<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-347/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0347</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:562">EU:C:2011:562</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C-347/10</P><P>SALEMINK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pedro Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-347/10</P><P>A. Salemink</P><P>vs</P><P>Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sigurtà soċjali ta’ ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni obbligatorja</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema impjegati fuq pjattaformi għall-estrazzjoni tal-gass li jinsabu fuq is-sikka kontinentali maġenb il-baħar territorjali ta’ Stat Membru</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt internazzjonali</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>B –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt tal-Unjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>C –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt nazzjonali</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>III –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-domanda magħmula</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>IV –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>V –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Allegazzjonijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>VI –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Analiżi</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-kunsiderazzjoni preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>B –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt internazzjonali bħala punt tat-tluq: is-sikka kontinentali bħala qasam tal-eżerċizzju tas-setgħat sovrani tal-Istati</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM><?PAGE NO="2"?><TOC.ITEM><NO.ITEM>C –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-Konsegwenzi għad-dritt tal-Unjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>D –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-kompetenzi tal-Pajjiżi l-Baxxi fuq is-sikka kontinentali</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>E –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-possibbiltà ta’ diversi sistemi ta’ sigurtà soċjali u l-bażi tagħhom</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>F –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala liġi nazzjonali applikabbli għas-sikka kontinentali maġenb il-kosta tiegħu — Konsegwenzi tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>VII –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi Prodest<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19840712">12 ta’ Lulju 1984</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="237/83" PAGE.ECR="3153" YEAR="1984">237/83, Ġabra p. 3153</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Aldewereld<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19940629">29 ta’ Ġunju 1994</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-60/93" PAGE.ECR="I-2991" YEAR="1994">C-60/93, Ġabra. p. I-2991</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tista’ tippermetti li tingħata risposta għall-kawża preżenti bbażata fuq il-kriterju tar-rabta partikolari bejn ir-relazzjoni tax-xogħol u l-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru. Alternattivament, id-domanda magħmula mir-Rechtbank Amsterdam tista’ xorta waħda tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-possibbiltà li tiddeċiedi fuq l-istatus tas-sikka kontinentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Spazju li, skont l-Artikolu 76(1) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>KNULB<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), iffirmata f’Montego Bay (il-Ġamajka) fl-<DATE ISO="19821210">10 ta’ Diċembru 1982</DATE>, li daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="19941116">16 ta’ Novembru 1994</DATE>, irratifikata mill-Pajjiżi l-Baxxi fit-<DATE ISO="19960628">28 ta’ Ġunju 1996</DATE> u approvata għan-nom tal-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE, tat-<DATE ISO="19980323">23 ta’ Marzu 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 260), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>tinkludi l-qiegħ tal-baħar u l-istrata ta’ taħt dak taż-żoni ta’ taħt il-baħar li jestendu lil hinn mill-baħar territorjali […] matul prolongazzjoni naturali ta’ l-art territorjali [tal-Istat kostali] sat-tarf ta’ barra tal-marġini kontinentali, jew sa distanza ta’ 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa’ tal-baħar territorjali huwa mkejjel meta t-tarf estern tal-marġini kontinentali ma jestendix sa dik id-distanza<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></NOTE> inkwantu qasam tal-eżerċizzju tas-sovranità tal-Istati Membri, u għalhekk, fuq il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tad-dritt tal-Unjoni (Artikolu 52(1) TUE).</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk, hekk kif jiena nsostni fil-konkluzjonijiet preżenti, is-sikka kontinentali għandha tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>territorju tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri, is-sitwazzjoni ġuridika tal-ħaddiema impjegati fl-esplojtazzjoni tar-riżorsi tagħha ma tistax tkun differenti minn dik ta’ dawk li jeżerċitaw attività professjonali fuq it-territorju statali <HT TYPE="ITALIC">strictu sensu</HT>, jew, biex inkun iktar preċiż, is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema jista’ jkollha biss differenzi li jkunu kompatibbli mal-libertajiet iggarantiti mit-Trattati, fid-dawl tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 77(1) tad-KNLUB jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istat kostali jeżerċita fuq is-sikka kontinentali drittijiet sovrani għall-iskop ta’ l-esplorazzjoni tagħha u ta’ l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fi kliem simili, l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni fuq is-Sikka Kontinentali (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>KSK<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Konkluża f’Ġeneva, fid-<DATE ISO="19580429">29 ta’ April 1958</DATE> u daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19640610">10 ta’ Ġunju 1964</DATE> (Nazzjonijiet Uniti, Ġabra ta’ Trattati, Vol. 499, p. 311)</P></NOTE> tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istat kostali jeżerċita drittijiet sovrani fuq is-sikka kontinentali għall-finijiet tal-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308).</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk [t]kun [t]abita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju reġistrat inkella post tan-negozju ta’ l-impriża jew ta’ l-individwu li jimpjegah[a] huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-liġi dwar l-assigurazzjoni għall-mard, (Ziektewet, iktar ’il quddiem, iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ZW<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> ifisser persuna fiżika, li tkun għadha ma laħqitx l-età ta’ 65 sena, li tkun impjegata abbażi ta’ relazzjoni ta’ dritt privat jew ta’ dritt pubbliku. L-Artikolu 3(2) taz-ZW jipprovdi li persuna li impjieg tagħha jitwettaq barra mill-Pajjiżi l-Baxxi ma hijiex ikkunsidrata bħala ħaddiema impjegata, sakemm hija ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi u sakemm min iħaddimha wkoll ma jirrisjedix jew ma jkunx stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT><P>l-Artikolu 7(1) tal-liġi dwar ix-xogħol u d-dħul skont il-kapaċità tax-xogħol (wet werk en inkomen naar arbeidsvermogen, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>WIA<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) teżiġi l-assigurazzjoni obbligatorja tal-ħaddiem impjegat. L-Artikolu 8 tal-WIA, min-naħa tiegħu, jikkunsidra li, fis-sens tal-liġi preżenti, persuna impjegata hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ħaddiem fis-sens taz-ZW<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-WIA, assigurazzjoni volontarja tista’ tiġi sottoskritta mill-persuna, li ma tkunx għadha laħqet l-età ta’ 65 sena, li ma tkunx tista’ tiġi kkunsidrata bħala persuna impjegata fis-sens taz-ZW, li l-assigurazzjoni obbligatorja tagħha tkun spiċċat, li tirrisjedi barra mill-Pajjiżi l-Baxxi u li tkun marbuta b’kuntratt tax-xogħol ta’ żmien massimu ta’ ħames snin ma’ persuna li timpjega li tirrisjedi jew li hija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-liġi dwar ix-xogħol ta’ tħaffir fil-baħar tan-Tramuntana (Wet arbeid mijnbouw Noordzee, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>WAMN<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) ma tipprovdix għal assigurazzjoni obbligatorja għall-ħaddiema impjegati fil-parti Olandiża tas-sikka kontinentali. L-Artikolu 2 tal-imsemmija liġi jipprovdi li d-dritt Olandiż fil-qasam tal-kuntratti tax-xogħol japplika għall-kuntratt tax-xogħol ta’ persuna impjegata. