<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-203/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CC0203</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:454">EU:C:2022:454</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
<HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pikamäe – Kawża C‑203/21</HT>
DELTA STROY 2003
<HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT>
<HT TYPE="UC">Pikamäe</HT>
ippreżentati fid‑9 ta’ Ġunju 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001">
Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
</NOTE>
</TI><STI>
<HT TYPE="BOLD">Kawża C‑203/21</HT>
Proċeduri kriminali
vs
DELTA STROY 2003
<HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad - Burgas (il-Qorti Reġjonali ta’ Burgas, il-Bulgarija))</HT>
Wachsmann, P., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Droits fondamentaux et personnes morales<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, f’<HT TYPE="ITALIC">Vers la reconnaissance de droits fondamentaux aux États membres de l’Union européenne? Réflexions à partir des notions d’identité et de solidarité</HT>, Brussell, Bruylant, 2010, p. 225‑235.
</NOTE>. L-eżami tal-ġurisprudenza żviluppata mill-imħallfin Ewropej tad-drittijiet fundamentali, kemm jekk ikollhom is-sede tagħhom fi Strasbourg jew fil-Lussemburgu, jirrileva li din kienet b’mod ċar ir-rieda tagħhom, l-imħallfin jisiltu l-konsegwenzi kollha, fil-kważi silenzju tat-testi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003">
Id-dritt għall-proprjetà tal-persuni ġuridiċi huwa affermat fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[k]ull persuna naturali jew persuna morali għandha dritt għat-tgawdija paċifika tal-possedimenti tagħha<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Fir-rigward tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), huma biss l-Artikoli 42 sa 44 li jirreferu espressament għall-persuni ġuridiċi billi jagħtuhom drittijiet, jiġifieri d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti, id-dritt li jirrikorri għand l-Ombudsman u d-dritt ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew.
</NOTE>, tal-personalità ġuridika li biha huma mogħnija dawn l-esseri morali u għalhekk tal-kompetenza tagħhom li jkunu l-proprjetarji ta’ drittijiet u ta’ obbligi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004">
Skont is-sentenzi bażiċi, fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja, ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19701217">17 ta’ Diċembru 1970</DATE>, <NAME.CASE>Internationale Handelsgesellschaft</NAME.CASE> (<NO.CASE>11/70</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1970:114">EU:C:1970:114</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740514">14 ta’ Mejju 1974</DATE>, <NAME.CASE>Nold vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>4/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:51">EU:C:1974:51</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>
<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kapitolu 4
Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali kontra persuni ġuridiċi u imprendituri individwali.
</ALINEA><ALINEA>Artikolu 83(1) […] Fil-każijiet previsti mil-liġi, id-digriet, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri jew id-deċiżjoni muniċipali rilevanti, tista’ tiġi imposta sanzjoni pekunjarja fuq il-persuni ġuridiċi u fuq l-imprendituri individwali talli naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom fil-konfront tal-Istat jew tal-muniċipalità fl-eżerċizzju tal-attività tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>
Artikolu 83a. […] (1) Kull persuna ġuridika li arrikkixxiet ruħha jew li tista’ tiġi arrikkita wara ksur skont l-Artikolu 255 […] tal-Kodiċi Kriminali kif ukoll kull reat imwettaq, f’isem jew fuq l-inizjattiva ta’ grupp kriminali organizzat, minn:
“1. persuna li għandha s-setgħa torbot lill-persuna ġuridika
2. persuna li tirrappreżenta lill-persuna ġuridika;
3. persuna eletta ma’ korp ta’ kontroll jew ta’ sorveljanza tal-persuna ġuridika, jew
4. […] ħaddiem jew impjegat li lilu l-persuna ġuridika tkun attribwiet kompitu partikolari, meta l-ksur ikun twettaq fl-eżerċizzju jew fl-okkażjoni ta’ dan il-kompitu, huwa punibbli b’sanzjoni pekunjarja tal-inqas ugwali għall-valur tal-vantaġġ, sa massimu ta’ [<FT TYPE="NUMBER">1000000</FT> lev Bulgaru (BGN)], meta dan ikun vantaġġ patrimonjali […].
