<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-670/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0670</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:594">EU:C:2017:594</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170726">26.7.2017</DATE> – KAWŻA C 670/15</P><P>ŠALPLACHTA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet transkonfinali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/8/KE</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal tali tilwim</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi n-natura mhux rimborsabbli tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ talba għal għajnuna legali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑670/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesarbeitsgericht (qorti federali tax-xogħol, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151105">5 ta’ Novembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20151215">15 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fil-proċedura mressqa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Jan Šalplachta,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. Berger, E. Levits u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal J. Šalplachta, minn K. Jurisch u P. Probst, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Hellmann u T. Henze kif ukoll minn J. Mentgen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn L. Březinová kif ukoll minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. Sampol Pucurull, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller kif ukoll minn M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas‑<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE>, biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 90).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura mressqa minn Jan Šalplachta fir-rigward tal-ħlas tal-arretrati fuq is-salarju fil-konfront ta’ Elektroanlagen &amp; Computerbau GmbH, il-kumpannija li kienet timpjegah.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 5, 6, 18 u 23 tad-Direttiva 2003/8:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(5)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni ta’ għajnuna legali f’tilwimiet bejn konfini għal persuni li m’għandhomx riżorsi biżżejjed fejn għajnuna tkun meħtieġa biex ikun żgurat aċċess effettiv għal ġustizzja. Id-dritt ġeneralment irrikonoxxut għal aċċess għal ġustizzja huwa wkoll irriaffermat bl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>La n-nuqqas ta’ riżorsi tal-litigant, kemm jekk jaġixxi bħala kwerelant jew bħala konvenut, lanqas id-diffikultajiet ikkawżati mid-daqs tat-tilwima bejn konfini m’għandhom ifixklu l-aċċess effettiv għal ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Il-komplessita ta’ u d-differenzi bejn is-sistemi legali ta’ l-Istati Membri u l-ispejjeż inerenti fid-dimensjoni ta’ bejn konfini ta’ tilwima m’għandhomx jipprekludu aċċess għal ġustizzja. Għajnuna legali għandha għalhekk tkopri l-ispejjeż konnessi direttament mad-dimensjoni ta’ bejn konfini ta’ tilwima.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Ladarba għajnuna legali tingħata mill-Istat Membru li fih il-qorti hija kkostitwita jew fejn jintalab l-infurzar, ħlief assistenza qabel il-litigazzjoni jekk l-applikant għal għajnuna legali mhux iddomiċiljat jew residenti abitwali fl-Istat Membru fejn il-qorti huwa kkostitwit, dak l-Istat Membru għandu japplika l-leġislazzjoni proprja, b’konformita mal-prinċipji ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/8, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fini ta’ din id-Direttiva huwa li ttejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet ta’ bejn konfini billi tistabbilixxi regoli komuni għal għajnuna legali f’tilwimiet bħal dawn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Hija għandha tapplika, f’tilwimiet ta’ bejn konfini, għal materji ċivili u kummerċjali tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tribunal. Hija ma testendix ruħha, b’mod partikolari, għal materji ta’ introjtu, doganali jew amministrattivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>F’din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Stati Membri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser Stati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Tilwimiet ta’ bejn konfini<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, tilwima ta’ bejn konfini hija waħda fejn il-parti li tapplika għal għajnuna legali fil-kuntest ta’ din id-Direttiva hija ddomiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru barra l-Istat Membru fejn il-qorti