġie maħtur bħala Assistent Kap tas-settur IT. Huwa anki kien meħtieġ jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Kap tas-Settur IT <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> matul il-perijodu 2001/2003.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Mal-iskadenza tiegħu fl-<DATE ISO="20020201">1 ta’ Frar 2002</DATE>, il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ġġedded għal perijodu ġdid ta’ ħames snin.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">addendum</HT> tas-<DATE ISO="20020806">6 ta’ Awwissu 2002</DATE> għall-kuntratt tiegħu, ir-rikorrent ġie promoss għall-grad A 4.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Bħala kandidat li għadda minn proċedura ta’ selezzjoni esterna għall-pożizzjoni ta’ kap tas-settur IT, fil-<DATE ISO="20030415">15 ta’ April 2003</DATE> ir-rikorrent ikkonkluda, flimkien mal-EMA, kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju, tal-grad A 4, skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Dan il-kuntratt, ta’ ħames snin u li jiġġedded, daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20030501">1 ta’ Mejju 2003</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal, il-grad tar-rikorrent ingħata l-isem A 12.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">addendum</HT> iffirmat mill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ u r-rikorrent fl-14 u fil-<DATE ISO="20070815">15 ta’ Awwissu 2007</DATE> rispettivament, il-kuntratt tar-rikorrent iġġedded b’ħames snin b’effett mill-<DATE ISO="20080501">1 ta’ Mejju 2008</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ memorandum tal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, ir-rikorrent ġie informat bil-ħatra tiegħu bħala Kap tas-Settur tat-Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Kommunikazzjoni tal-Unità li ġġib l-istess isem (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Unità ICT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>) fil-kuntest ta’ ristrutturazzjoni interna tal-Aġenzija.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Kap tas-settur Riżorsi Umani tal-Unità <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Amministrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> informa lir-rikorrent li kien tqiegħed fil-lista tal-kandidati li għaddew mill-proċedura ta’ selezzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Unità <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ICT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, valida sal-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120730">30 ta’ Lulju 2012</DATE>, jiġifieri disa’ xhur qabel l-iskadenza tal-kuntratt tar-rikorrent, is-servizzi tas-settur <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Riżorsi Umani<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tal-EMA bagħtu lill-Kap tal-unità tar-rikorrent formola li tikkonċerna t-tiġdid eventwali tal-kuntratt ta’ dan tal-aħħar. Fis-<DATE ISO="20120817">17 ta’ Awwissu 2012</DATE>, il-Kap tal-unità tar-rikorrent ta l-opinjoni li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ebda azzjoni ma kienet neċessarja għat-tiġdid tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tar-rikorrent.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Direttur Eżekuttiv fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, billi segwa din l-opinjoni, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20120830">30 ta’ Awwissu 2012</DATE> ikkonferma lir-rikorrent li l-kuntratt tiegħu kien se jiġi fi tmiemu fit-<DATE ISO="20130430">30 ta’ April 2013</DATE> (iktar ’il quddiem id-‘deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120830">30 ta’ Awwissu 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>) u li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>fl-interess tal-Aġenzija [huwa kien ser] jitqiegħed f’pożizzjoni mhux attiva sa mill-<DATE ISO="20120901">1 ta’ Settembru 2012</DATE> sal-iskadenza tal-kuntratt tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE>, ir-rikorrent ikkontesta l-leave <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu b’effett immedjat, billi sostna, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli, li, wara kważi sittax-il sena ta’ relazzjonijiet tax-xogħol fi ħdan l-EMA, huwa kellu jitqies bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>impjegat permanenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>. Fl-istess jum, l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ irrispondiet lir-rikorrent li l-kuntratt tiegħu, konkluż għal ħames snin fil-<DATE ISO="20030415">15 ta’ April 2003</DATE> b’effett mill-<DATE ISO="20030501">1 ta’ Mejju 2003</DATE>, kien iġġedded fl-<DATE ISO="20080501">1 ta’ Mejju 2008</DATE> għal perijodu ta’ ħames snin. Permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Settembru ta’ wara, ir-rikorrent ġie informat bil-modalitajiet amministrattivi li jikkonċernaw it-tluq tiegħu mill-EMA.