</ALINEA><ALINEA>[…].</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>(4) […] Is-sanzjoni pekunjarja hija imposta, indipendentement mill-involviment effettiv tar-responsabbiltà kriminali tal-persuni li pparteċipaw fil-ksur imsemmi fil-paragrafu 1.</ALINEA><ALINEA>(5) […] Il-vantaġġ dirett jew indirett li l-persuna ġuridika kisbet mill-ksur imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi adit favur l-Istat jekk ma għandux jitħallas lura jew irrimborsat, jew inkella jiġi adit konformement mal-Kodiċi Kriminali. Meta l-oġġett jew l-attiv li huwa s-suġġett tal-ksur ikun sparixxa jew ġie ttrasferit, jingħata ammont li jikkorrispondi għall-valur tiegħu f’leva (BGN).</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>
Artikolu 83b. […] Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 83a tinbeda, fuq proposta mmotivata tal-prosekutur kompetenti sabiex jeżamina l-każ jew il-fajl relatat mal-ksur inkwistjoni, quddiem l-Okrazhen sad (il-Qorti Reġjonali, il-Bulgarija) tal-post tas-sede tal-persuna ġuridika, u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 83a(2) quddiem is-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija, il-Bulgarija):
1. […] Wara l-preżentata quddiem il-qorti tal-att ta’ akkuża, tad-digriet li jipproponi li jeżenta lill-awtur tar-reat mir-responsabbiltà kriminali u li tiġi imposta fuqu sanzjoni amministrattiva, jew mill-ftehim ta’ negozjar tal-piena;
</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>
(2) Il-proposta għandha:
1. tinkludi deskrizzjoni tal-ksur, tindika ċ-ċirkustanzi li fihom dan twettaq u turi l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn il-ksur u l-vantaġġ għall-persuna ġuridika;
2. tindika n-natura u l-valur tal-vantaġġ;
5. tindika d-data personali tal-persuni akkużati bir-reat jew ikkundannati għal din tal-aħħar;
6. ikun fiha lista ta’ dokumenti bil-miktub li jistabbilixxu ċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti 1 u 2, jew kopji ċċertifikati ta’ dawn id-dokumenti;
7. ikun fiha lista ta’ persuni li għandhom jiġu mħarrka;
</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA>
<TI.ART>Artikolu 83d. […]</TI.ART><ALINEA>
<PARAG IDENTIFIER="083D.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti, fil-kulleġġ ġudikanti ta’ mħallef uniku, għandha teżamina l-proposta f’seduta pubblika li fiha l-Uffiċċju tal-Prosekutur jieħu sehem u l-persuna ġuridika hija msejħa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083D.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>In-nuqqas ta’ dehra tar-rappreżentant tal-persuna ġuridika, meta l-konvokazzjoni kienet regolari, ma jipprekludix lill-qorti milli tieħu konjizzjoni tal-kawża.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="083D.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti għandha tiġbor il-provi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba tal-partijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083D.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>
Il-qorti għandha teżamina l-kawża u, abbażi tal-provi miġbura, tevalwa:
1. jekk il-persuna ġuridika inkwistjoni tkun kisbet vantaġġ illegali;
2. jekk teżisti rabta bejn l-awtur tar-reat u l-persuna ġuridika;
3. jekk teżisti rabta bejn ir-reat u l-vantaġġ miksub mill-persuna ġuridika;
4. liema huma n-natura u l-valur tal-vantaġġ, u jekk dan tal-aħħar huwa patrimonjali.
</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083D.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>
Il-qorti għandha tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni li permezz tagħha:
1. timponi sanzjoni pekunjarja, (jew)
2. tirrifjuta li timponi sanzjoni pekunjarja.
</ALINEA></PARAG></ALINEA>
<ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Artikolu 83e. […] (1) Id-deċiżjoni tal-Okrazhen sad (il-Qorti Reġjonali) skont l-Artikolu 83d(6) tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ rikors (tal-persuna ssanzjonata) jew permezz ta’ lment (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>protest<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) (tal-Uffiċċju tal-Prosekutur) quddiem l-Apelativen sad (il-Qorti tal-Appell, il-Bulgarija), f’terminu ta’ 14‑il jum min-notifika tagħha lill-partijiet.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>
Artikolu 83f. […] (1) Il-proċedura li biha l-Okrazhen sad (il-Qorti Reġjonali) jew l-Apelativen sad (il-Qorti tal-Appell) taw deċiżjoni definittiva tista’ terġa’ tinfetaħ meta:
1. tiġi stabbilita permezz ta’ sentenza jew sentenza li għandha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> li ċerti provi bil-miktub li abbażi tagħhom ingħatat id-deċiżjoni huma foloz jew jinkludu informazzjoni falza;
2. huwa stabbilit permezz ta’ sentenza jew sentenza li għandha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> li l-qorti, l-Uffiċċju tal-Prosekutur, parti jew l-intervenjent fil-proċedura wettqu ksur relatat mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċedura;
3. wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni pekunjarja fuq il-persuna ġuridika, il-persuna msemmija fil-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 83(1) tkun tħallset permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tkun kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, jew inkella l-l-Uffiċċju tal-Prosekutur temm il-proċedura preliminari sospiża fil-każijiet imsemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 24(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali;
4. jiġu żvelati wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni, iċ-ċirkustanzi jew il-provi li ma kinux magħrufa mill-parti u mill-qorti u li għandhom importanza sinjifikattiva għall-finijiet tal-kawża;
5. deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Qorti EDB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) ikkonstatat ksur tal-[KEDB] li għandu importanza sinjifikattiva għall-finijiet tal-kawża;
<?PAGE NO="5"?>
6. matul il-proċedura twettaq ksur sostanzjali tar-regoli tal-proċedura.
</ALINEA><ALINEA>(2) It-talba għal ftuħ mill-ġdid tista’ titressaq f’terminu ta’ sitt xhur mill-għarfien tal-fatt taxxabbli, u, fil-każijiet imsemmija fil-punt 6 tal-paragrafu 1, mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Okrazhen sad (il-Qorti Reġjonali) jew tal-Apelativen sad (il-Qorti tal-Appell).</ALINEA><ALINEA>(3) It-talba għal ftuħ mill-ġdid ma tissospendix l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li daħlet fis-seħħ, sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor.</ALINEA><ALINEA>
(4) Jistgħu jressqu talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri:
1. il-Prosekutur Pubbliku reġjonali;
2. il-persuna ġuridika li ġiet imposta sanzjoni pekunjarja fuqha.