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat, ix-xogħol imwettaq minn impjegat huwa kkunsidrat li twettaq fuq it-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Il-WAMN ma fihiex dispożizzjoni komparabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali konkluża bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja fil-<DATE ISO="19740205">5 ta’ Frar 1974</DATE>, il-ħaddiema li jaħdmu fuq it-territorju ta’ wieħed mill-partijiet kontraenti huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ din il-parti, anki jekk huma jirrisjedu fuq it-territorju tal-parti l-oħra jew jekk min iħaddimhom jew is-sede tal-impriża li tħaddimhom ikunu jinsabu fuq it-territorju tal-parti l-oħra.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>A. Salemink, ċittadin Olandiż, ħadem sa mill-1996 bħala infermier ma’ impriża Olandiża fuq pjattaforma għall-estrazzjoni tal-gass li tinsab fuq is-sikka kontinentali maġenb il-baħar territorjali tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20040910">10 ta’ Settembru 2004</DATE>, A. Salmenik, li sa dak iż-żmien kien residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, ittrasferixxa r-residenza tiegħu fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Sakemm kien jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi, A. Salmenik kien kopert bl-assigurazzjoni obbligatorja skont il-liġi Olandiża applikabbli għall-persuni impjegati (Artikolu 3 taz-ZW).</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fuq talba tiegħu u dan mill-<DATE ISO="20041004">4 ta’ Ottubru 2004</DATE>, A. Salmenik kien kopert bl-assigurazzjoni volontarja skont il-liġi dwar is-sistema ġenerali tal-assigurazzjoni għall-inkapaċità għax-xogħol (Wet op de arbeidsongeschiktheidsverzekering).</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050715">15 ta’ Lulju 2005</DATE>, l-Institut ta’ Amministrazzjoni tal-Assigurazzjoni għall-Impjegati (Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>UWV<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) temm din il-kopertura, b’effett mill-<DATE ISO="20041204">4 ta’ Diċembru 2004</DATE>, minħabba n-nuqqas ta’ ħlas minn A. Salmenik tal-kontribuzzjoni korrispondenti. Din id-deċiżjoni ma ġietx ikkontestata minn A. Salmenik.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060515">15 ta’ Mejju 2006</DATE>, A. Salmenik reġa’ talab lill-UWV biex ikun kopert mill-assigurazzjoni volontarja, liema talba ġiet irrifjutata permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, minħabba n-natura tardiva tat-talba. Fil-<DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE>, l-UWV iddikjara l-ilment imressaq minn A. Salmenik kontra dan ir-rifjut inammissibbli minħabba n-natura tardiva tiegħu. A. Salmenik ma ppreżenta l-ebda appell kontra din id-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20061024">24 ta’ Ottubru 2006</DATE>, A. Salmenik iddikjara li kien marid u, abażi ta’ dan, fil-<DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, talab allowance taħt il-WIA. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-UWV ċaħad it-talba tiegħu minħabba li, wara d-data ta’ trasferiment tar-residenza tiegħu fi Spanja, A. Salmenik kien ġie eskluż mill-assigurazzjoni obbligatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080312">12 ta’ Marzu 2008</DATE>, l-UWV iddikjara l-ilment imressaq minn A. Salmenik kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE> infondat. Għalhekk, A. Salmenik għamel azzjoni ġudizzjarja kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, A. Salmenik isostni li għandu d-dritt li jirċievi allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol abbażi tar-Regolament Nru 1408/71. Fil-fehma tiegħu, l-UWV għandu jikkunsidra l-parti Olandiża tas-sikka kontinentali bħala parti mit-territorju Olandiż, filwaqt li, f’dan ir-rigward, jirreferi għas-sentenza Aldewereld, iċċitata iktar ’il fuq, u l-politika mħaddna mis-Sociale Verzekeringsbank (bank ta’ assigurazzjonijiet soċjali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>SVB<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li jikkunsidra li mill-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>, il-persuni impjegati li jeżerċitaw attività professjonali fil-parti Olandiża tas-sikka kontinentali huma koperti mis-sigurtà soċjali Olandiża (l-hekk imsejħa politika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>estiża<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, quddiem il-qorti tar-rinviju, l-UWV isostni li A. Salmenik ma kienx assigurat skont il-WIA fl-ewwel ġurnata ta’ applikazzjoni tagħha (fl-<DATE ISO="20081024">24 ta’ Ottubru 2008</DATE>, sentejn wara li ddikjara l-mard).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħu, barra minn hekk, is-sentenza Aldewereld ma hijiex applikabbli għall-kawża inkwistjoni, peress li ma jeżistix kunflitt pożittiv bejn diversi Stati li jikkunsidraw ruħhom kompetenti, iżda, għall-kuntrarju ta’ dan, kunflitt negattiv. Is-sentenza Weber<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20030227">27 ta’ Frar 2003</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-37/00" PAGE.ECR="I-2013" YEAR="2003">C-37/00, Ġabra. p. I-2013</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li kienet titratta kwistjoni ta’ kompetenza u mhux, bħal fil-każ preżenti, determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, lanqas ma hija applikabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domanda magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dak li ntqal preċedentement, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tagħmel id-domanda segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ir-regoli tad-dritt Komunitarju Ewropew li għandhom l-għan li jistabbilixxu l-moviment liberu tal-ħaddiema, u b’mod partikolari r-regoli msemmija fit-Titoli I u II tar-Regolament Nru 1408/71, kif ukoll l-Artikoli 39 KE u 299 KE (li saru rispettivament l-Artikoli 45 TFUE u 52 UE, moqrija flimkien mal-Artikolu 355 TFUE), jipprekludu li persuna impjegata li teżerċita l-attivitajiet professjonali tagħha barra mit-territorju Olandiż f’impjant fiss li jinsab fuq il-blata [sikka] kontinentali maġenb il-Pajjiżi l-Baxxi, għal persuna li timpjega stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma tkunx assigurata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ assigurazzjoni soċjali, għar-raġuni biss li din il-persuna ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, Spanja), anki jekk għandha nazzjonalità Olandiża u anki jekk għandha l-possibbiltà li tassigura ruħha volontarjament b’kundizzjonijiet essenzjalment identiċi għal dawk tal-assigurazzjoni mandatorja?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, permezz ta’ noti tal-11 ta’ Lulju u tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea bagħtitilha numru ta’ kunsiderazzjonijiet fil-kuntest tal-proċeduri miftuħa kontra r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi taħt l-Artikolu 13(2)(a) u 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, kif ukoll l-Artikoli 45 TFUE sa 48 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Kawża Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (C-141/10)), proċeduri pendenti (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="119" NO.OJ="161" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 161, p. 119</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71, il-Kummissjoni rrilevat li, fid-dawl tas-silenzju tar-regolament fuq dan il-punt, l-attivitajiet imwettqa fuq il-parti tas-sikka kontinentali li tappartjeni lil Stat Membru għandhom jitqiesu li saru fuq it-territorju tal-imsemmi Stat Membru, peress li dan jirriżulta mill-prinċipji tad-dritt internazzjonali pubbliku dwar is-sistema ġuridika tas-sikka kontinentali. Għalhekk, għall-finijiet tal-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali, is-sikka kontinentali tappartjeni lit-territorju Olandiż u d-dritt Olandiż fil-qasam tas-sigurtà soċjali japplika hemmhekk. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jista’ jestendi lil hinn mit-territorju ta’ Stat Membru, sa fejn Stat Membru jeżerċita d-drittijiet ta’ sovranità tiegħu, hekk kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<DATE ISO="19760714">14 ta’ Lulju 1976</DATE>, Kramer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="3/76+4/76+6/76" PAGE.ECR="1279" YEAR="1976">3/76, 4/76 u 6/76, Ġabra p. 1279</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament Nru 1408/71, abbażi tas-sentenza Aldewereld, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan kien applikabbli għall-kawża, anki fil-każ fejn is-sikka kontinentali ma tagħmilx parti mit-territorju Olandiż.