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120912">12 ta’ Settembru 2012</DATE>, ir-rikorrent bagħat ilment lill-EMA, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Regolamenti tal-Persunal’), kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120830">30 ta’ Awwissu 2012</DATE> billi invoka l-ħames kuntratti jew tiġdidiet tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju li seħħew mingħajr interruzzjoni sa mill-1997, liema kuntratti kienu qegħduh f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat. Insostenn ta’ tali klassifikazzjoni mill-ġdid, ir-rikorrent enfasizza x-xogħol impekkabbli u kunsiderevoli li huwa wettaq għas-servizz tal-Aġenzija. Fil-<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, huwa ppreżenta lment ta’ amplifikazzjoni li jinkludi, l-ewwel nett, talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tal-aħħar kuntratt tiegħu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, f’kuntratt għal żmien indeterminat sa mid-data li fiha t-tieni kuntratt ta’ ħames snin tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju ġie ssostitwit<?PAGE NO="4"?> bil-kuntratt il-ġdid tiegħu konkluż fil-<DATE ISO="20030415">15 ta’ April 2003</DATE>, it-tieni nett, talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid tal-ewwel kuntratt ta’ membru tal-persunal awżiljarju, li daħal fis-seħħ fis-<DATE ISO="19961116">16 ta’ Novembru 1996</DATE>, f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju, b’tali mod li t-tieni tiġdid fil-verità jkun seħħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>fid-<DATE ISO="20010509">9 ta’ Mejju 2001</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, u, it-tielet nett, talba għall-ħlas ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> bħala kumpens għad-dannu sostnut mill-fatt tat-tqegħid tiegħu fuq leave <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, liema leave huwa illegali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ċaħdet l-ilment tat-<DATE ISO="20120912">12 ta’ Settembru 2012</DATE>, kif ikkompletat bil-posta tal-15 ta’ Ottubru segwenti, għar-raġuni li l-kuntratt għal żmien determinat li kien daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20030501">1 ta’ Mejju 2003</DATE> kien iġġedded darba biss u li, fl-assenza tat-tieni tiġdid, skont l-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, dan ma setax jitqies li huwa kuntratt għal żmien indeterminat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121224">24 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta ilment ġdid skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, din id-darba kontra d-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, sa fejn din kienet tiċħad it-talbiet tiegħu għal klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt inizjali tiegħu ta’ membru tal-persunal awżiljarju f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju u tal-kuntratt attwali tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju f’kuntratt ta’ membru tal-persunal għal żmien indeterminat, u stieden lill-Aġenzija sabiex teżamina b’mod konkret il-possibbiltajiet ta’ tiġdid ta’ dan l-aħħar kuntratt. Dan l-aħħar ilment, li kien jinkludi t-talba għal tiġdid ta’ kuntratt, ġie miċħud mill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-<DATE ISO="20130328">28 ta’ Marzu 2013</DATE>, D. Drakeford ressaq azzjoni intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20120830">30 ta’ Awwissu 2012</DATE> u tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE> u l-kundanna tal-EMA sabiex tħallsu EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> bħala kumpens għad-dannu morali li huwa sostna. Min-naħa tagħha, l-EMA talbet, prinċipalment, li r-rikors jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondat, sussidjarjament talbet iċ-ċaħda tat-talbiet għal kundanna għall-ispejjeż u għall-ħlas ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> lil D. Drakeford, kif ukoll iċ-ċaħda ta’ kull talba għal kumpens fir-rigward tad-dannu materjali allegat li għadu ma ġiex stabbilit, u l-kundanna ta’ D. Drakeford għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Qabelxejn, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies bħala inammissibbli t-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, sa fejn din kienet tiċħad it-talbiet għal tiġdid tal-kuntratt ta’ D. Drakeford, għal klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal awżiljarju f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju u għal klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku laqa’, fil-punt 47 tas-sentenza appellata, it-talba ta’ D. Drakeford intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120830">30 ta’ Awwissu 2012</DATE>, billi interpreta l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[k]ull tiġdid ieħor [ta’ dan ir-reklutaġġ]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jinsab fit-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) bħala li jinkludi kull proċess li permezz tiegħu, membru tal-persunal temporanju, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jitwassal sabiex, mal-iskadenza tar-reklutaġġ tiegħu għal żmien determinat, ikompli, f’din il-kwalità, bir-relazzjoni tiegħu mal-persuna li timpjegah, anki jekk dan it-tiġdid ikun akkumpanjat minn progress fil-grad jew minn evoluzzjoni fil-funzjonijiet eżerċitati. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żied li ma jistax ikun mod ieħor ħlief jekk il-kuntratt il-ġdid ikun jaqa’ fil-kuntest ta’ sistema ġuridika ġdida jew jimmaterjalizza terminazzjoni fil-karriera li timmanifesta ruħha, pereżempju, b’emenda sostanzjali tan-natura tal-funzjonijiet eżerċitati mill-membru tal-persunal ikkonċernat.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bbaża r-raġunament tiegħu fuq l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, li huwa dak li jiggarantixxi ċertu stabbiltà tal-impjieg, u fuq il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sabiex jikkonkludi li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120830">30 ta’ Awwissu 2012</DATE>, billi ttieħdet fil-perspettiva ta’ relazzjoni tax-xogħol għal żmien determinat, kienet tmur kontra l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-dannu materjali, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għall-perijodu mill-iskadenza tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat ta’ D. Drakeford sal-għoti tas-sentenza appellata, ikkundanna lill-EMA tħallas lil D. Drakeford id-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjoni li huwa seta’ jistenna li kieku dan baqa’ fil-kariga u l-ammont tar-remunerazzjonijiet, onorarji, allowances tal-qgħad u kull kumpens ieħor ta’ sostituzzjoni jew remunerazzjoni tal-istess natura effettivament riċevuta sa mill-<DATE ISO="20130501">1 ta’ Mejju 2013</DATE>. Għall-perijodu ta’ wara l-għoti tas-sentenza appellata, billi għamel użu mill-ġurisdizzjoni sħiħa tiegħu, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku stieden lill-EMA jew li tintegra mill-ġdid lil D. Drakeford, jew inkella li tfittex li tilħaq ftehim li jistabbilixxi kumpens pekunjarju ġust, u ordna lill-partijiet jinformawh bis-soluzzjoni hekk miksuba bi ftehim komuni jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, sabiex jippreżentawlu t-talbiet tagħhom f’ċifri.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20140415">15 ta’ April 2014</DATE>, l-EMA ressqet dan l-appell, abbażi tal-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Fil-<DATE ISO="20140725">25 ta’ Lulju 2014</DATE>, D. Drakeford ippreżenta r-risposta tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-14, fil-25 u fit-<DATE ISO="20140728">28 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) talbu li jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-EMA. Permezz ta’ digrieti tal-President tal-Awla tal-Appell tat-2 u tal-<DATE ISO="20140924">24 ta’ Settembru 2014</DATE>, dawn il-ħames talbiet għal intervent insostenn tat-talbiet tal-EMA ntlaqgħu.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, l-ECHA, Frontex, l-EFSA u l-ECDC ippreżentaw nota ta’ intervent fit-terminu mogħti lilhom.