</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>(7) Il-kawża hija eżaminata f’seduta pubblika bil-parteċipazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur. Il-persuna ġuridika hija msejħa wkoll għas-seduta.</ALINEA><ALINEA>(8) Meta tqis li t-talba hija fondata, l-Apelativen sad (il-Qorti tal-Appell) tannulla d-deċiżjoni u tibgħat lura l-kawża sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid, billi tindika l-att proċedurali li minnu għandu jsir l-eżami.</ALINEA><ALINEA>Artikolu 83g. Għall-kwistjonijiet li ma humiex irregolati mill-Artikoli 83b u 83d sa 83f, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali huma applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 255(1) tan-Nakazatelen kodeks (il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kodiċi Kriminali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="255.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>
Kull min jevita l-iffissar jew il-ħlas ta’ debiti fiskali ta’ ammonti għoljin, sa fejn:
2. jipprovdi informazzjoni falza jew jaħbi l-verità fid-dikjarazzjoni li huwa ppreżenta,
3. jonqos milli joħroġ fattura jew dokument ieħor tal-kontabbiltà,
huwa punibbli b’piena ta’ priġunerija minn sena sa sitt snin u b’multa sa BGN <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>
</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal‑24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159M" PAGE.FIRST="223" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 159M, p. 223</REF.DOC.OJ>).
</NOTE> u mal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>, stabbilit fl-Artikolu 49 tal-Karta, li dan tal-aħħar għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti EDB fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-KEDB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, din il-qorti tqis li l-fatt li tiġi imposta fuq persuna ġuridika, minħabba t-twettiq ta’ ksur, sanzjoni pekunjarja li tikkorrispondi għall-vantaġġ li din il-persuna kisbet jew tista’ tikseb minn dan il-ksur jikkostitwixxi konfiska tar-rikavat tar-reat kollu jew parti minnu skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212. Fil-fatt, il-proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha bħala suġġett l-impożizzjoni ta’ piena msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sanzjoni pekunjarja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fuq persuna ġuridika, minħabba ksur konkret imwettaq mir-rappreżentant tagħha. Barra minn hekk, peress li din hija ċaħda permanenti (konfiska) tal-proprjetà, ordnata minn qorti kriminali fir-rigward tar-reat li twettaq u li l-Artikolu 83g tal-Liġi dwar ir-reati u s-sanzjonijiet amministrattivi jirreferi għall-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, din il-proċedura għandha l-karatteristiċi kollha ta’ proċedura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kriminali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u mhux ta’ proċedura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ċivili<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tfakkar li l-Artikolu 49 tal-Karta jistabbilixxi l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>, li jinkludi projbizzjoni li tiġi imposta sanzjoni qabel ma jkun ġie stabbilit it-twettiq tal-ksur. Issa, hija tikkonstata li l-kwistjoni preliminari dwar jekk twettaqx ir-reat ma tidhirx fil-lista tal-elementi kollha li l-qorti kriminali għandha tevalwa skont l-Artikolu 83(5) taż-ZANN. Il-proċedura inkwistjoni tiftaħ, fil-prattika, il-possibbiltà li tiġi imposta fuq kumpannija sanzjoni bbażata biss fuq l-elementi tal-akkuża mressqa għal ksur partikolari, imwettaq mill-amministratur u mir-rappreżentant ta’ din il-kumpannija, li t-twettiq tiegħu ma ġiex stabbilit permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, li kienet rikjesta taħt il-leġiżlazzjoni l-antika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tispjega li l-kwistjoni li tqum f’din il-kawża għandha importanza kbira fil-kuntest tad-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006">
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas‑6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239M" PAGE.FIRST="340" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 239M, p. 340</REF.DOC.OJ>).
</NOTE>, sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti li tiġi imposta sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika li ma għandhiex is-sede tagħha fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l’Okrazhen sad – Burgas (il-Qorti Reġjonali ta’ Burgas) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1">
<LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni Qafas [2005/212/ĠAI] kif ukoll l-Artikolu 49 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-qorti nazzjonali tista’, fi proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi sanzjoni fuq persuna ġuridika għal reat konkret li t-twettiq tiegħu jkun għadu ma ġiex stabbilit minħabba li huwa s-suġġett ta’ proċedura kriminali parallela li għadha ma ġietx konkluża b’mod definittiv?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212 kif ukoll l-Artikolu 49 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-qorti nazzjonali tista’, fi proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi sanzjoni fuq persuna ġuridika filwaqt li tistabbilixxi, bħala l-ammont ta’ din is-sanzjoni, il-valur tal-vantaġġ li seta’ nkiseb minn reat konkret, li t-twettiq tiegħu jkun għadu ma ġiex stabbilit minħabba li huwa s-suġġett ta’ proċedura kriminali parallela li għadha ma ġietx konkluża b’mod definittiv?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST>
Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>McCarthy <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑202/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2450">EU:C:2014:2450</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Alheto</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:584">EU:C:2018:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat‑12 ta’ Marzu 2020, VW (Dritt ta’ aċċess għal avukat fil-każ ta’ nuqqas ta’ dehra) (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑659/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:201">EU:C:2020:201</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 127, p. 39</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="138" PAGE.FIRST="114" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 138, p. 114</REF.DOC.OJ>).