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Finalment il-Kummissjoni tenfasizza li, skont il-ġurisprudenza, ir-regoli tad-dritt Komunitarju li jipprekludu d-diskriminazzjoni jistgħu japplikaw anki għal attivitajiet professjonali eżerċitati barra mit-territorju tal-Komunità, peress li r-relazzjoni tax-xogħol għandha rabta mill-qrib biżżejjed mal-imsemmi territorju (sentenzi Prodest u Aldewereld, iċċitati iktar ’il fuq, kif ukoll Lopes da Veiga<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19890927">27 ta’ Settembru 1989</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="9/88" PAGE.ECR="2989" YEAR="1989">9/88, Ġabra. p. 2989</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>). Fil-kawża inkwistjoni, skont is-sentenza Weber, teżisti rabta mill-qrib mal-ordinament ġuridiku Olandiża. Skont il-Kummissjoni, is-sistema speċifika applikabbli għal pjattaformi ta’ estrazzjoni, twassal fil-prattika għal diskriminazzjoni indiretta kuntrarja għall-Artikolu 39(2) KE u għall-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, peress li, din is-sistema tapplika biss, kważi fil-każijiet kollha, għall-ħaddiema migranti u mhux għall-ħaddiema Olandiżi li jaħdmu fuq<?PAGE NO="6"?> l-istess pjattaformi ta’ estrazzjoni u li jirrisjedu fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fil-konfront ta’ dawn tal-aħħar tapplika l-leġiżlazzjoni Olandiża ġenerali fil-qasam tas-sigurtà soċjali, u dan ifisser li huma jistgħu jirċievu l-benefiċċji Olandiżi kollha tas-sigurtà soċjali. Peress li l-ħaddiema kollha li jeżerċitaw attività fuq pjattaformi ta’ estrazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħal ħaddiema li jeżerċitaw attività fuq it-territorju Olandiż, l-impożizzjoni ta’ kundizzjoni ta’ residenza għall-aċċess għal protezzjoni ta’ sigurtà soċjali estiża tikkostitwixxi forma ta’ diskriminazzjoni moħbija minħabba ċittadinanza.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Artikolu 3(a) taz-ZW jagħti dritt ta’ kopertura soċjali biss sa fejn l-imsemmi dritt jirriżulta mid-dritt internazzjonali. Hija tistaqsi għalhekk sa liema punt id-dritt internazzjonali (b’mod partikolari d-dritt tal-Unjoni Ewropea) jagħti bażi lil dan id-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li s-sentenza Weber tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tar-Regolament Nru 1408/71 ma huwiex limitat għat-territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, iżda jestendi ruħu wkoll għas-sikka kontinentali. Madankollu, ir-Rechtbank tistaqsi jekk din l-interpretazzjoni hijiex korretta.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tammetti li l-leġiżlazzjoni nazzjonali eżaminata tista’ tkun inkompatibbli mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema, peress li A. Salemink tilef vantaġġ li kien jibbenefika minnu meta kien jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi. Madankollu hija tistaqsi jekk din l-inkompatibbiltà tistax titnaqqas mill-fatt li A. Salemink seta’ ssottoskriva għal assigurazzjoni volontarja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>A. Salemink, l-UWV, il-Kummissjoni u l-Gvern Spanjol, Grieg u Olandiż ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, li nżammet fl-<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dehru r-rappreżentanti ta’ A. Salemink, tal-UWV, tal-Gvern Spanjol, Grieg u Olandiż, kif ukoll il-Kummissjoni, u ppreżentaw oralment l-osservazzjonijiet tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Allegazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>A. Salemink jinsisti fuq l-applikabbilità tad-dritt Olandiż, filwaqt li jirrileva wkoll li s-sitwazzjoni tiegħu hija komparabbli ma’ dik ta’ dawk li jbaħħru fuq vapur Olandiż u li jaqgħu, b’mod obbligatorju, taħt is-sistema ta’ sigurtà soċjali Olandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-UWV, il-Gvern Spanjol, Grieg u Olandiż, kif ukoll il-Kummissjoni, għamlu riferiment għall-kwistjoni tas-sistema applikabbli għas-sikka kontinentali, b’mod partikolari għall-kwistjoni dwar jekk l-attività mwettqa fuq l-imsemmija sikka għandhiex tiġi kkunsidrata mwettqa fuq it-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-UWV u l-Gvern Olandiż jiċħdu din il-possibbiltà, billi jqajmu, minn naħa, in-natura limitata tad-drittijiet ta’ sovranità eżerċitati mill-Istati fuq is-sikka kontinentali u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-applikazzjoni territorjali tar-Regolament Nru 1408/71 hija limitata għat-territorju tal-Istati Membri. Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet jaqblu li l-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi Weber u Aldewereld ma tapplikax għall-każ preżenti. Fi kwalunkwe każ, il-Gvern Olandiż isostni li, anki jekk jiġi kkunsidrat li A. Salemink eżerċita xogħlu fuq it-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi, sa fejn<?PAGE NO="7"?> ir-Regolament Nru 1408/71 jirregola biss kunflitti ta’ liġijiet, dan ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jadottaw sistemi ta’ protezzjoni soċjali differenti għal-sitwazzjonijiet distinti, filwaqt li l-applikazzjoni fuq is-sikka kontinentali tal-istess sistema bħal dik fuq it-territorju Olandiż proprju ma hijiex obbligatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Olandiż jikkontesta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tinvolvi diskriminazzjoni, diretta jew indiretta, minħabba ċittadinanza jew tostakola l-moviment liberu tal-ħaddiema, l-ewwel nett għaliex in-nazzjonalità ma hijiex kundizzjoni għall-aċċess għall-assigurazzjoni obbligatorja u li min ma jistax jibbenefika minnha għandu l-possibbiltà li jissottoskrivi għal assigurazzjoni volontarja jew, jekk ma jixtieqx li jagħmel dan, li jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tal-WAWN u, it-tieni nett, għaliex id-dritt tal-Unjoni ma jimponix l-obbligu li jiġi rikonoxxut id-dritt għall-assigurazzjoni obbligatorja fil-konfront ta’ dawk li la jirrisjedu u lanqas jaħdmu fil-Pajjiżi l-Baxxi u li, jekk teżisti differenza fit-trattament, din hija fi kwalunkwe każ iġġustifikata mill-karatteristiċi tax-xogħol fuq il-pjattaformi għall-estrazzjoni tal-gass, li xi kultant jiġu mċaqilqa lejn partijiet tas-sikka kontinentali li ma humiex maġenb il-Pajjiżi l-Baxxi. Finalment, il-Gvern Olandiż jeskludi li wieħed jista’ jitkellem fuq ostakolu għal-moviment liberu (li, jekk dan jeżisti, huwa fi kawlunkwe każ iġġustifikat), għaliex A. Salemink ġie żvantaġġat mill-aġir tiegħu stess, għaliex seta’ jissottoskrivi għal assigurazzjoni volontarja.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħhom, il-Kummissjoni u l-Gvern Spanjol u Grieg isostnu li d-dritt tal-Unjoni japplika bis-sħiħ għas-sitwazzjoni ta’ ħaddiem li, bħal A. Salemink, jaħdem fuq is-sikka kontinentali maġenb Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-każ fejn is-sikka kontinentali ma tkunx tifforma parti mit-territorju Olandiż għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fid-dawl tal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Aldewereld, teżisti rabta ta’ konnessjoni mil-qrib biżżejjed mal-ordinament ġuridiku Olandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Gvern Grieg jaqbel mal-analiżi li, fil-limiti tal-eżerċizzju mill-Istat kostali tad-drittijiet tiegħu fuq is-sikka kontinentali, din tal-aħħar għandha tiġi assimilata, għall-finijiet tal-liġi applikabbli, mat-territorju proprju tal-imsemmi Stat.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol jirrileva, min-naħa tiegħu, li jekk id-drittijiet esklużivi ta’ esplojtazzjoni fuq is-sikka kontinentali jappartjenu lill-Istat kostali, dan għandu jkun kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relattivi għall-attività li tista’ ssir f’dan l-ispazju, inkluż ukoll dawk li jirrigwardaw il-kopertura tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Gvern Spanjol u Grieg jaqblu li jikkonstataw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali hija diskriminatorja u tostakola l-moviment liberu tal-ħaddiema. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tfakkar r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressaq għal din l-istess raġuni kontra l-Istat Olandiż, filwaqt li tenfasizza li l-possibbiltà li wieħed jissottoskrivi għal assigurazzjoni volontarja ma tbiddel bl-ebda mod is-sitwazzjoni. Il-Gvern Grieg jargumenta bl-istess mod, filwaqt li l-Gvern Spanjol jirrileva finalment li, fl-agħar każ, rabta mat-territorju tal-Unjoni hija biżżejjed biex japplika r-Regolament Nru 1408/71, peress li, fil-fehma tiegħu, il-fatt li min iħaddem lil A. Salemink jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa biżżejjed.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-kawża preżenti tista’ tkun is-suġġett ta’ żewġ approċċi ta’ portata ferm differenti. Minn naħa, huwa possibbli li jiġi adottat approċċ li jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kontinwist<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li fih, apparti l-kwistjoni relattiva għar-rabta tas-sikka kontinentali mat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>territorju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-Istati Membri u għalhekk mal-Unjoni, jiena nikkonċentra esklużivament fuq il-fatt li l-attività mwettqa minn A. Salemink tagħti lok għal relazzjoni kwalifikata mal-ordinament ġuridiku tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Min din il-perspettiva, il-ġurisprudenza inekwivoka stabbilita fil-kawżi Prodest u Aldewereld toffri raġunijiet suffiċjenti biex tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju fis-sens li, fil-preżenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol ma’ impriża stabbilita fi Stat Membru, il-fatt li x-xogħol jitwettaq fil-prattika barra mit-territorju tal-imsemmi Stat Membru ma huwiex rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71. Fil-fatt, skont l-imsemmija ġurisprudenza kkonfermata fil-kawża Habelt <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-396/05+C-419/05+C-450/05" PAGE.ECR="I-11895" YEAR="2007">C-396/05, C-419/05 u C-450/05, Ġabra. p. I-11895</REF.DOC.ECR>, punt 122).