huwa kkostitwit jew fejn id-deċiżjoni għandha tkun infurzata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru li fih parti hija ddomiċijata għandu jkun iddeterminat skont l-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mument relevanti li jiddetermina jekk kienx hemm tilwima ta’ bejn konfini huwa l-ħin meta l-applikazzjoni tkun sottomessa, skont din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dritt għal għajnuna legali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Persuni naturali involuti f’tilwima koperta b’din id-Direttiva għandhom ikunu intitolati biex jirċievu għajnuna legali xierqa biex jiżguraw l-aċċess effettiv għal ġustizzja tagħhom skond il-kondizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għajnuna legali hija kkonsidrata xierqa meta tiggarantixxi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>parir qabel il-proċess bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim qabel jinbdew il-proċedimenti ġudizzjarji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>assistenza legali u rappreżentanza fil-qorti, u eżenzjoni mill-ispiża tal-proċeduri tar-riċevitur, jew assistenza fihom, inklużi l-ispejjeż li jirreferi għalihom l-Artikolu 7 u l-ħlasijiet lil persuni li għandhom mandat mill-qorti biex jeżegwixxu atti matul il-proċeduri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Fi Stati Membri li fihom parti telliefa hija reponsabbli għall-ispejjeż tal-parti opposta, jekk ir-riċevitur jitlef il-każ, l-għajnuna legali għandha tkopri l-ipejjeż minfuqa mill-parti opposta, jekk kieku kellha tkopri spejjeż bħal dawn kieku r-riċevitur kien iddomiċiljat jew residenti abitwali fl-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/8, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kondizzjonijiet konnessi ma’ riżorsi finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri għandhom jagħtu għajnuna legali lil persuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(1) li huma parzjalment jew totalment mhux kapaċi jħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(2) b’riżultat tas-sitwazzjoni ekonomika tagħhom, biex ikun żgurat aċċess effettiv għal ġustizzja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sitwazzjoni ekonimika ta’ persuna għandha tkun stmata mill-awtorità kompententi ta’ l-Istat Membru li fih il-qorti hija kkostitwita, fid-dawl ta’ fatturi oġġettivi varji bħal introjtu, kaptital u sitwazzjoni familjari, inkluża stima tar-riżorsi tal-persuni li huma finanzjarjament dipendenti fuq l-applikant.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din l-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Spejjeż konnessi man-natura ta’ bejn konfini tat-tilwima<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għajnuna legali mogħtija fl-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit għandha tkopri l-ispejjeż li ġejjin direttament konnessi man-natura ta’ bejn konfini tat-tilwima:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>interpretazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>traduzzjoni tad-dokumenti rekwiżiti mill-qorti jew mill-awtorità kompetenti u ppreżentati mir-riċevitur li huma meħtieġa għas-soluzzjoni tal-każ; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>spejjeż ta’ vvjaġġar li għandhom jitħallsu mill-applikant fejn il-preżenza fiżika tal-persuni kkonċernati mill-preżentazzjoni tal-każ ta’ l-applikant hija rekwiżita fil-qorti bil-liġi jew mill-qorti ta’ dak l-Istat Membru u dak il-qorti jiddeċiedi li l-persuni kkonċernati ma jistgħux jinstemgħu b’sodisfazzjoni għall-qorti b’xi mezzi oħra.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/8, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Spejjeż koperti mill-Istat Membru tad-domiċilju jew residenza abitwali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Stat Membru li fih l-applikant għal għajnuna legali huwa ddomiċiljat jew residenti abitwali għandu jipprovdi għajnuna legali, kif jirreferi għaliha l-Artikolu 3(2), meħtieġa biex tkopri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>spejjeż konnessi ma’ l-assistenza ta’ avukat lokali jew xi persuna oħra intitolata bil-liġi li tagħti parir legali, minfuqa f’dak l-Istat Membru sakemm l-applikazzjoni għal għajnuna legali tkun irċevuta, skond din id-Direttiva, fl-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-traduzzjoni ta’ l-applikazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa meta l-applikazzjoni tkun issottomessa lill-awtoritajiet f’dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Awtorità li tagħti għajnuna legali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għajnuna legali għanda tingħata jew tkun irrifjutata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Introduzzjoni u trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna legali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Applikazzjonijiet ta’ għajnuna legali jistgħu jkunu ssottomessi kemm lil:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-applikant huwa domiċiljat jew residenti abitwali (l-awtorità trasmittenti); kemm</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-qorti hija kkostitwita jew fejn id-deċiżjoni għandha tkun infurzata (awtorità riċevitur).