</NOTE> issostitwixxiet parzjalment id-Deċiżjoni Qafas 2005/212, li tirrigwarda, bħal din id-direttiva, il-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat mill-kriminalità. Fil-fatt, konformement mal-premessa 9 tal-imsemmija direttiva, din hija intiża b’mod partikolari sabiex temenda u testendi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni qafas. B’mod iktar preċiż, mill-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2014/42 jirriżulta li din issostitwixxiet biss l-ewwel erba’ inċiżi tal-Artikolu 1 kif ukoll l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni<?PAGE NO="8"?> Qafas 2005/212 għall-Istati Membri li din id-direttiva torbot, fatt li kellu bħala konsegwenza li l-Artikoli 2, 4 u 5 ta’ din id-deċiżjoni qafas inżammu fis-seħħ wara l-adozzjoni tal-imsemmija direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009">
Sentenza tal‑14 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:8">EU:C:2021:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas 2005/212 tipprevedi, fl-Artikolu 2(1) tagħha, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>(k)ull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex ikun jista’ jikkonfiska, kompletament jew parzjalment, mezzi strumentali u rikavati ta’ reati kriminali punibbli bi priġunerija għal żmien ta’ iżjed minn sena, jew bil-privazzjoni ta’ proprjetà ta’ valur korrispondenti għal tali rikavati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. F’dan il-każ, il-ksur ta’ tneħħija mill-iffissar jew mill-ħlas ta’ debiti fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa punibbli b’piena ta’ priġunerija ta’ bejn sena u sitt snin u multa, konformement mal-Artikolu 255(1) tal-Kodiċi Kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>konfiska<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, għandu jsir riferiment, kif jirriżulta mill-punt 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet, skont il-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42, indipendentement mill-fatt li din tal-aħħar ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> f’din il-kawża bis-saħħa tal-Artikolu 3 tagħha li jistabbilixxi l-lista tar-reati kriminali kkonċernati. Dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>konfiska<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jinftiehem bħala ċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ċaħda definittiva minn proprjetà ordnata minn qorti fir-rigward ta’ reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jiġifieri t-tneħħija definittiva tad-dritt għall-proprjetà fuqu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010">
Sentenza tal‑14 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:8">EU:C:2021:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2014/42, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jikkorrispondi għal kull vantaġġ ekonomiku miksub, direttament jew indirettament, minn reati kriminali u jista’ jikkonsisti f’kull tip ta’ proprjetà, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, kif ukoll l-atti legali jew dokumenti li jattestaw titolu jew dritt fuq din il-proprjetà. Somma flus tista’ evidentement tkun is-suġġett ta’ konfiska iżda bil-kundizzjoni li din tkun tista’ titqies li hija r-riżultat tar-reat li għalih l-awtur tiegħu jkun ġie kkundannat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għalkemm il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>konfiska<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sanzjoni pekunjarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandhom bħala punt komuni li jsibu l-oriġini tagħhom fit-twettiq ta’ ksur, it-tieni miżura hija differenti mill-ewwel waħda peress li ma għandhiex bħala għan in-newtralizzazzjoni tal-prodott kriminali. Is-sanzjoni pekunjarja għandha l-funzjoni li tikkastiga u tiskoraġġixxi u tista’ tiġi imposta indipendentement mill-eżistenza ta’ kull vantaġġ marbut mal-ksur, minbarra l-konfiska ta’ dan tal-aħħar u għal ammont inqas, ugwali jew ogħla minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ninnota, f’dan ir-rigward, li d-dritt tal-Unjoni jagħmel distinzjoni ċara bejn il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>konfiska<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sanzjoni pekunjarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Kif jirriżulta, b’mod partikolari mill-Artikoli 1 u 6 kif ukoll mill-premessi 1 u 2 tagħha, id-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011">
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal‑24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159M" PAGE.FIRST="256" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 159M, p. 256</REF.DOC.OJ>).
</NOTE> għandha l-għan li tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni transkonfinali ta’ deċiżjonijiet li jimponu b’mod definittiv sanzjoni pekunjarja fuq persuna fiżika jew ġuridika b’riżultat tat-twettiq ta’ wieħed mill-ksur elenkati fl-Artikolu 5 tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012">
Sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. L-Artikolu 1(b)(i) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jiddefinixxi l-kunċett ta’ sanzjoni pekunjarja bħala kwalunkwe obbligu li titħallas somma ta’ flus wara kundanna għal reat, impost fil-kuntest ta’ deċiżjoni fil-qasam kriminali, u jispeċifika li ma tkoprix, b’mod partikolari, d-deċiżjonijiet sabiex jiġu kkonfiskati l-istrumenti jew ir-rikavat mill-kriminalità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li din tagħmel l-istess distinzjoni peress li, minbarra d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-sanzjoni pekunjarja, hija tinkludi artikolu speċifiku dwar iċ-ċaħda tal-vantaġġ illegali. L-Artikolu 83(5) taż-ZANN jipprevedi għalhekk li l-vantaġġ dirett jew indirett li l-persuna ġuridika kisbet mill-ksur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi adit favur l-Istat jekk ma għandux jiġi mħallas lura jew irrimborsat, jew inkella jiġi adit konformement mal-Kodiċi Kriminali. Issa, huwa stabbilit li l-proposta tal-Uffiċċju tal-Prosekutur għandha bħala suġġett biss l-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja, kif prevista fl-Artikolu 83(1) sa (4) ta’ din il-liġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013">
Għandu jiġi osservat ukoll li, konformement mal-Artikolu 83(7) taż-ZANN, id-deċiżjoni tal-qorti tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-ammont tas-sanzjoni pekunjarja imposta<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (punt 3) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>id-deskrizzjoni tal-proprjetà li, jekk ikun il-każ, hija kkonfiskata għall-benefiċċju tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>(punt 4).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju stess, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti li tiġi imposta s-sanzjoni pekunjarja anki meta ma jkun effettivament miksub l-ebda vantaġġ jew anki meta l-vantaġġ ma jkunx ta’ natura patrimonjali, u li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 83a <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. taż-ZANN ma tiffokax esklużivament fuq proprjetà akkwistata illegalment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014">
Ara l-punt 6 tat-talba għal deċiżjoni preliminari.