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-EMA u D. Drakeford ġew mistiedna jifformulaw osservazzjonijiet dwar in-noti ta’ intervent, u dawn għamlu hekk fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-EMA, sostnuta mill-Kummissjoni, mill-ECHA, minn Frontex, mill-EFSA u mill-ECDC, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>konsegwentement, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil D. Drakeford għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>D. Drakeford jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20150209">9 ta’ Frar 2015</DATE>, l-EMA ppreżentat talba motivata, skont l-Artikolu 146 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, sabiex tinstema’ fil-kuntest tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali laqgħet it-talba tar-rikorrenti u fetħet il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għad-domandi orali tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ interpretazzjoni, imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz pubbliku, tal-kliem</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/><HT TYPE="ITALIC">[k]ull tiġdid ieħor [ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ dan ir-reklutaġġ]</HT><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><HT TYPE="ITALIC">, li jinsab fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</HT></P></TI></TITLE><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont prinċipju ġenerali ta’ interpretazzjoni, fil-każ ta’ diskrepanza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi, dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha titqies fil-kuntest tagħha u għandha tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan id-dritt, tal-għanijiet tiegħu u tal-istat tal-evoluzzjoni tagħha fid-data li fiha d-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi applikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Kirin Amgen, C‑66/09, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:484">EU:C:2010:484</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg la għandha bħala għan ċertu stabbiltà tax-xogħol u lanqas perennità tar-relazzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-persunal temporanju b’kuntratt għal żmien determinat, iżda għandha l-għan tal-prevenzjoni tal-użu abbużiv mill-kuntratti għal żmien determinat (sentenza tal-<DATE ISO="20140521">21 ta’ Mejju 2014</DATE>, Il-Kummissjoni vs Macchia, T‑368/12 P, ĠabraSP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:266">EU:T:2014:266</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60). In-nuqqas ta’ stabbiltà tar-relazzjoni tax-xogħol barra minn hekk huwa kkonfermat mill-fatt li t-tiġdid tal-kuntratt għal żmien determinat ta’ membru tal-persunal temporanju huwa sempliċi possibbiltà, ħlief fl-ipoteżi stabbilita fl-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, li għandha preċiżament l-għan li tevita l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat billi tipprevedi klassifikazzjoni mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tal-kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat. Fi kwalunkwe każ, ir-relazzjoni tax-xogħol ta’ membru tal-persunal temporanju li, bis-saħħa tal-klassifikazzjoni mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> prevista fl-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, isir detentur ta’ kuntratt għal żmien indeterminat ma hijiex ta’ natura stabbli. Fil-fatt, f’din l-ipoteżi, l-amministrazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin ittemm dan il-kuntratt għal raġuni leġittima, b’osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, qabel kollox, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li d-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ma kinux jippermettu interpretazzjoni univoka tal-imsemmija dispożizzjoni. Insostenn ta’ din il-konklużjoni, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku irrefera, minn naħa, għall-verżjoni Olandiża u dik Taljana, favorevoli għat-teżi difiża mill-EMA, u, min-naħa l-oħra, għall-verżjoni Franċiża, dik Ġermaniża, dik Ingliża u dik Spanjola. Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, fil-punt 42 tas-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li, kuntrarjament għall-verżjoni Taljana u dik Olandiża, il-formulazzjoni tal-verżjoni Franċiża u dik Ġermaniża, li kienet issemmi t-tiġdid tar-reklutaġġ u r-relazzjoni tax-xogħol b’mod iktar ġenerali, u dik tal-verżjoni Ingliża u dik Spanjola, li kienet issemmi tiġdid sussegwenti mingħajr ebda preċiżazzjoni, ma kinux jippermettu li wieħed jikkonkludi li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[k]ull tiġdid ieħor<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kien jikkonċerna l-istess kuntratt. Għalhekk, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata l-eżistenza ta’<?PAGE NO="7"?