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Applikazzjonijiet għal għajnuna legali għandhom jimtlew fi, u dokumenti ta’ sostenn tradotti fi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru ta’ l-awtorità riċevitur kompetenti li tikkorrispondi ma’ waħda mil-lingwi ta’ l-istituzzjonijiet tal-[Unjoni]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>lingwa oħra li dak l-Istat Membru ikun indika li jista’ jaċċetta skont l-Artikolu 14(3).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="013.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità trasmittenti kompetenti għandha tgħin lill-applikant biex jiżgura li l-applikazzjoni tkun akkompanjata mid-dokumenti ta’ sostenn kollha magħrufa minnu li huma rekwiżiti biex ikun possibbli li l-applikazzjoni tkun iddeterminata. Għandha wkoll tgħin lill-applikant biex jipprovdi kull traduzzjoni meħtieġa tad-dokumenti ta’ sostenn, skont l-Artikolu 8(b).</ALINEA><ALINEA>L-awtorità trasmittenti kompetenti għandha titrasmetti l-applikazzjoni lill-awtorità riċevitur kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor fi żmien 15il jum mir-riċeviment ta’ l-applikazzjoni dovutement mimlija f’waħda mil-lingwi li jirreferi għalihom il-paragrafu 2, u d-dokumenti ta’ sostenn, tradotti, fejn meħtieġ, f’waħda minn dawk il-lingwi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="013.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu ma jitolbux ħlas għal servizzi mogħtija skont il-paragrafu 4. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Ġermaniż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 114(1) taż-Zivilprozessordnung (kodiċi tal-proċedura ċivili), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ZPO<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Parti li minħabba ċ-ċirkustanzi personali u ekonomiċi tagħha ma tistax tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, jew tista’ tħallashom biss parzjalment jew bin-nifs biss, għandha tirċievi għajnuna legali, wara talba, jekk l-azzjoni jew difiża intiża tagħha għandha biżżejjed prospetti ta’ suċċess u ma tidhirx li hija frivola. Għal għajnuna legali transkonfinali ġewwa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw ukoll l-Artikoli 1076 sa 1078.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 117 taż-ZPO jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="117.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>It-talba għall-għoti tal-għajnuna legali għandha ssir lill-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża; […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="117.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Dikjarazzjoni mill-parti dwar iċ-ċirkustanzi personali u ekonomiċi tagħha (ċirkustanzi familjari, l-impjieg, il-kapital, id-dħul u l-obbligi) u dokumenti ta’ sostenn korrispondenti għandhom jiġu annessi mat-talba. […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1076 taż-ZPO jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Għal għajnuna legali transkonfinali ġewwa l-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva [2003/8], l-Artikoli 114 sa 127a għandhom japplikaw sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor iktar ’l isfel.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1078 taż-ZPO huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>(1)</NO.P><TXT>Il-qorti li tisma’ l-kawża jew il-qorti li teżegwixxi d-deċiżjoni għandha tkun kompetenti għal talbiet li jidħlu għal għajnuna legali transkonfinali. It-talbiet għandhom jitlestew bil-Ġermaniż u flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn irid ikun hemm traduzzjoni tagħhom bil-Ġermaniż.</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></NP></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 184 tal-Gerichtsverfassungsgesetz (kodiċi tal-ġudikatura), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Il-lingwa uffiċjali fil-qrati huwa l-Ġermaniż.