Sentenza tal‑14 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:8">EU:C:2021:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li sanzjonijiet amministrattivi imposti mill-awtoritajiet fiskali nazzjonali u proċeduri kriminali miftuħa għal reati fil-qasam tal-VAT jikkostitwixxu implimentazzjoni tal-Artikoli 2 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016">
Direttiva tal-Kunsill tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>).
</NOTE> kif ukoll tal-Artikolu 325 TFUE u, għalhekk, tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017">
Sentenzi tas‑26 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑20 ta’ Marzu 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Menci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑524/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:197">EU:C:2018:197</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. F’dan il-każ, sa fejn is-sanzjoni pekunjarja li tista’ tiġi imposta fuq il-kumpannija Delta Stroy skont l-Artikolu 83a taż-ZANN hija marbuta ma’ nuqqasijiet mill-amministratur u r-rappreżentant tagħha tal-obbligi ta’ rappurtar tagħha fir-rigward ta’ VAT, fl-oriġini tal-proċedimenti kriminali diretti kontriha, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Karta konformement ma’ din il-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li, peress li l-Artikolu 49 tal-Karta jistabbilixxi l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>, għandu jiġi ddeterminat jekk is-sistema ta’ sanzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhiex natura kriminali. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tliet kriterji huma rilevanti. L-ewwel wieħed huwa l-klassifikazzjoni legali tal-ksur fid-dritt nazzjonali, it-tieni wieħed huwa n-natura stess tal-ksur u t-tielet wieħed huwa l-grad ta’ severità tas-sanzjoni li l-persuna kkonċernata tista’ ġġarrab. Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl ta’ dawn il-kriterji, jekk is-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex ta’ natura kriminali fis-sens tal-Artikolu 49 tal-Karta, il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi dwar rinviju għal deċiżjoni preliminari, tista’ madankollu tagħmel preċiżazzjonijiet intiżi sabiex jiggwidaw lil din il-qorti fl-evalwazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018">
Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ECOTEX BULGARIA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:803">EU:C:2021:803</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li s-sanzjoni pekunjarja inkwistjoni hija marbuta ma’ ksur previst u ssanzjonat mill-Artikolu 255 tal-Kodiċi Kriminali, li abbażi tiegħu r-rappreżentant tal-kumpannija Delta Stroy huwa s-suġġett ta’ proċeduri kriminali, u hija ddefinita fl-Artikoli 83 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. taż-ZANN, dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu 4 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali kontra persuni ġuridiċi u imprendituri individwali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Is-sanzjoni hija imposta minn qorti kriminali fi tmiem proċedura rregolata mill-Artikoli 83b u 83d sa 83f taż-ZANN, peress li l-Artikolu 83 tagħha jipprevedi li, għall-kwistjonijiet mhux irregolati minn dawn id-dispożizzjonijiet, il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali għandu japplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet ipprovduta mill-qorti tar-rinviju, is-sanzjoni pekunjarja hija intiża sabiex tikkastiga u tiskoraġġixxi t-twettiq tar-reat u mhux sabiex tirranġa d-dannu kkawżat minnu, li tikkaratterizza għan repressiv li jikkostitwixxi l-karatteristika ta’ sanzjoni kriminali fis-sens tal-Artikolu 49 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Marzu 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Menci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑524/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:197">EU:C:2018:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Fir-rigward tas-severità ta’ din is-sanzjoni, u kif ġie speċifikat, l-ammont massimu tagħha jitla’ għal BGN <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">510000</FT>), li jsostni li skont l-analiżi hija ta’ natura kriminali fis-sens tal-Artikolu 49 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020">
Ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ECOTEX BULGARIA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:803">EU:C:2021:803</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
Sentenza tat‑8 ta’ Mejju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>PI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑230/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:383">EU:C:2019:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalkemm id-domandi magħmula jirrigwardaw l-Artikolu 49 tal-Karta, it-talba għal deċiżjoni preliminari tirreferi wkoll għad-drittijiet iggarantiti fl-Artikolu 6 tal-KEDB.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, hemm lok li jiġi kkunsidrat, konformement mal-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq, li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, din il-qorti tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 47, 48 u 49 tal-Karta għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-qorti tista’ timponi fuq persuna ġuridika sanzjoni pekunjarja għal reat kriminali mwettaq mill-persuna fiżika li tirrappreżentaha, iżda anki qabel kwalunkwe kundanna kriminali definittiva ta’ din tal-aħħar, u mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju mill-persuna ġuridika, ladarba ssanzjonata, ta’ appell fil-każ ta’ abbandun mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-proċeduri diretti kontra din il-persuna fiżika jew ta’ liberazzjoni minn dan permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-KEDB ma tikkostitwixxix, sakemm l-Unjoni ma tkunx aderixxiet magħha, strument legali formalment integrat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, għandu madankollu jitfakkar li, kif jikkonferma l-Artikolu 6(3) TUE, id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti mill-KEDB jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni bħala prinċipji ġenerali. L-Artikolu 52(3) tal-Karta, li jipprovdi li d-drittijiet inklużi fiha li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-KEDB għandhom l-istess tifsira u l-istess portata bħal dawk mogħtija lilhom minn din il-konvenzjoni, huwa intiż li jiżgura l-koerenza neċessarja bejn dawn id-drittijiet rispettivi mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022">
Sentenza tat‑2 ta’ Frar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Consob</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:84">EU:C:2021:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Mill-ispjegazzjonijiet li jirrigwardaw il-Karta, li, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikolu 52(7) tal-Karta, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tagħha, li l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta jiżguraw, fid-dritt tal-Unjoni, il-protezzjoni mogħtija permezz tal-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023">
Sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>UBS Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑358/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:715">EU:C:2018:715</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
Huwa ċertament evidenti li d-differenza ta’ natura bejn persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi teskludi l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet fundamentali li jippreżupponu inkarnazzjoni (pereżempju, il-projbizzjoni tat-tortura u tal-pieni jew ta’ trattamenti inumani jew degradanti). Iktar kumplessa, għall-kuntrarju, hija l-kwistjoni tal-limiti tat-tgawdija ta’ diversi drittijiet rikonoxxuti favur persuni ġuridiċi. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tiżvela trattament xi kultant iddifferenzjat, b’inqas intensità tal-protezzjoni għal dawn il-persuni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għas-silenzju (sentenza tat‑2 ta’ Frar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Consob</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:84">EU:C:2021:84</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)) u l-protezzjoni tad-data personali (sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)).
</NOTE> għall-benefiċċju ta’ struttura ġurisprudenzjali li, inizjalment, sabet fil-qasam ekonomiku, u b’mod iktar partikolari l-kompetizzjoni, kamp ta’ espressjoni fertili, l-effetti tal-leġiżlazzjoni relatata li jikkonċernaw primarjament il-kumpanniji kummerċjali. Fil-kontenzjuż tar-repressjoni tal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, li ma jaqax <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT> taħt il-qasam kriminali, il-Qorti tal-Ġustizzja applikat il-prinċipji essenzjali tad-dritt kriminali u tal-garanziji fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-KEDB<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025">
Fil-kuntest ta’ ġurisprudenza stabbilita, ġie enfasizzat li d-drittijiet fundamentali jifformaw parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza tagħhom u li, għal dan il-għan, din tal-aħħar tispira ruħha mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri kif ukoll mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-istrumenti internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li l-Istati Membri kkooperaw fihom jew aderixxew magħhom, peress li l-KEDB għandha, f’dan ir-rigward, sinjifikat partikolari (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑21 ta’ Settembru 1989, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hoechst vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>46/87 u 227/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:337">EU:C:1989:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).
</NOTE> għall-benefiċċju tal-persuni ġuridiċi<?PAGE NO="12"?> rikorrenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ammettiet, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali Bot<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026">
Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ThyssenKrupp Nirosta vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:635">EU:C:2010:635</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>, l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali u l-korollarju tiegħu, jiġifieri l-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet, li fuqu hija bbażata l-imputabbiltà tal-akkordji illegali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027">
Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑8 ta’ Lulju 1999, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Anic Partecipazioni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:356">EU:C:1999:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑10 ta’ Settembru 2009, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:536">EU:C:2009:536</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, kif jirriżulta mill-Artikolu 6(2) tal-KEDB, jagħmel parti mid-drittijiet fundamentali u li, fid-dawl tan-natura tal-ksur inkwistjoni kif ukoll tan-natura u tal-livell ta’ severità tas-sanzjonijiet marbuta miegħu, dan japplika għall-proċeduri relatati ma’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti ta’ penalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Hüls vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:358">EU:C:1999:358</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0149">149</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0150">150</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Infakkar li l-preżunzjoni tal-innoċenza hija intiża sabiex tiggarantixxi lil kull persuna li ma tkunx indikata jew ittrattata bħala ħatja ta’ reat qabel ma tkun ġiet stabbilita l-ħtija tagħha minn qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029">
Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Rubach</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑344/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:482">EU:C:2009:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja applikat ukoll dan il-prinċipju, li huwa stabbilit fl-Artikolu 48(1) tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030">
Sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>E.ON Energie vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑89/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:738">EU:C:2012:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-elementi oġġettivi li jikkostitwixxu reat taħt id-dritt tal-Unjoni, fil-każ meta insider dealing, li jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi, ikun ta’ natura kriminali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑23 ta’ Diċembru 2009, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spector Photo Group u Van Raemdonck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:806">EU:C:2009:806</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tad‑9 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Adler Real Estate <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:711">EU:C:2021:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Huwa dejjem dan l-istess prinċipju, kif ukoll dak tal-individwalità tal-pieni, li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032">
Għall-kuntrarju ta’ din il-ġurisprudenza, għandha tiġi enfasizzata l-pusillanimità tal-leġiżlatur Ewropew li eskluda l-persuni ġuridiċi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="065" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 65, p. 1</REF.DOC.OJ>), billi qies prematur li jilleġiżla fil-livell tal-Unjoni dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza tal-persuni ġuridiċi, li għandha tiġi protetta mill-garanziji leġiżlattivi eżistenti u l-ġurisprudenza attwali li l-evoluzzjoni tagħhom għandha tiġi ddeterminata fil-livell tal-Unjoni, skont il-premessi 14 u 15 ta’ dan l-att.