> żewġ kategoriji ta’ verżjonijiet lingwistiċi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg: l-ewwel waħda, li minnha kien jirriżulta b’mod ċar li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[k]ull tiġdid ieħor<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> kien jirreferi għall-kuntratt, u l-oħra, li ma kinitx tippermetti tali konklużjoni. Fid-dawl ta’ din id-differenza bejn it-testi, li ma kinux jipprovdu indikazzjoni mhux ekwivoka fir-rigward tal-għan tat-tiġdid li jwassal għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li kien hemm lok li tiġi stabbilita interpretazzjoni uniformi tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma hijiex ivvizzjata minn żball ta’ liġi. Ċertament huwa minnu li, hekk kif sostniet l-EMA, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jagħraf il-fatt li, fil-verżjoni Ingliża u dik Spanjola, b’differenza mill-verżjoni Franċiża u dik Ġermaniża, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[k]ull tiġdid ieħor<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> seta’ biss jirreferi għall-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Madankollu, dan l-iżball ma għandux effett fuq l-evalwazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sa fejn dan tal-aħħar ġustament ikkonstata li, għall-kuntrarju, il-verżjoni Franċiża u dik Ġermaniża ma kinux jippermettu li wieħed jasal għal konklużjoni univoka dwar l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Fil-fatt, fl-imsemmija verżjonijiet, l-użu alternattiv tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[reklutaġġ]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[kuntratt]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[k]ull tiġdid ieħor [ta’ dan ir-reklutaġġ]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jirrendi d-dispożizzjoni ambigwa. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>reklutaġġ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tikkonċerna b’mod iktar ġenerali r-relazzjoni tax-xogħol bejn membru tal-persunal, minn naħa, u istituzzjoni jew aġenzija, min-naħa l-oħra, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tikkorrispondi għall-istrument legali li permezz tiegħu din ir-relazzjoni tikkonkretizza ruħha. Peress li l-formulazzjoni tal-verżjoni Franċiża u dik Ġermaniża tippermetti li tiġi interpretata fis-sens li r-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal jista’ jsir permezz tal-konklużjoni ta’ diversi kuntratti fil-kuntest tal-istess relazzjoni tax-xogħol, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ġustament qies li l-imsemmija verżjonijiet ma kinux jippermettu li wieħed ikun jaf jekk il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>[k]ull tiġdid ieħor<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kienx jirreferi b’mod univoku għar-reklutaġġ jew għall-kuntratt. Konsegwentement, l-argument sussegwenti tal-EMA li jgħid li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>reklutaġġ<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jistgħu jintużaw waħda flok l-oħra, lanqas ma jista’ jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-istess interpretazzjoni testwali proposta mill-EMA li t-tiġdid għandu jkun jikkonċerna l-istess kuntratt għal żmien determinat sabiex tkun tapplika l-aħħar sentenza tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, ma hijiex nieqsa minn ambigwità, sa fejn il-verżjonijiet lingwistiċi li jużaw esklużivament il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jistgħu jingħataw interpretazzjoni testwali differenti minn din tal-aħħar. Fil-fatt, jista’ jkun il-każ li membru tal-persunal temporanju li jkollu kuntratt għal żmien determinat sussegwentement jikkonkludi kuntratt għal żmien determinat ġdid li, anki jekk distint formalment, joffri kontinwità sostanzjali mal-kuntratt inizjali. Minn dan jirriżulta li xejn ma jxekkel milli wieħed jikkunsidra li, fir-rigward tal-għan tat-tiġdid li jwassal għat-trasformazzjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat, l-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg tista’ tiġi interpretata bħala li tagħmel riferiment għall-istess tip ta’ kuntratt, jiġifieri kuntratt għal żmien determinat, iktar milli għal kuntratt identiku għall-kuntratt inizjali. Din l-ipoteżi għaldaqstant turi li, bħala prinċipju, kuntratti għal żmien determinat suċċessivi bejn membru tal-persunal u l-amministrazzjoni jistgħu, sa fejn huma jkollhom kontinwità mal-ewwel kuntratt għal żmien determinat, jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, billi kkonstata differenza bejn it-testi li jistgħu jipproduċu diverġenzi fis-sens, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku seta’, mingħajr ma jwettaq żball ta’ liġi, minn naħa jsostni li ma setax jillimita ruħu għal approċċ sempliċement testwali u, min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta’ interpretazzjoni uniformi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, japplika, fil-punt 45 tas-sentenza appellata, il-prinċipju ġenerali li dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kollha, fid-dawl tal-għanijiet tiegħu u fid-dawl tal-istat ta’ evoluzzjoni tal-imsemmi dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bbaża l-interpretazzjoni tiegħu tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg abbażi, minn naħa, tal-għan tiegħu u, min-naħa l-oħra, tal-kuntest tiegħu. Fir-rigward tal-għan tal-imsemmija dispożizzjoni, fil-punti 43, 44 u 46 tas-sentenza appellata t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku essenzjalment iddeċieda li hija kellha l-għan li tiggarantixxi ċertu stabbiltà tal-impjieg fil-qasam tar-relazzjoni tax-xogħol. Fir-rigward tal-kuntest tagħha, fil-punt 47 tas-sentenza appellata t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li teskludi l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat ta’ membru tal-persunal temporanju f’kuntratt għal żmien indeterminat minħabba s-sempliċi fatt li dan tal-aħħar kien mexa ’l quddiem fil-karriera tiegħu billi kkonkluda kuntratti differenti mal-amministrazzjoni tkun tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll kontra r-rieda tal-leġiżlatur, espressa b’mod espliċitu fl-Artikolu 12(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, li jiġi żgurat li l-membri tal-persunal temporanju jipprovdu lill-istituzzjonijiet is-servizzi ta’ persuni tal-ogħla ħiliet, effiċjenza u integrità.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, għandu jiġi kkonstatat li, meta ddeċieda li l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg kien li jiggarantixxi ċertu stabbiltà tal-impjieg, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li ddeċieda, kif ġie rrilevat fil-punt 23 iktar ’il fuq, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għandu l-għan li jippreveni l-abbużi li jirriżultaw mill-użu, mill-amministrazzjoni, ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi. Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fil-punt 19 iktar ’il fuq, l-għan limitat tal-imsemmi artikolu huwa kkonfermat mis-setgħa rrikonoxxuta lill-amministrazzjoni li fi kwalunkwe ħin ittemm ir-relazzjoni tax-xogħol ma’ membru tal-persunal temporanju li jkollu kuntratt għal żmien indeterminat, bl-osservanza tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tal-Unjoni tista’ tiċħad motiv jew ilment bħala ineffettiv meta din tikkonstata li dan il-motiv jew ilment ma huwiex ta’ natura, fl-ipoteżi fejn dan ikun fondat, li jwassal għall-annullament imfittex (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Michail vs Il-Kummissjoni, T‑50/08 P, ĠabraSP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:457">EU:T:2009:457</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, minkejja li huwa minnu li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta qies li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg kien intiż li jiggarantixxi ċertu stabbiltà tal-impjieg, min-naħa l-oħra huwa ġustament iddeċieda li l-imsemmi artikolu kien jipprekludi li wieħed iqis li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat ta’ membru tal-persunal temporanju f’kuntratt għal żmien indeterminat setgħet isseħħ <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> biss meta t-tiġdidiet suċċessivi jkunu jikkonċernaw l-istess kuntratt. Fil-fatt, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ġustament irrileva, fil-punt 47 tas-sentenza appellata, li jekk membru tal-persunal temporanju b’kuntratt għal żmien determinat, li jkun mexa ’l quddiem fil-karriera tiegħu minħabba r-riżultati professjonali tajbin tiegħu permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratti differenti, jiġi mċaħħad mill-protezzjoni prevista mill-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, b’mod komparattiv ma’ membru tal-persunal temporanju b’kuntratt għal żmien determinat li l-istess kuntratt tiegħu ġie mġedded mingħajr progressjoni fil-karriera bis-saħħa ta’ merti partikolari, dan ikollu l-effett li jippenalizza lil tal-ewwel. Għaldaqstant, l-argument tal-EMA għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-tielet parti, huwa biżżejjed jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-EMA, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma assimilax il-membri tal-persunal temporanju mal-uffiċjali. Ċertament, kif ġie kkonstatat fil-punt 29 iktar ’il fuq, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ħax inkunsiderazzjoni l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 50 tas-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li l-amministrazzjoni setgħet, fi kwalunkwe ħin, ittemm il-kuntratt għal żmien indeterminat ta’ membru tal-persunal, b’osservanza tat-terminu previst fl-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Dan juri li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bl-ebda mod ma kkontesta<?PAGE NO="9"?