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, permezz ta’ atti tal-<DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE> u tal-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE>, J. Šalplachta, li għandu d-domiċilju tiegħu fir-Repubblika Ċeka, adixxa lill-Arbeitsgericht Zwickau (qorti tax-xogħol ta’ Zwickau, il-Ġermanja) b’rikors intiż sabiex Elektroanlagen &amp; Computerbau tkun ikkundannata tħallsu arretrati fuq is-salarju. Fil-kuntest tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali talab ukoll il-benefiċċju tal-għajnuna legali għall-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att tas-<DATE ISO="20131127">27 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali talab li l-għajnuna legali mitluba għandha tiġi estiża għall-ispejjeż ta’ traduzzjoni għall-Ġermaniż ta’ dokumenti relatati mad-dħul tiegħu u mal-kapital tiegħu, imwettqa minn aġenzija ta’ traduzzjoni kummerċjali bbażata fi Dresden (il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, l-Arbeitsgericht Zwickau (qorti tax-xogħol ta’ Zwickau) tat l-għajnuna legali għall-proċedura fl-ewwel istanza, filwaqt li rrifjutat li testendi din l-għajnuna għall-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali kontra dan ir-rifjut ġie miċħud mil-Landesarbeitsgericht Chemnitz (qorti għolja tax-xogħol ta’ Chemnitz, il-Ġermanja) permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE>. Din il-qorti nnotat b’mod partikolari li, konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/8, it-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi ma’ talba għal għajnuna legali tiġi awtorizzata meta din it-talba titressaq quddiem l-awtorità trażmittenti fis-sens tal-Artikolu 13(1)(a) ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-applikant għandu d-domiċilju tiegħu jew għandu r-residenza abitwali tiegħu. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprevedux għat-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż meta t-talba hija mressqa, bħal f’dan il-każ, direttament mal-awtorità riċeventi fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita jew f’dak li fih id-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont din il-qorti, taħt l-Artikoli 114 u 1078 taż-ZPO, l-għajnuna legali tinkludi biss l-ispejjeż relatati mal-azzjoni ġudizzjarja. Għalhekk din l-għajnuna ma tkoprix l-ispiża tat-traduzzjoni ta’ dokumenti intiżi li jiġu prodotti fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami tat-talba għal għajnuna legali, sa fejn dawn l-ispejjeż huma kkunsidrati bħala inkorsi barra mill-proċedura kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesarbeitsgericht (qorti federali tax-xogħol, il-Ġermanja). Din il-qorti tikkunsidra li d-Direttiva 2003/8 ma tippermettix li jiġi ddeterminat b’mod ċar biżżejjed jekk, u sa liema punt, l-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita għandu jieħu responsabbiltà tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi għal talba għal għajnuna legali meta, bħal fil-kawża prinċipali, l-applikant għal għajnuna legali jkun huwa stess talab għat-traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti u ressaq it-talba tiegħu direttament mal-qorti kompetenti fuq il-mertu, li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba fil-kwalità tagħha ta’ awtorità riċeventi fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) ta’ din id-direttiva. Hija madankollu tinnota li r-rifjut sabiex l-għajnuna legali tiġi estiża għall-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti, jekk wieħed jassumi li dan jikkostitwixxi restrizzjoni għall-aċċess ġudizzjarju effettiv, għandu għan leġittimu, jiġifieri li jeħles lit-teżor pubbliku tal-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita mill-ispejjeż li pjuttost għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li fihom l-applikant għandu d-domiċilju tiegħu jew għandu r-residenza abitwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesarbeitsgericht (qorti federali tax-xogħol), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Id-dritt ta’ persuna fiżika għall-aċċess effettiv għall-ġustizzja f’kawża transkonfinali fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, […] jeżiġi li l-għajnuna legali mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tinkludi l-ispejjeż imħallsa mir-rikorrent għat-traduzzjoni tad-dikjarazzjoni u tad-dokumenti konnessi annessi mal-applikazzjoni għal għajnuna legali, meta r-rikorrent jippreżenta, kontestwalment mal-kawża, applikazzjoni għal għajnuna legali quddiem il-qorti li tieħu konjizzjoni tal-kawża, li hija wkoll kompetenti bħala awtorità riċevitur fis-sens tal-Artikolu [13(1)(b)] [ta’ din id-direttiva], u meta huwa stess ikun ħa ħsieb li t-traduzzjoni inkwistjoni ssir?