</NOTE> meta tattribwixxi lill-kumpannija omm il-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha kontra r-regoli tal-kompetizzjoni, ibbażat fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>unità ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u fuq il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tal-ewwel fuq il-politika kummerċjali tat-tieni fir-rigward tar-rabtiet kapitalistiċi li jgħaqqduhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033">
Ara, b’mod partikolari u reċenti, is-sentenzi tat‑28 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pirelli u C. vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑611/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:868">EU:C:2020:868</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑15 ta’ April 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Italmobiliare <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑694/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:286">EU:C:2021:286</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward preċiżament tal-użu ta’ mekkaniżmu ta’ preżunzjoni u li jintegra l-ġurisprudenza tal-Qorti EDB<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034">
Ara, pereżempju, Qorti EDB, 23 ta’ Lulju 2002, Janosevic vs L‑Isvezja, CE:ECHR:2002:0723JUD003461997, punt 101 u l-ġurisprudenza ċċitata.
</NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li, għalkemm kull sistema legali tirrikonoxxi preżunzjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi, l-Artikolu 48 tal-Karta jobbliga lill-Istati Membri li ma jaqbżux, fil-qasam kriminali, ċertu limitu. B’mod iktar konkret, il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, stabbilit f’din id-dispożizzjoni, jimponi fuq l-Istati Membri li jiġbru f’limiti raġonevoli l-preżunzjonijiet ta’ fatt u ta’ dritt li jinsabu fil-liġijiet repressivi, billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-kwistjoni u billi jippreżervaw id-drittijiet tad-difiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035">
Sentenzi tat‑23 ta’ Diċembru 2009, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spector Photo Group u Van Raemdonck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:806">EU:C:2009:806</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑9 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Adler Real Estate <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:711">EU:C:2021:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa importanti li jiġi enfasizzat li d-drittijiet tad-difiża huma parti mid-diversi elementi li jikkostitwixxu l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036">
Sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tiċċita wkoll id-dritt ta’ aċċess għall-qrati. Infakkru li huwa l-Artikolu 48(2) tal-Karta li jipprovdi li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża huwa ggarantit lil kull akkużat.
</NOTE>. Fl-ewwel paragrafu tiegħu, dan l-aħħar jipprovdi li kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni ġew miksura għandha d-dritt għal rimedju effettiv, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu. Ma’ dan id-dritt jikkorrispondi l-obbligu impost fuq l-Istati Membri, fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, li jistabbilixxu r-rimedji meħtieġa sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037">
Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>État luxembourgeois (Dritt għal azzjoni ġudizzjarja kontra talba għal informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/19 u C‑246/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:795">EU:C:2020:795</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Wara li rrilevat li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, stabbilit permezz tal-Artikolu 47 tal-Karta, jinsab taħt it-Titolu VI tagħha, dwar il-ġustizzja, li fih huma stabbiliti prinċipji proċedurali oħra li japplikaw għall-persuni kemm fiżiċi kif ukoll ġuridiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038">
Din il-konklużjoni hija evidentement meħtieġa bħala bbażata fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-kunċett funzjonali u oġġettiv ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>individwu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jiġifieri ta’ attur fil-kawża quddiem qorti, indifferenti għad-distinzjoni bejn persuni fiżiċi u ġuridiċi.
</NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex eskluż li jiġi invokat minn persuni ġuridiċi, peress li dawn tal-aħħar jistgħu, f’dan ir-rigward, jingħataw, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039">
Sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DEB</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:811">EU:C:2010:811</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, inqis li, sa fejn, bħal f’dan il-każ, is-sanzjoni pekunjarja li tista’ tiġi imposta fuq persuna ġuridika hija relatata ma’ reat kriminali u hija ta’ natura kriminali, il-proċedura relatata ma’ din is-sanzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 tal-KEDB u din il-persuna hija għalhekk iġġustifikata li tinvoka d-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 47 sa 49 tal-Karta, peress li l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom, konsegwentement, jiżguraw ir-rispett ta’ dawn id-drittijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:805">EU:C:2021:805</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), filwaqt li jiġi osservat li d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>destinatarji<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tad-deċiżjonijiet li jissanzjonaw il-kontravenzjonijiet bit-triq, imsemmija f’din is-sentenza, jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
Qorti EDB, 28 ta’ Ġunju 2018, G.I.E.M s.r.l <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L‑Italja, CE:ECHR:2018:0628JUD000182806, punt 251.