</P></NOTE>, l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib biżżejjed bejn ir-relazzjoni tax-xogħol u l-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru hija biżżejjed biex id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt industrijali jkunu applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kawża preżenti, għandu jiġi ddeterminat jekk, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, ir-relazzjoni ta’ xogħol bejn A. Salemink u min iħaddmu tagħtix lok, hekk kif jidher b’mod ċar li huwa l-każ, għal tali grad ta’ rabta mal-Pajjiżi l-Baxxi li minnha tirriżulta li l-ħtieġa li A. Salemink jirrisjedi huwa wkoll fil-Pajjiżi l-Baxxi biex ikollu aċċess għall-assigurazzjoni obbligatorja tikkostitwixxi, fil-fatt, limitazzjoni għal-libertà ta’ moviment tiegħu bħala ħaddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Alternattivament, hekk kif urew il-pożizzjonijiet adottati mill-partijiet fil-proċeduri preżenti, approċċ ieħor jista’ jikkonsisti fil-kunsiderazzjoni tal-problema iktar direttament mill-perspettiva tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kundizzjoni territorjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tas-sikka kontinentali. Dan l-approċċ jista’ jiġi meqjus iktar innovattiv, anki jekk, hekk kif sejrin naraw, fl-apparenza biss, peress li, sa ċertu punt, huwa jinvolvi b’hekk l-arranġament sistematiku u l-ġeneralizzazzjoni tas-soluzzjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt l-eżami tad-diversi kwistjonijiet relattivi għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jiena nikkunsidra li l-ġurisprudenza li għadni kif irreferejt għaliha ma teħtieġx kunsiderazzjoni partikolari min-naħa tiegħi. Madankollu, il-kawża preżenti tista’ tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tikkunsidra din l-okkażjoni bħala possibbiltà biex tavvanza fl-iżvilupp ta’ kwistjoni daqshekk sensittiva bħal dik tad-definizzjoni tal-qasam <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>territorjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-eżerċizzju tal-kompetenzi. Il-kunsiderazzjonijiet li sejjer nesponi iktar ’l isfel għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati magħmula għal dan il-għan.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali bħala punt tat-tluq: is-sikka kontinentali bħala qasam tal-eżerċizzju tas-setgħat sovrani tal-Istati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni japplika għall-Istati Membri (Artikolu 52(1) TUE) li t-territorju tagħhom jikkostitwixxi għalhekk il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Kamp ta’ applikazzjoni li, skont l-Artikolu 52(2) TUE innifsu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>huwa speċifikat fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Din l-ispeċifikazzjoni ma hijiex rilevanti fil-kawża preżenti.</P></NOTE>. Għaldaqstant ma teżistix definizjoni proprja jew awtonoma tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>territorju tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>K. Lenaerts u P. van Nuffel, <HT TYPE="ITALIC">European Union Law</HT>, Sweet &amp; Maxwell, it-tielet edizzjoni, Londra, 2011 (12-006).</P></NOTE>, filwaqt li dan it-territorju jirriżulta mit-territorji kollha tal-Istati Membri, li d-delimitazzjoni tagħhom bħala spazju fiżiku taħt sovranità statali tista’ tiġi vverifikata fil-kuntest tad-dritt internazzjonali permezz tat-trattati li jisabbilixxu l-fruntieri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Skont id-dritt internazzjonali, il-fruntiera stabbilita b’trattat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>takkwista […] permanenza li t-trattat innifsu mhux neċessarjament ikollu. Trattat jista’ jieqaf li jibqa’ fis-seħħ mingħajr ma tiġi affettwata l-perpetwità tal-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19940203">3 ta’ Frar 1994</DATE>, Jamahiriya Árbija Libjana vs Iċ-Ċad (Q.I.Ġ. Ġabra 1994, p. 37)). Din il-permanenza tal-funtieri lil hinn mit-trattati li jistabbilixxuhom turi l-importanza straordinarja tal-limiti territorjali bħala fattur ta’ stabbilità tal-komunità internazzjonali.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ispazju fiżiku li jinsab taħt is-sovranità ta’ Stat, il-kunċett ta’ territorju jinkludi kemm l-ispazju territorjali proprju kif ukoll l-ispazju tal-ajru u l-ispazji marittimi. Fi kwalunkwe każ huwa jirrigwarda oqsma ta’ eżerċizzju tas-sovranità eskużiva ta’ kull Stat rikonoxxuti mid-dritt internazzjonali, anki jekk il-qasam li fih l-Istati jistgħu jeżerċitaw is-setgħat sovrani tagħhom ma huwiex limitat għal dawn biss, peress li d-dritt internazzjonali jirrikonoxxi wkoll l-eżistenza ta’ kompetenzi statali fuq bażi extraterritorjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>B’mod ġenerali ara, J.D. González Campos, L. I. Sánchez Rodríguez u Paz de Andrés Sáenz de Santa María, <HT TYPE="ITALIC">Curso de Derecho Internacional Público</HT>, 4 Edizzjoni Riveduta, Thomson-Civitas, Cizur Menor, 2008.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Hekk kif il-qasam tal-eżerċizzju tas-sovranità tal-Istati ma jikkoinċidix la eżattament u lanqas neċessarjament mal-estenzjoni tat-territorju tagħhom, hekk ukoll il-kompetenzi statali li jirrużultaw mis-sovranità mhux dejjem ikollhom il-karatteristiċi tal-esklużività u tat-totalità, li huma karatteristiċi tas-setgħa sovrana. Għall-kuntrarju, preċiżament minħabba s-sottomissjoni progressiva tal-komunità internazzjonali għall-intervenzjoni legali, l-eżerċizzju tas-sovranità huwa suġġett għal diversi livelli ta’ intensità, filwaqt li s-sovranità hija ferm inqas evidenti meta r-rabta bejn il-qasam tal-eżerċizzju tagħha u l-bażi territorjali tal-Istat tkun dgħajfa.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-baħar bħala qasam tal-eżerċizzju tas-sovranità, id-dritt internazzjonali ma jirrikonoxxix lill-Istati s-<HT TYPE="ITALIC">setgħat</HT> kollha ammessi fl-ispazju territorjali proprju, u lanqas fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>il-baħar territorjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-firxa tal-baħar maġenb il-kosta li l-wisa’ tagħha ma teċċedix 12-il mil nawtiku, imkejla mil-linji ta’ bażi stabbiliti skont il-KNULB (Artikoli 2 u 3 tal-KNLUB).</P></NOTE> proprju, li fih <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[i]s-sovranità […] hija eżerċitata bla ħsara għan din il-Konvenzjoni u għar-regoli l-oħrajn tal-liġi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, hekk kif jipprovdi l-Artikolu 2(3) tal-KNULB, u fejn, b’mod partikolari, għandu jiġi rispettat id-dritt ta’ passaġġ innoċenti tal-vapuri tal-Istati kollha (Artikolu 17 tal-KNULB), li jimplika limitazzjoni tal-prinċipju tal-ġurisdizzjoni tal-Istat kostali, hekk kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="19921124">24 ta’ Novembru 1992</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Poulsen u Diva Navigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/90" PAGE.ECR="I-6019" YEAR="1992">C-286/90, Ġabra p. I-6019</REF.DOC.ECR>), punt 25.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jekk is-sovranità tal-Istat fuq il-baħar territorjali hija diġà suġġetta għall-limitazzjoni indikata, is-setgħa <HT TYPE="ITALIC">imperium</HT>, karatteristika tal-Istat Sovran, titnaqqas progressivament iktar ma wieħed jitbiegħed, biex ninftiehem tajjeb, mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>massa tal-art<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u tiġi ridotta, hekk kif sejrin naraw fid-dettall iktar ’il quddiem, għal numru limitat ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>drittijiet sovrani<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, b’għanijiet speċifiċi, fir-rigward tas-sikka kontinentali, u tiġi dilwita għall-eżerċizzju ta’ ċerti libertajiet biss meta jintlaħqu l-ibħra internazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Libertajiet enumerati fl-Artikolu 87 tal-KNLUB u rikonoxxuti lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Istati kollha, seww jekk kostali u anke jekk m’għandhom aċċess dirett għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>a) il-libertà tan-navigazzjoni; b) il-libertà tat-titjiriet; ċ) il-liberta li jitqiegħdu fili u pajpijiet […]; d) il-libertà tal-kostruzzjoni ta’ gżejjer artifiċjali u stallazzjonijiet oħrajn permissibbli permezz tal-liġi internazzjonali […]; e) il-libertà tas-sajd […]; f) il-libertà tar-riċerka xjentifika […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</P></NOTE>, fejn kwalunkwe pretenzjoni ta’ setgħa sovrana hija sempliċement illeġittima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Skont l-Artikolu 89 KNULB <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[l]-ebda Stat ma jista validitament jipproponi li jissuġġetta xi parti mill-baħar internazzjonali għas-sovranità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>qiegħ tal-baħar u l-art oċeanika u l-istrata ta’ l-art taħt dik tal-wiċċ, lil hinn mil-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li jikkostitwixxu ż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Żona<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> iddefinita u rregolata mill-KNLUB, dan ġie dikjarat, fimkien mar-riżorsi tiegħu, wirt komuni tal-umanità (Artikolu 136 tal-KNLUB), filwaqt li hija eskluża kwalunkwe pretenzjoni jew eżerċizzju ta’ sovranità jew ta’ drittijiet sovrani mill-Istati (Artikolu 137(1) tal-KNLUB).