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 3, 8 u 12 tad-Direttiva 2003/8, moqrija flimkien, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-għajnuna legali mogħtija mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, li fiha l-persuna fiżika li għandha d-domiċilju tagħha jew ir-residenza abitwali tagħha fi Stat Membru ieħor tressaq talba għal għajnuna legali fil-kuntest ta’ tilwima transkonfinali, tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa bil-quddiem minn din il-persuna għat-traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi rrilevat li, skont il-premessa 5, id-Direttiva 2003/8 hija intiża sabiex tippromwovi l-għoti ta’ għajnuna legali f’tilwimiet transkonfinali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, sabiex jiġi żgurat, lil kull persuna li ma jkollhiex riżorsi suffiċjenti, aċċess ġudizzjarju effettiv skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif stabbilit mill-premessa 6 ta’ din id-direttiva, la n-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji ta’ persuna parti mill-kawża, u lanqas id-diffikultajiet ikkawżati min-natura transkonfinali tat-tilwima, ma għandhom ikunu ta’ ostakolu għal aċċess ġudizzjarju effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta minn din id-direttiva li l-ostakoli lingwistiċi ma għandhomx ifixklu l-possibbiltà ta’ persuna li għandha d-domiċilju tagħha jew li għandha r-residenza abitwali tagħha fi Stat Membru differenti minn dak fejn il-qorti hija kkostitwita li tasserixxi d-drittijiet tagħha quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor fejn il-lingwa tal-kawża ta’ dan l-aħħar Stat Membru hija differenti minn dik tal-ewwel Stat Membru. Dan ir-rekwiżit jikkonċerna wkoll id-dokumenti u d-dokumenti ta’ sostenn li, minħabba fin-natura transkonfinali tal-kawża, huma redatti f’lingwa differenti mil-lingwa tal-kawża u għaldaqstant għandhom ikunu suġġetti għal traduzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 3(1) u (2) ta’ din id-direttiva jiggarantixxi d-dritt lil kull persuna fiżika li hija parti minn tilwima transkonfinali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li tibbenefika minn għajnuna legali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċedura għat-tressiq ta’ talba għal għajnuna legali, sabiex jiġi żgurat aċċess ġudizzjarju effettiv, l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2003/8 jipprevedi li l-applikant għal għajnuna legali għandu żewġ għażliet, peress li jista’ jressaq it-talba għal għajnuna legali jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa jkollu d-domiċilju tiegħu jew ir-residenza abitwali tiegħu, li fl-Artikolu 13(1)(a) ta’ din id-direttiva hija indikata bħala l-awtorità trażmittenti, jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita jew fejn id-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita, li fl-Artikolu 13(1)(b) ta’ din id-direttiva hija indikata bħala l-awtorità riċeventi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda il-portata tal-għajnuna legali, l-ewwel nett, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/8 jiddisponi li din l-għajnuna hija kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> meta din tiggarantixxi lill-applikant pariri ta’ qabel il-litigazzjoni, assistenza legali u rappreżentanza fil-qorti, kif ukoll l-eżenzjoni jew it-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż legali, inklużi, fejn xieraq, spejjeż eventwalment sostnuti mill-parti l-oħra fil-każ li l-benefiċjarju tal-għajnuna legali jitlef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussegwentement, konformement mal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, l-għajnuna legali mogħtija fl-Istat fejn il-qorti hija kkostitwita tinkludi l-ispejjeż direttament marbuta man-natura transkonfinali tal-kawża, jiġifieri l-ispejjeż ta’ interpretazzjoni, l-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti meħtieġa mill-qorti jew mill-awtorità kompetenti u prodotti mill-benefiċjarju, li huma neċessarji għal soluzzjoni tat-tilwima, kif ukoll l-ispejjeż eventwali ta’ vvjaġġar li l-applikant ikollu jsostni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Spejjeż koperti mill-Istat Membru tad-domiċilju jew residenza abitwali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jipprevedi li dan l-Istat Membru jieħu responsabbiltà tal-ispejjeż sostnuti fit-territorju tiegħu konnessi mal-assistenza ta’ avukat lokali jew xi persuna oħra awtorizzata bil-liġi li tipprovdi pariri legali, sakemm it-talba għal għajnuna legali tkun ġiet riċevuta fl-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, kif ukoll l-ispejjeż ta’ traduzzjoni tat-talba għal għajnuna