> d-differenza bejn l-uffiċjali u l-membri tal-persunal u s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li l-amministrazzjoni għandha fir-relazzjonijiet ta’ xogħol ma’ dawn tal-aħħar (sentenza tal-<DATE ISO="20131204">4 ta’ Diċembru 2013</DATE>, ETF vs Schuerings, T‑107/11 P, ĠabraSP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:624">EU:T:2013:624</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 76).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-ewwel aggravju tal-EMA għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ liġi fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-eċċezzjoni għall-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg</HT></P></TI></TITLE><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li r-riferiment għal sistema ġuridika oħra jkun vag, u saħansitra ma jagħmilx sens, għandu jiġi kkonstatat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi. Fil-fatt, hekk kif l-EMA, sostnuta mill-Kummissjoni, mill-ECHA, minn Frontex, mill-EFSA u mill-ECDC, sostniet ġustament, il-Kondizzjonijiet tal-impjieg huwa l-unika sistema ġuridika li tapplika għall-membri tal-persunal temporanju kollha. Għalhekk, riferiment, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għal sistema ġuridika oħra huwa żbaljat.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 31 iktar ’il fuq, il-qorti tal-Unjoni tista’ tiċħad motiv jew ilment bħala ineffettiv meta hija tikkonstata li dan ma huwiex ta’ natura, fl-ipoteżi li dan ikun fondat, li jwassal għall-annullament imfittex (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Michail vs Il-Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:457">EU:T:2009:457</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk ir-riferiment għal xi sistema oħra applikabbli huwa żbaljat, fis-sentenza appellata t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bbaża r-raġunament tiegħu fuq l-ipoteżi dwar il-materjalizzazzjoni ta’ terminazzjoni tal-karriera. Minn dan jirriżulta li l-argument tan-natura vaga, u saħansitra mingħajr sens, tar-riferiment għal sistema ġuridika oħra għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li l-kuntratt il-ġdid jimmaterjalizza terminazzjoni fil-karriera tal-membru tal-persunal temporanju, preliminarjament għandu jiġi rrilevat li l-eċċezzjoni stabbilita mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għall-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni mill-ġdid prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg fl-ipoteżi ta’ tmiem tal-karriera hija l-konsegwenza loġika tal-interpretazzjoni tal-imsemmi artikolu. Fil-fatt, l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg huwa li jevita li, fl-ipoteżi ta’ progress fil-karriera jew ta’ evoluzzjoni fil-funzjonijiet ta’ membru tal-persunal temporanju li jkollu kuntratt għal żmien determinat, l-amministrazzjoni tkun tista’ tagħmel użu b’mod abbużiv minn kuntratti, differenti fuq il-livell formali, sabiex tevita milli twettaq il-klassifikazzjoni mill-ġdid prevista fl-imsemmi artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, il-premessa ta’ din il-klassifikazzjoni mill-ġdid hija li l-membru tal-persunal temporanju, li jimxi ’l quddiem fil-karriera tiegħu jew jevolvi fil-funzjonijiet tiegħu, iżomm relazzjoni tax-xogħol ikkaratterizzata mill-kontinwità mal-persuna li timpjegah. Jekk jiġri li l-membru tal-persunal jikkonkludi kuntratt li jinkludi modifika sostanzjali, u mhux formali, tan-natura tal-funzjonijiet tiegħu, il-premessa tal-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ma tibqax valida. Fil-fatt, ikun kontra l-ispirtu tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li wieħed jaċċetta li kwalunkwe tiġdid jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli li huwa jipprevedi. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li ssostni l-EMA, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fil-punti 48 u 49 tas-sentenza appellata, iċċara b’mod suffiċjenti fid-dritt il-kunċett ta’ terminazzjoni meta ddeċieda li din kienet tinvolvi emenda sostanzjali tal-funzjonijiet tal-membru tal-persunal tali li tkun ta’ natura li tikkontesta l-kontinwità funzjonali tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu mal-amministrazzjoni. Konsegwentement, l-argument tal-EMA għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni la hija kkontestata mill-argument tal-EMA li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, meta applika kunċett vag ta’ terminazzjoni, b’mod żbaljat ikkonkluda li ma kienx hemm terminazzjoni tal-karriera ta’ D. Drakeford, minkejja ż-żieda tal-livell tar-responsabbiltajiet tiegħu u l-emenda formali tal-funzjonijiet tiegħu, u lanqas mill-argument li l-ħatra ta’ D. Drakeford seħħet wara proċedura<?PAGE NO="10"?> esterna. Fil-fatt, billi t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol ma hijiex kunċett vag, kif stabbilit fil-punt 39 iktar ’il fuq, l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball, f’dan il-każ, meta applika dan il-kunċett ma jistax jintlaqa’. Barra minn hekk għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 49 tas-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżamina b’mod korrett iċ-ċirkustanzi partikolari ħafna tal-kawża, fid-dawl tal-kunċett ta’ terminazzjoni stabbilit fil-punt 48 tas-sentenza appellata. Ċertament, fir-rigward ta’ tqabbil eventwali tal-kompiti li għandhom jitwettqu, il-funzjoni ta’ kap ta’ settur, li għaliha D. Drakeford kellu aċċess wara proċedura ta’ selezzjoni esterna, tirrappreżenta emenda sostanzjali meta mqabbla ma’ dik ta’ assistent kap, li toħloq terminazzjoni fis-sens tal-kunċett stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Fil-fatt, għalkemm iż-żamma fl-istess qasam ta’ attività ma jwassalx għal kontinwità awtomatika fil-funzjonijiet eżerċitati, din il-kontinwità għandha, bħala prinċipju, tiġi eskluża fl-ipoteżi fejn l-aċċess għall-funzjoni ta’ kap tas-settur ikun suġġett għal proċedura ta’ selezzjoni esterna. Madankollu, f’dan il-każ jidher li qabel il-ħatra tiegħu bħala kap ta’ settur fl-2003, D. Drakeford eżerċita l-funzjonijiet ta’ kap ta’ settur <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> matul il-perijodu 2001-2003. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż tassew li l-ħatra tiegħu bħala kap ta’ settur, anki jekk din seħħet wara proċedura esterna, effettivament ikkostitwixxiet terminazzjoni meta mqabbel mal-funzjonijiet li huwa kien jeżerċita preċedentement. Barra minn hekk, jirriżulta wkoll mill-proċess fl-ewwel istanza li D. Drakeford, fix-xahar ta’ April 2003, kien ikklassifikat fil-grad A 4, skala 3, b’għaxar xhur ta’ anzjanità, u li, sa mill-<DATE ISO="20030501">1 ta’ Mejju 2003</DATE>, li hija d-data tal-bidu tal-kuntratt tiegħu ta’ kap tas-settur tal-Unità IT, huwa kien ikklassifikat fil-grad A 4, skala 3, bi ħdax-il xahar ta’ anzjanità. Din l-informazzjoni tikkonferma, mill-ġdid, il-kontinwità fir-relazzjoni tax-xogħol bejn D. Drakeford u l-EMA. Minn dan jirriżulta li, billi kkonstata li D. Drakeford kien eżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’mod kontinwu fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika u, b’mod partikolari, bħala assistent kap ta’ settur, kap ta’ settur <HT TYPE="ITALIC">ad interim</HT> u kap ta’ settur, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ġustament eskluda li kien hemm terminazzjoni fil-kontinwità sostanzjali tar-relazzjonijiet tax-xogħol bejn l-EMA u D. Drakeford.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It‑Tielet Awla), tal-<DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, Drakeford vs EMA (F‑29/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:10">EU:F:2014:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata sa fejn f’dik is-sentenza t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżerċita s-setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tiegħu fil-qasam pekunjarju għall-perijodu ta’ wara l-għoti ta’ dik is-sentenza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati għal David Drakeford u għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kontroll tal-Mard (ECDC) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati ma’ din l-istanza.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="11"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Jaeger</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>