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, iż-żona ekonomika esklużiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ma tistax teċċedi lil hinn minn 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa’ tal-baħar territorjali tkun ġiet imkejla<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (Artikolu 57 tal-KNULB).</P></NOTE>, l-Istat kostali għandu, minn naħa, ċertu drittijiet sovrani, provduti fl-Artikolu 56(1)(a) tal-KNLUB <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>għall-iskop ta’ l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni, tal-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali, seww jekk ħajjin jew mhux ħajjin, tal-baħar supra-qarib tal-qiegħ tal-baħar jew tal-qiegħ tal-baħar u l-istrata ta’ taħt il-wiċċ tal-qiegħ tiegħu, [kif ukoll] f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet l-oħrajn għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni ekonomika taż-żona, bħal ma hija l-produzzjoni ta’ l-enerġija mill-ilma, mill-kurrenti jew mill-irjieħ<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Min-naħa l-oħra, barra minn hekk, huwa rikonoxxut li għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-użu ta’ gżejjer artifiċjali, ta’ installazzjonijiet u strutturi; ir-riċerka xjentifika marittima; u l-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent marittimu, madankollu dejjem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>kif hemm provvediment dwar dan fid-diposizzjonijiet relevanti ta’ din il-Konvenzjoni (skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni)<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (Artikolu 56 (1)(b) tal-KNLUB). Fl-aħħar nett, ma dan jiżdied ukoll id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>id-drittijiet u d-doveri l-oħrajn li hemm provvediment dwarhom f’din il-Konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (Artikolu 56 (1)(ċ) tal-KNLUB).</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tas-sikka kontinentali, li huwa l-ispazju li hawnhekk jinteressana b’mod partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>U li, skont l-Artikolu 76(1) tal-KNLUB, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>tinkludi l-qiegħ tal-baħar u l-istrata ta’ taħt dak taż-żoni ta’ taħt il-baħar li jestendu lil hinn mill-baħar territorjali tiegħu matul prolongazzjoni naturali ta’ l-art territorjali tiegħu sat-tarf ta’ barra tal-marġini kontinentali, jew sa distanza ta’ 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa’ tal-baħar territorjali huwa mkejjel meta t-tarf estern tal-marġini kontinentali ma jestendix sa dik id-distanza<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</P></NOTE>, l-Istat kostali jeżerċita drittijiet sovrani biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>għall-iskop ta’ l-esplorazzjoni tagħha u ta’ l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Mifhuma bħala tali r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>[riżorsi] minerali u r-riżorsi mhux-ħajjin l-oħrajn [l-oħra li mhumiex bioloġiċi] tal-qiegħ il-baħar u s-saff ta’ taħt dak […]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> (Artikolu 77(4) tal-KNLUB).</P></NOTE> (Artikolu 77(1) tal-KNULB). Dawn id-drittijiet sovrani huma meqjusa mill-KNLUB bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>esklussivi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[…] fis-sens li jekk Stat kostali ma jesplorax is-sikka kontinentali jew ma jutilizzax ir-riżorsi tagħha, ħadd ma jkun jista jidħol għal dawn l-attivitajiet mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-Istat kostali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (Artikolu 77(4) tal-KNULB).</P></NOTE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>[indipendentament] mill-okkupazzjoni, effettiva jew mistħajjla, jew fuq [minn] xi proklama espressa<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> (Artikolu 77 (2) u (3) tal-KNLUB)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Hekk kif iddikjarat il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, dawn id-drittijiet jeżistu <HT TYPE="ITALIC">ipso facto</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ab initio</HT> bis-saħħa tas-sovranità tal-Istat u b’estenzjoni ta’ din tal-aħħar biex jesploraw qiegħ il-baħar u jisfruttaw ir-riżorsi tiegħu (sentenza tal-<DATE ISO="19690220">20 ta’ Frar 1969</DATE>, Sikka kontinentali tal-Baħar tat-Tramuntana, Ġabra 1969, p.3, punt 19).</P></NOTE> u fl-ebda każ ma jaffettwaw l-istatus ġuridiku tal-ilmijiet ta’ fuqhom jew l-ispazju tal-ajru misjub fuq dawn l-ilmijiet (Artikolu 78(1) tal-KNLUB) u lanqas ma jistgħu jaffettwaw in-navigazzjoni jew drittijiet u libertajiet rikonoxxuti ta’ Stati oħra (Artikolu 78(2) tal-KNLUB), b’mod partikolari dak li jitqiegħdu fili u pajpijiet sottomarini (Artikolu 79 tal-KNULB).</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, dawn huma d-drittijiet sovrani li l-liġi internazzjonali tal-baħar tirrikonoxxi lill-Istati Membri kostali skont il-KNLUB, li torbot bl-istess mod il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Dawn id-drittijiet, inkwantu jintitolaw l-eżerċizzju leġittimu tas-setgħa pubblika, jiżdiedu mas-setgħat <HT TYPE="ITALIC">imperium</HT> kollha li jikklassifikaw lill-Istati Membri bħala suġġetti tad-dritt internazzjonali u, fir-rigward ta’ dak li huwa rilevanti hawnhekk, bħala suġġetti kostituttivi tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Mas-sovranità bħala kwalità għall-eżerċizzju tas-setgħa pubblika b’mod esklużiv u b’ġurisdizzjoni sħiħa, jingħaqdu b’hekk, bis-saħħa tad-dritt internazzjonali u fil-kuntest tal-ordinament ġuridiku tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>drittijiet sovrani<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, jiġifieri intitolamenti għall-eżerċizzju tas-setgħa pubblika, ta’ natura kundizzjonata u limitata, f’oqsma li huma esklużi, bħala regola, mis-sovranità tal-Istati. Għalkemm is-sovranità hija l-espressjoni ta’ setgħa pubblika intrinsika, rikonoxxuta u limitata mid-dritt internazzjonali, id-drittijiet sovrani għandhom l-oriġini tagħhom fil-volontà tal-komunità internazzjonali, li fiha huma għandhom il-bażi, il-kontenut u l-limitu tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, fiż-żewġ każijiet, kemm fil-każ tas-sovranità proprja jew ta’ drittijiet sovrani, il-fatt li dawn jinżammu mill-Istat, jagħti lok għal kompetenza għall-eżerċizzju ta’ setgħa pubblika, jiġifieri l-kontroll ġuridiku ta’ oqsma tar-realtà li fuqhom testendi ruħha s-setgħa inkontestabbli tas-sovran b’mod effettiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Konsegwenzi għad-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Hekk kif jipprovdi l-Artikolu 1 TUE, l-Unjoni Ewropea hija r-riżultat tal-volontà tal-Istati, li ħolquha biex jiksbu l-għanijiet komuni tagħhom permezz tal-attribuzzjoni ta’ ċertu kompetenzi. Il-kwistjoni dwar jekk tali kompetenzi jappartjenux lill-Istati Membri bis-saħħa tas-sovranità tagħhom jew jekk jirriżultawx mill-attribuzzjoni ta’ dritt sovran mid-dritt internazzjonali ma hijiex rilevanti għall-finijiet tad-delimitazzjoni tal-kompetenzi tal-Unjoni, li teżerċita eżattament il-kompetenzi li ġew attribwiti lilha (Artikolu 5 TUE), skont it-termini li bihom l-attribuzzjoni hija deċiża fit-Trattati, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-kontenut u tal-portata li biha l-Istati innifishom setgħu jeżerċitawhom qabel ma ssieħbu mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kriterju determinanti għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jingħata mill-portata tal-kompetenzi legittimament eżerċitati mill-Istati Membri fil-kuntest tad-dritt internazzjonali. Id-dritt tal-Unjoni japplika fejn ikun hemm l-eżerċizzju tas-setgħa pubblika tal-Istati Membri fl-oqsma ta’ kompetenzi attribwiti lill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan l-ordinament ġuridiku u indipendentament mill-awtorizzazzjoni ta’ attribuzzjoni originali tal-kompetenza statali trasferita lill-Unjoni Ewropea, jiġifieri kemm jekk tkun is-sovranità tal-Istat stess (irrikonoxxuta u ggarantita mid-dritt internazzjonali) jew l-attribuzzjoni mill-komunità internazzjonali ta’ dritt sovran.