legali u tad-dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ dawn, meta t-talba tiġi mressqa mal-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tar-residenza abitwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tiġġustifika din it-talba għal deċiżjoni preliminari minħabba fid-dubji tagħha dwar l-identifikazzjoni tal-Istat Membru li għandu jiżgura t-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament tat-talba għal għajnuna legali fejn l-applikant għal għajnuna legali jkun għamel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva 2003/8 billi jibgħat din it-talba direttament lill-awtorità riċeventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li l-għajnuna legali li minnha tista’ tibbenefika kull persuna fiżika li hija parti minn tilwima transkonfinali għandha tkun, skont it-termini użati mill-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>għajnuna xierqa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> sabiex jiġi żgurat aċċess ġudizzjarju effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, it-tressiq ta’ talba għal għajnuna legali, kemm jekk quddiem l-awtorità trażmittenti jew quddiem l-awtorità riċeventi, hekk kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, jikkostitwixxi prekundizzjoni għall-garanzija ta’ aċċess ġudizzjarju effettiv li din l-istess direttiva tfittex li tiżgura, konformement mal-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, wieħed għandu jinnota li d-dokumenti konnessi mat-talba għal għajnuna legali huma, fis-sistema tad-Direttiva 2003/8, ta’ importanza partikolari. Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, l-għajnuna legali hija mogħtija lill-persuni li huma parzjalment jew totalment mhux kapaċi jħallsu l-ispejjeż legali minħabba fis-sitwazzjoni ekonomika tagħhom. Skont l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ persuna hija evalwata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, u għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi oġġettivi differenti bħalma huma d-dħul, il-kapital miżmum jew iċ-ċirkustanzi familjari. Għalhekk, sakemm l-applikant ma jibgħatx ċerti dokumenti li jikkonfermaw iċ-ċirkustanzi personali u finanzjarji tiegħu, it-talba għal għajnuna legali ma tistax tiġi aċċettata. Dawn id-dokumenti jikkostitwixxu għalhekk prerekwiżit għall-ksib ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/8, moqri flimkien mal-premessa 23 ta’ din, l-għajnuna legali tingħata jew tkun irrifjutata mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, u dan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għall-finijiet tal-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li, konformement mal-Artikolu 8(b) ta’ din id-direttiva, l-Istat Membru li fih l-applikant għal għajnuna legali għandu d-domiċilju tiegħu jew ir-residenza abitwali tiegħu jipprovdi l-għajnuna legali li hija neċessarja sabiex ikopri l-ispejjeż ta’ traduzzjoni tat-talba għal għajnuna u tad-dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ din, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>meta l-applikazzjoni tkun issottomessa lill-awtoritajiet f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-kjarifika li tinsab fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 8(b) tad-Direttiva 2003/8 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tirriflettix kundizzjoni li trid tiġi ssodisfatta fil-każijiet kollha mill-applikant għal għajnuna legali sabiex jibbenefika mill-kopertura ta’ dawn l-ispejjeż, iżda li hija limitata għall-identifikazzjoni tas-sitwazzjoni fejn il-benefiċjarju jista’ jikseb kopertura ta’ dawn l-ispejjeż fl-Istat tad-domiċilju tiegħu jew tar-residenza abitwali tiegħu mingħajr ma jiġi eskluż tali teħid ta’ responsabbiltà meta, bħal fil-kawża prinċipali, it-talba hija mressqa mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, hekk kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 8(b) tad-Direttiva 2003/8 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi – bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali li teżiġi t-teħid ta’ responsabbiltà mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita għall-ispejjeż relatati man-natura transkonfinali ta’ tilwima – il-kopertura mill-Istat Membru tad-domiċilju jew tar-residenza abitwali tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni tat-talba għal għajnuna legali u tad-dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ dawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi kkonstatat li l-esklużjoni tat-teħid ta’ responsabbiltà, mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, tal-ispejjeż relatati mat-traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ talba għal għajnuna legali tmur kontra l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2003/8, hekk kif imfakkra fil-punti 25 sa 27 ta’ din is-sentenza, dwar l-aċċess ġudizzjarju effettiv f’tilwimiet transkonfinali, peress li dan jippenalizza lill-applikant għal għajnuna legali fil-każ li huwa jiddeċiedi li jippreżenta t-talba tiegħu għal għajnuna direttament mal-awtorità riċeventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 29 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/8 jipprovdi lill-applikant għal għajnuna legali l-għażla bejn żewġ alternattivi mingħajr l-ebda ġerarkija bejniethom, li tippermetti t-tressiq tat-talba tiegħu għal għajnuna legali quddiem l-awtorità trażmittenti jew quddiem l-awtorità riċeventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, jekk l-ispejjeż relatati mat-traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ talba għal għajnuna legali tittieħed responsabbiltà tagħhom biss meta l-applikant għal għajnuna legali jindirizza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu jew tar-residenza abitwali tiegħu, dan b’mod żbaljat iwassal sabiex il-ksib tal-għajnuna legali għal dawn l-ispejjeż ikun jiddependi mill-proċedura magħżula mill-persuna kkonċernata u għalhekk jintilef is-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva 2003/8, li jipprovdi l-possibbiltà li tressaq it-talba għal għajnuna legali direttament mal-awtorità riċeventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif irrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali esklużjoni aktarx li twassal għal soluzzjoni proċedurali iktar oneruża għall-applikant għal għajnuna legali. Fil-fatt, minflok jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal għajnuna legali direttament mal-qorti kompetenti li tisma’ l-kawża fuq il-mertu, l-applikant ikollu jibda żewġ proċeduri separati, l-ewwel waħda quddiem il-qorti kompetenti tal-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, sabiex jikkonforma mat-termini proċedurali, u t-tieni waħda quddiem l-awtoritajiet fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu jew tar-residenza abitwali tiegħu, sabiex jikseb ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti fir-rigward tat-talba għal għajnuna legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Tali sitwazzjoni tikkostitwixxi għalhekk ostakolu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess ġudizzjarju effettiv tal-persuna li hija parti f’tilwima transkonfinali li ma jkollhiex ir-riżorsi neċessarji sabiex tlaħħaq mal-ispejjeż tal-qorti u hija f’pożizzjoni iktar diffiċli minħabba n-natura transkonfinali ta’ din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jiġi wkoll ippreċiżat li d-Direttiva 2003/8 hija imsejħa, skont l-istess kliem tat-titolu tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, billi tissostitwixxi s-sistema ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-għajnuna legali stabbilita mill-Ftehim Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna legali, iffirmat fi Strasbourg fis-<DATE ISO="19770127">27 ta’ Jannar 1977</DATE>, li kien jipprevedi għal mekkaniżmi ta’ notifika u ta’ trażmissjoni, mingħajr madankollu ma tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-portata tal-għajnuna legali fl-Istat fejn il-qorti hija kkostitwita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikoli 3, 8 u 12 tad-Direttiva 2003/8, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-għajnuna legali mogħtija mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, li fiha l-persuna fiżika li għandha d-domiċilju tagħha jew ir-residenza abitwali tagħha fi Stat Membru ieħor tressaq talba għal għajnuna legali fil-kuntest ta’ tilwima transkonfinali, tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa bil-quddiem minn din il-persuna għat-traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ din it-talba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 3, 8 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas‑<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE>, biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-għajnuna legali mogħtija mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, li fiha l-persuna fiżika li għandu d-domiċilju tiegħu jew ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor ressaq talba għal għajnuna legali fil-kuntest ta’ tilwima transkonfinali, tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa bil-quddiem minn din il-persuna għat-traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ din it-talba.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>