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tiġi mwieġba d-domanda magħmula fil-kawża preżenti, għandha ssir referenza għal numru konkret ta’ kompetenzi effettivament attribwiti lill-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali kkonċernat, filwaqt li, għal dan il-għan, il-kwistjoni dwar jekk l-imsemmija kompetenzi humiex eżerċitati fuq it-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi <HT TYPE="ITALIC">strico sensu</HT> jew fi spazju ġeografiku distint u taħt il-forma ta’ drittijiet sovrani mhijiex rilevanti. Fi kliem ieħor, għall-finijiet tal-Unjoni, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>territorju<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tal-Istati Membri huwa l-qasam (mhux neċessarjament territorjali, fis-sens ta’ spazju jew fis-sens ġeografiku) li fih jiġu eżerċitati l-kompetenzi tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Il-fatt li l-istorja tas-setgħa statali tal-epoka moderna hija essenzjalment dik tal-impożizzjoni progressiva tas-setgħa territorjali, twassal istintivament biex jiġi identifikat il-qasam li fih tiġi eżerċitata s-setgħa tal-Istat mat-territorju li fih dan tal-aħħar jeżerċita leġittimament is-sovranità tiegħu (b’mod ġenerali, A. Manuel Hespanha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>El espacio político<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, f’ <HT TYPE="ITALIC">La gracia del Derecho, Economía de la cultura en la Edad Media, Centro de Estudios Políticos y Constitucionales</HT>, Madrid, 1993, p. 85 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). Ċertament, dan il-qasam huwa fundamentalment territorjali, iżda ma jillimitax ruħu għat-territorju. Fil-kuntest tad-dritt internazzjonali, is-setgħa tal-Istat tista’ tipproġetta ruħha legalment lil hinn mit-territorju tiegħu, bl-istess mod kif, b’mod invers, l-emerġenza li tirriżulta minn ċertu dritt ta’ interferenza tal-komunità internazzjonali fil-kwistjonijiet statali għal raġunijiet umanitarji twassal ukoll biex tiġi mminata l-esklużività tradizzjonali rrikonoxxuta lill-Istati fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom fuq it-territorju proprju tagħhom. (Dimitris Liakopoulos, <HT TYPE="ITALIC">L’ingerenza umanitaria nel Diritto internazionale e comunitario</HT>, Cedam, Padua, 2007). Iż-żewġ fenomeni juru ksur fil-korrispondenza, li sa ftit żmien ilu kienet kważi perfetta, bejn, minn naħa, it-territorju bħala spazju fiżiku u, min-naħa l-oħra, il-qasam tal-eżerċizzju tas-sovranità. Fir-realtà, din il-korrispondenza kienet madankollu l-konsegwenza tal-evoluzzjoni storika tal-Istat modern u tirrigwarda għalhekk feonomenu iktar kontinġenti milli neċessarju.</P><P>Barra minn hekk, f’termini ta’ neċessità, is-sovranità, bħala kwalità ta’ ordinament ġuridiku, għandha effettivament bżonn ta’ qasam għall-eżerċizzju tas-setgħa ġuridika miżmuma minnha, liema setgħa, meħuda bħala tali, tesprimi ruħha permezz tal-ħolqien ta’ regoli ġuridiċi li l-effettività tagħhom tiddependi mill-kapaċità ta’ impożizzjoni tal-ordnijiet tagħha minn dak li jagħtihom. Il-fatt li din il-kapaċità tirriżulta li hija effikaċi b’ mod partikolari fil-limiti ta’ territorju fiżiku ma jfissirx li hija ma tistax tippretendi (u tottjeni) effettività <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>extraterritorjali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Fil-fatt, bħala espressjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">sollen</HT>, l-ordinament ġuridiku ma jsibx fis-<HT TYPE="ITALIC">sein</HT>, la l-bażi tal-eżistenza tiegħu, u lanqas il-limitu tal-pretenzjonijiet tiegħu, filwaqt li, għalkemm per definizzjoni, dawn tal-aħħar huma dejjem ideali, dawn huma biss is-suġġett tal-aġir li wieħed bi ħsiebu jirregola. Għaldaqstant, il-fatt li din ir-regulazzjoni hija effettiva biss fil-limiti ta’ territorju ma jfissirx li hija ġuridikament valida biss fuq l-imsemmija territorji. Xort’oħra tkun li wieħed jinsa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>it-territorjalità ma hijiex parti speċifika tal-kontenut tas-setgħa statali, iżda biss kundizzjoni u kwalità ta’ din is-setgħa<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> [traduzzjoni libera] (Raymond Carré de Malberg, <HT TYPE="ITALIC">Contribution à la théorie générale de l’État</HT>, I, Sirey, París, 1920, p. 4).</P><P>Il-prova li dak li ntqal ma huwiex sempliċi logħob ta’ ħsibijiet astratti hija mogħtija mid-diffikultajiet li jħabbtu magħhom l-Istati biex jimplementaw, pereżempju, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-logħob, fid-dawl tal-effett tal-Internet, liema problema ġiet imqajma mill-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-Konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fl-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE> fil-kawża Markus Stoss <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (sentenza tat-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-316/07+C-358/07+C-359/07+C-360/07+C-409/07+C-410/07" PAGE.ECR="I-8069" YEAR="2010">C-316/07, C-358/07, C-359/07, C-360/07, C-409/07 u C-410/07 Ġabra p. I-8069</REF.DOC.ECR>), li jirrileva fil-punt 79 li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>id-diffikultajiet li Stat jista’ jiltaqa’ magħhom fil-missjoni tiegħu li tiġi mħarsa l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma humiex rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni. Ir-restrizzjoni stabbilita fil-liġi nazzjonali hija minnha nfisha kompatibbli jew inkompatibbli mat-Trattat, u l-possibbiltà li tinħoloq imġiba li tmur kontra dawn ir-regoli nazzjonali hija rrilevanti f’dan ir-rigward[…]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, u b’mod koerenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-opportunità tiddeċiedi, fil-passat, fuq il-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni billi utilizzat ġustament il-kriterju li għadu kif issemma. B’hekk, hija ddikjarat li d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.</P></NOTE> kellha tiġi kkunsidrata li kienet applikabbli lil hinn mill-ibħra territorjali tal-Istati Membri sa fejn, peress li dawn jeżerċitaw drittijiet sovrani fuq ċerti spazji, l-Istati Membri huma wkoll responsabbli għall-konservazzjoni tal-biodiversità tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/04" PAGE.ECR="I-9017" YEAR="2005">C-6/04, Ġabra p. I-9017</REF.DOC.ECR>, punt 117). Qabel din, skont l-istess ħsieb, is-sentenza Kramer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> iċċitata iktar ’il fuq (punti 30 sa 33), kienet diġà kkonstatat li ċertu kompetenza <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Komunità kienet testendi għas-sajd fl-ibħra internazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>sa fejn kompetenza analoga tappartjeni lill-Istati, bis-saħħa tad-dritt internazzjonali pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (punt 31). B’mod ġenerali, fuq id-dritt tal-Unjoni u tal-ispazji marittimi, ara M. Michael, <HT TYPE="ITALIC">L’applicabilité du Traité instituant la C.E.E. et du Droit dérivé au plateau continental des États membres</HT>, Librairie Générale de Droit et de Jurisprudence, Pariġi, 1984, kif ukoll M. Blanquet u N. de Grove-Valdeyron, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Zones côtières et Droit Communautaire<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue Juridique de l’Environnement</HT>, Edizzjoni Speċjali 2001, p. 53 sa 84. B’mod partikolari, H.D. Jarass, Naturschutz in der <HT TYPE="ITALIC">Ausschließlichen Wirtschaftszone</HT>, Nomos, Baden-Baden, 2002, u D. Czybulka, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Die Anwendung der Umwelthaftungsrichtlinie in der Ausschließlichen Wirtschaftszone und auf dem Festlandsockel<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, <HT TYPE="ITALIC">Natur und Recht</HT> (2008) 30, p. 304 sa 311.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kompetenzi tal-Pajjiżi l-Baxxi fuq is-sikka kontinentali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, li fiha ma huwiex ikkontestat li l-pjattaforma għall-estrazzjoni tal-gass li fuqha ħadem A. Salemink tinsab fuq is-sikka kontinentali maġenb il-kosta tal-Pajjiżi l-Baxxi, huwa paċifiku wkoll li dan l-Istat Membru jeżerċita drittijiet sovrani fuq dan l-ispazju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>għall-iskop ta’ l-esplorazzjoni tagħha [tiegħu] u ta’ l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha [tiegħu]<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> (Artikolu 77(1) KNULB).</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Hekk kif jenfasizza l-UWV fil-punt 13 tal-osservazzjonijiet tiegħu, huwa ċert li d-dritt internazzjonali jattribwixxi biss lill-Istati kostali ġurisdizzjoni jew sovranità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>funzjonali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> fuq is-sikka kontinentali, mingħajr ma jagħmilha parti integrali tat-territorju tal-imsemmi Stat. Madankollu l-osservazzjoni hija irrilevanti, għaliex dak li jimporta huwa, minn naħa, il-portata tal-kompetenza attribwita lill-Istat kostali u, min-naħa l-oħra, sa fejn l-eżerċizzju tal-imsemmija kompetenza ġie trasferit lill-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Is-setgħa ta’ esplojtazzjoni tar-riżorsi tas-sikka kontinentali tagħti l-kompetenza esklużiva biex jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ esplojtazzjoni tar-rikkezzi ta’ dan l-ispazju permezz ta’ ħaddiema li għandu neċessarjament ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat kostali fil-qasam tad-dritt industrijali.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’din id-dimensjoni konkreta, jiġifieri għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kompetenza tiegħu fil-qasam tar-relazzjonijiet ta’ xogħol, l-Istat kostali għandu titolu ta’ sovranità li, bħala regola, huwa ekwivalenti għal dak li jintitolah jirregola l-imsemmija relazzjonijiet fuq it-territorju tiegħu stess.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-possibbiltà ta’ diversi sistemi ta’ sigurtà soċjali u l-bażi tagħhom</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-punt 22 tan-nota ta’ osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi rrikonoxxa li huwa jikkunsidra li l-liġi dwar is-salarju u l-konċessjonijiet ta’ vaganzi minimi (Wet minimumloon en minimumvakantiebijslag), kif ukoll ċerti liġijiet fiskali applikabbli għas-sikka kontinentali sa mill-1990, il-liġi dwar il-ħin tax-xogħol (Arbeidstijdenwet) u l-liġi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol (Arbeidsomstandighedenwet), japplikaw għal dan l-ispazju sa mill-2007. Madankollu, fil-punt 23 tan-nota tiegħu, huwa jsostni li l-KNULB ma tobbligax lill-Istati japplikaw l-istess sistema ta’ sigurtà soċjali għax-xogħol imwettaq fuq is-sikka kontinentali u għal dak imwettaq fuq it-territorju nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk, id-domanda reali hija dik dwar jekk l-Istati Membri humiex liberi li jiddeċiedu dwar il-portata tad-drittijiet sovrani tagħhom fuq is-sikka kontinentali, fis-sens li jistgħu leġittimament jeżerċitaw f’dan il-qasam is-setgħa pubblika tagħhom b’mod selettiv. Fi kliem ieħor, għandhu jiġi deċiż jekk jistgħux japplikaw għall-istess kwistjoni sistemi regolatorji differenti skont jekk is-setgħa pubblika eżerċitata tiġix mis-sovranità orġinali tal-Istat jew minn dritt sovran mogħti mid-dritt internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ jaqbel mal-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi li l-KNULB ma teżiġix li l-Istati japplikaw ċertu sistema ta’ sigurtà soċjali għall-ħaddiema tas-sikka kontinentali. Fir-realtà, il-konvenzjoni ma timponi l-ebda obbligu fuq l-Istati fir-rigward tal-kontenut tad-dritt materjali li jirriżulta mill-eżerċizzju tad-dritt sovran konferit minnha, iżda tikkostitwixxi sempliċement titolu ta’ leġittimità għall-imsemmi eżerċizzju. Il-kundizzjonijiet fir-rigward tal-kontenut ta’ dan id-dritt għandhom għalhekk jinsabu fl-ordinament ġuridiku proprju tal-Istat kostali, kif ukoll fid-dritt tal-Unjoni meta l-imsemmi ordinament ġuridiku attribwixxa lill-Unjoni l-kompetenza regulatorja korrispondenti.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li d-distinzjoni skont l-oriġini tat-titolu ta’ leġittimità tal-eżerċizzju tas-setgħa pubblika minn Stat Membru fl-oqsma tar-relazzjonijiet tax-xogħol, meħuda waħedha, ma tiġġustifikax differenzi ta’ kontenut fil-regolamentazzjoni ġuridika tal-imsemmija relazzjonijiet. Għalhekk, għall-finijiet tal-regolamentazzjoni tas-sistema tar-relazzjonijiet tax-xogħol, l-ispazji ġeografiċi li fuqhom l-Istati Membri jeżerċitaw leġittimament setgħat sovrani jiffurmaw parti, għall-Unjoni, fl-estenzjoni kollha tagħhom, mit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>territorju<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> tal-imsemmija Stati.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Kwistjoni distinta tirrigwarda dik dwar jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi tax-xogħol imwettaq fuq is-sikka kontinentali, ir-regolamentazzjoni tad-dritt industrijali applikabbli mill-Istat Membru kostali tistax ikollha modulazzjonijiet jew varjazzjonijiet meta mqabbla mas-sistema komuni applikabbli għax-xogħol imwettaq fuq it-territorju proprju tiegħu, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ dak li huwa importanti hawnhekk, fil-qasam tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, filwaqt li madankollu, huwa<?PAGE NO="14"?> dejjem mifhum li tali modulazzjonijiet ma jistgħux ikunu l-konsegwenza ta’ portata distinta tal-kompetenza statali eżerċitata, jew, jekk wieħed jippreferi, ta’ differenza ta’ kwalità fin-natura tas-setgħa normattiva kompetenti għar-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet tax-xogħol. Din is-setgħa għandha, dejjem u unikament, tkun dik marbuta esklużivament mas-setgħa pubblika tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, id-differenza tista’ tkun dovuta, jekk ikun il-każ, għall-attività professjonali kkunsidrata waħedha, iżda mhux għall-qasam ta’ sovranità li fih l-Istat Membru kkonċernat jeżerċita l-kompetenzi tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>F –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala liġi nazzjonali applikabbli għas-sikka kontinentali maġenb il-kosta tiegħu — Konsegwenzi tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż għandu raġun li jikkonstata li r-Regolament Nru 1408/71 jirregola biss kunflitti ta’ liġijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali, mingħajr ma jimponi portata partikolari għall-protezzjoni ggarantita lill-ħaddiema, liema kwistjoni hija l-obbligu tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1408/71 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>għandhom l-uniku għan li jiddeterminaw liema leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika għall-persuni li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tiegħu. M’għandomx bħala għan li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta’ l-eżistenza tad-dritt jew ta’ l-obbligu li persuna tagħmel assigurazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali jew ma’ din jew dik il-fergħa ta’ l-istess skema. Huwa l-kompitu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru li jiddetermina dawn il-kundizzjonijiet, inkluża dik li tirrigwarda l-waqfa ta’ l-affiljazzjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, van Pommeren-Bourgondiën (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-227/03" PAGE.ECR="I-6101" YEAR="2005">C-227/03, Ġabra p. I-6101</REF.DOC.ECR>, punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, u fir-rigward ta’ dak li għadni kif għidt, l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 jidentifika l-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala dik applikabbli għall-kawża preżenti, peress li A. Salemink eżerċita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>impjieg fuq it-territorju<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ta’ dan l-Istat Membru għalkemm huwa jirrisjedi fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor. It-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>territorju li fih jitwettaq l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> kien is-sikka kontinentali maġenb il-Pajjiżi l-Baxxi li, għall-finijiet tal-kawża preżenti, peress li tikkostitwixxi qasam spazjali tal-eżerċizzju tas-setgħa pubblika Olandiża fil-kuntest tad-dritt internazzjonali, hija, f’dan is-sens, territorju ta’ dan l-Istat Membru u, għaldaqstant, territorju tal-Unjoni, jiġifieri kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi li ġew mogħtija lilha mit-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa vera, hekk kif jikkonstata l-Gvern Olandiż, li jappartjeni lill-Istati Membri li jiddeterminaw il-portata tal-protezzjoni ggarantita lill-ħaddiema, xorta waħda jibqa l-fatt li l-marġni ta’ manuvra tal-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-ħaddiema ma hijiex illimitata, u għandha l-ewwel limitu fundamentali tagħha fil-moviment liberu tal-ħaddiema ggarantit mill-Artikolu 45 TFUE, li fid-dawl tiegħu għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/81 (sentenza tat-<DATE ISO="19930330">30 ta’ Marzu 1993</DATE>, de Wit)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282" PAGE.ECR="I-1221" YEAR="1993">C-282, Ġabra p. I-1221</REF.DOC.ECR>, punt 16.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, huma leġittimi u konformi mad-dritt tal-Unjoni biss id-differenzi fis-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-ħaddiema li ma jippreġudikawx il-libertà tal-moviment tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Sabiex jiġġustifikaw id-differenza fit-trattament magħmula bejn dawk ma jirrisjedux fil-Pajjiżi l-Baxxi meta mqabbla ma dawn li jirrisjedu f’dan l-Istat Membru, kemm il-Gvern Olandiż, kif ukoll l-UWV invokaw il-karatteristiċi partikolari tar-relazzjonijiet tax-xogħol fuq is-sikka kontinetali, b’mod partikolari n-natura dinamika tagħhom, id-diversità tal-kuntratti utilizzati, kif ukoll il-mobbilità tal-pjattaformi nnifishom, li mhux dejjem jinsabu fil-partijiet maġenb il-baħar territorjali.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Ovvjament, wieħed ma jistax jeskludi li l-karatteristiċi partikolari tax-xogħol fuq is-sikka kontinentali jistgħu jiġġustifikaw sistema ta’ sigurtà soċjali speċifika, distinta minn dik applikabbli għar-relazzjonijiet tax-xogħol fuq it-territorju Olandiż proprju. Mandankollu, għandu jiġi mfakkar li, fil-kawża preżenti, il-punt determinanti għal-leġiżlatur Olandiż ma kienx it-tip ta’ xogħol ikkonċernat, iżda s-sempliċi fatt tar-residenza tal-ħaddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-każ preżenti, id-differenza fit-trattament magħmula mill-leġiżlatur Olandiż tispiċċa biex tibbaża ruħha strettament fuq il-fatt tar-residenza. Fost il-ħaddiema kollha li jaħdmu fuq is-sikka kontinentali, id-distinzjoni bejn dawk li jibbenefikaw mis-sistema komuni, u għalhekk minn assigurazzjoni obbligatorja u dawk li għandhom l-alternattiva li jissottoskrivu għal assigurazzjoni volontarja jew, jekk ikun il-każ, il-vantaġġ ta’ ċerti benefiċċji addizzjonali, hija ddeterminata mill-fatt li wieħed ikollu r-residenza tiegħu jew fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fi Stat ieħor, anki jekk, fiż-żewġ każijiet, min iħaddimhom ikun jirrisjedi f’dan l-ewwel Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju, għandu jiġi rrilevat li d-differenza inkwistjoni ma hijiex mingħajr rilevanza għall-ħaddiema kkonċernati, jekk xejn minħabba li min iħaddem huwa dejjem implikat fl-amministrazzjoni tal-assigurazzjoni obbligatorja, filwaqt li, fil-każ ta’ assigurazzjoni volontarja, huwa l-ħaddiem li jrid jissottoskrivi għaliha u li jżommha fis-seħħ. B’hekk, dan tal-aħħar jassumi responsabbiltà individwali li, xi kultant, hekk kif juri l-każ preżenti, tista’ twassal għal sitwazzjonijiet ta’ preġudizzju partikolari għall-interessi tiegħu, li ma humiex neċessarjament imputabbli lilu, u, fid-dawl tal-pożizzjoni iktar dgħajfa tiegħu fil-kuntest tar-relazzjonijiet tax-xogħol, dan il-fatt ma jistax ikun irrilevanti għall-awtoritajiet pubbliċi. Dan lanqas ma jista’ jkun il-każ mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, jekk din il-kundizzjoni inqas favorevoli hija l-konsegwenza ta’ differenza fit-trattament fil-konfront ta’ dawk biss li ma jirrisjedux fuq it-territorju proprju ta’ Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-qosor, il-leġiżlatur Olandiż, għażel kriterju ta’ distinzjoni partikolarment suspettuż mill-perspettiva tal-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Kundizzjoni suspettuża li għaliha diġà għamilt riferiment, f’kuntest ieħor, fil-punt 36 tal-Konklużjonijiet li jiena ppreżentajt fil-kawża Stewart (sentenza tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-503/09" PAGE.ECR="I-6497" YEAR="2011">C-503/09, Ġabra p. I-6497</REF.DOC.ECR>) u li hija rilevanti fil-każ preżenti, għalkemm A. Salemink għandu n-nazzjonalità Olandiża. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata mill-Rechtbank Amsterdam taffettwa sostanzjalment u prinċipalment il-ħaddiema barranin, sal-punt li, hekk kif indikat il-Kummissjoni, rikors abbażi tal-Artikolu 258 TFUE jinsab attwalment pendenti kontra r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (C-141/10), liema rikors huwa intiż li jiġi kkonstatat li l-imsemmi Stat Membru naqas mill-obbligi tiegħu fil-konfront tal-Unjoni meta ċaħad ċertu benefiċċji ta’ sigurtà soċjali lil ċittadini ta’ Stati Membri oħra li, bħal A. Salemink, jaħdmu fuq pjattaformi taż-żejt li jinsabu fuq is-sikka kontinentali Olandiża u li ma jirrisjedux fil-Pajjiżi l-Baxxi.</P></NOTE> anki jekk huwa ċar li għamel dan f’kuntest speċifiku. Barra minn hekk, huwa għamel dan f’kuntest normattiv li fih id-dritt nazzjonali nnifsu jikkunsidra li x-xogħol li jsir fl-industriji ta’ estrazzjoni tal-Baħar tat-Tramuntana jitwettaq fuq it-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi, peress li japplika d-dritt Olandiż fil-qasam ta’ kuntratti tax-xogħol (Artikolu 2 tal-WAMN). Fil-qosor, jeżisti kuntest li fih r-rabtiet bejn ir-relazzjoni tax-xogħol u d-dritt Olandiż huma partikolarment qawwija u għalhekk, eżiġenza addizzjonali li, bħar-residenza tal-ħaddiem, tikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-impjegati fuq it-territorju tal-Unjoni ma hijiex iġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-fehma tiegħi, ir-rabta bejn ir-relazzjoni tax-xogħol inkwistjoni u d-dritt Olandiż ma hijiex sempliċement kwalifikata — hekk kif ikkunsidrat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ ta’ xogħolijiet imwetqqa barra mill-pajjiż minn impjegati residenti fl-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Bħala eżempju, s-sentenza Habelt <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 122.</P></NOTE> — iżda kwalifikata b’mod qawwi ħafna, minħabba l-assimilazzjoni funzjonali, fil-każ preżenti, tas-sikka kontinentali mat-territorju tal-Istat. Peress li t-territorju għandu jiġi mifhum bħala l-qasam spazjali ta’ manifestazzjoni tas-setgħa sovrana tal-Istat fejn isir l-eżerċizzju tal-kompetenzi leġittimament miżmuma minnu fil-kuntest tad-dritt internazzjonali, is-sikka kontinentali maġenb il-kosta tiegħu tikkostitwixxi t-territorju tal-Istat Membru fis-sens indikat, jiġifieri spazju li fuqu huwa għandu kompetenza esklużiva relattiva, fil-kawża preżenti, għar-relazzjonijiet tax-xogħol konklużi għall-esplojtazzjoni ekonomika tal-imsemmija sikka. Bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>territorju<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> statali f’dan is-sens preċiż, is-sikka kontinentali hija wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>territorju<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> tal-Unjoni għall-finijiet tal-applikabblità tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Jekk wieħed jitlaq minn din il-konnessjoni, jiena nikkunsidra li ma hemm ebda għażla ħlief li tiġi applikata l-ġurisprudenza stabbilita relattiva għar-Regolament Nru 1408/71. Għaldaqstant, skont il-kliem tas-sentenza tat-<DATE ISO="19900303">3 ta’ Marzu 1990</DATE>, Kits van Heijningen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/89" PAGE.ECR="I-1755" YEAR="1990">C-2/89, Ġabra p. I-1755</REF.DOC.ECR>, punt 20 u 21.</P></NOTE>, għandu jitfakkar li, meta jiffisaw il-kundizzjonijiet dwar l-eżistenza tad-dritt li wieħed jaffilja ruħu ma’ sistema ta’ sigurtà soċjali, l-Istati Membri ma jisgħux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>jeskludu mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-persuni li fil-konfront tagħhom tapplika din il-leġiżlazzjoni bis-saħħa tar-Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>B’hekk fl-imsemmija sentenza ġie kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament jipprovi espliċitament li l-persuna li teżerċita impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>anki jekk tkun tgħix fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="2019" ID="QE0063"/>. Din id-dipożizzjoni tiġi mċaħħda minn kwalunkwe effettività li kieku l-kundizzjoni ta’ residenza imposta mill-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq l-impjieg, sabiex wieħed ikun intitolat jidħol fis-sistema ta’ assigurazzzjoni provduta minnha, tkun tista’ titqajjem kontra l-persuni msemmija fl-Artikolu 13(2)(a). Fir-rigward ta’ dawn il-persuni, l-Artikolu 13(2)(a) għandu l-effett li jissostitwixxi l-kundizzjoni ta’ residenza b’kundizzjoni bbażata fuq l-eżerċizzju tal-impjieg fuq it-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi kif ġej għad-domanda magħmula mir-Rechtbank Amsterdam:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li għandhom l-għan li jistabbilixxu l-moviment liberu tal-ħaddiema, u b’mod partikolari r-regoli msemmija fit-Titoli I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE>, kif ukoll l-Artikoli 39 KE u 299 KE (li saru, rispettivament, l-Artikoli 45 TFUE u 52 TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 355 TFUE), jipprekludu li persuna impjegata, li teżerċita l-attivitajiet professjonali tagħha barra mit-territorju Olandiż propju, f’impjant fiss li jinsab fuq is-sikka kontinentali maġenb il-Pajjiżi l-Baxxi, għal persuna li timpjega stabbilta fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma tkunx assigurata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ assigurazzjoni soċjali, għas-sempliċi raġuni li din il-persuna ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda fi Stat Membru ieħor, anki jekk għandha l-possibbiltà li tassigura ruħha b’mod volontarju<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>