</NOTE>, li fiha l-Qorti EDB iddeċidiet li l-Artikolu 7 tal-KEDB jipprekludi li sanzjoni ta’ natura kriminali tista’ tiġi imposta fuq persuna mingħajr ma tiġi stabbilita u ddikjarata minn qabel ir-responsabbiltà kriminali personali tagħha, li jimplika l-konstatazzjoni mill-qorti adita bit-tlaqqigħ tal-elementi kostitwenti kollha tal-ksur inkwistjoni. F’każ kuntrarju, il-preżunzjoni ta’ innoċenza ggarantita mill-Artikolu 6(2) tal-KEDB tkun, hija wkoll, miksura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa neċessarju, fl-ewwel lok, li jiġi enfasizzat li l-qorti tar-rinviju ma fehmitx korrettament il-portata tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq. Il-Qorti EDB eżiġiet dikjarazzjoni minn qabel tar-responsabbiltà kriminali tal-persuna ssanzjonata, li tosserva l-garanziji previsti mill-Artikolu 7 tal-KEDB u li tirriżulta minn proċedura, mhux neċessarjament kriminali, konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 ta’ din il-konvenzjoni. F’dan il-kuntest speċifiku, hija kkunsidrat, fil-kawża mressqa, li l-konstatazzjoni mill-qrati nazzjonali tal-elementi kostituttivi kollha tar-reat inkwistjoni setgħet tiġi analizzata, essenzjalment, f’tali dikjarazzjoni u għalhekk f’kundanna fis-sens tal-Artikolu 7 tal-KEDB<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042">
Qorti EDB, 28 ta’ Ġunju 2018, G.I.E.M s.r.l <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L-Italja, CE:ECHR:2018:0628JUD000182806, punti 255 sa 261.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Qorti EDB fakkret, fuq il-bażi tal-Artikolu 6(2) u tal-Artikolu 7 tal-KEDB, li għandhom komuni bejniethom li jipproteġu d-dritt ta’ kull persuna li ma tiġix imposta fuqha piena mingħajr ma r-responsabbiltà personali tagħha tkun ġiet debitament stabbilita, il-projbizzjoni li persuna tiġi ssanzjonata għal reat imwettaq minn oħra. F’dan il-każ, hija qieset li l-miżura ta’ konfiska applikata għal persuni ġuridiċi, li ma humiex parti fil-proċedura peress li ma setgħux legalment iwettqu reat kriminali, kienet twassal għal ksur tal-prinċipju li persuna ma tistax tiġi ssanzjonata għal att li jagħti lok għar-responsabbiltà kriminali ta’ ħaddieħor. Minbarra l-fatt li l-evalwazzjoni li għamlet il-Qorti EDB hija evidentement dipendenti ħafna fuq il-fatti tal-każ, li huma b’mod partikolari differenti minn din il-kawża, jidhirli li huwa importanti li jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju, ukoll u fuq kollox, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni t-tfakkira preliminari mill-Qorti EDB tar-rikors possibbli għal preżunzjonijiet, inkluż fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tal-KEDB u għalhekk għal preżunzjonijiet ta’ responsabbiltà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043">
Qorti EDB tat‑28 ta’ Ġunju 2018, G.I.E.M s.r.l <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L-Italja, CE:ECHR:2018:0628JUD000182806, punti 243 u 244.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, nosserva li l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita huma ddefiniti fl-Artikolu 83(5) taż-ZANN, jiġifieri, li jiġi vverifikat jekk il-persuna ġuridika inkwistjoni kisbitx vantaġġ illegali, jekk teżistix rabta bejn l-awtur tar-reat u l-persuna ġuridika kif ukoll bejn ir-reat u l-vantaġġ miksub minn din il-persuna ġuridika u, fl-aħħar nett, tistabbilixxi l-valur u n-natura patrimonjali tal-vantaġġ illegali. Billi kkunsidrat li hija nieqsa minn kompetenza sabiex tivverifika t-twettiq tal-ksur fiskali, li huwa ttrattat fil-proċeduri kriminali paralleli mibdija kontra ZK, il-qorti tar-rinviju tagħti interpretazzjoni stretta ta’ dan l-artikolu li ma hijiex kondiviża mill-Kummissjoni. Din tal-aħħar issostni li l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>illegali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tagħmel parti mill-prerogattivi tal-qorti u li l-karatterizzazzjoni ta’ din l-aħħar klassifikazzjoni tawtorizza neċessarjament dibattitu dwar il-materjalità tal-ksur. Madankollu, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, għalkemm hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha għalhekk tillimita ruħha għall-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali kif ġiet esposta lilha minn din il-qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044">
Sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Addiko Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:537">EU:C:2019:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-proċedura prevista fl-Artikoli 83a <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. taż-ZANN li hija bbażata fuq mekkaniżmu doppju ta’ preżunzjoni, filwaqt li jitfakkar li, għalkemm ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi, fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, dwar il-kompatibbiltà ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, hija għandha ġurisdizzjoni sabiex tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jaqgħu taħt dan id-dritt li jistgħu jippermettulha tevalwa tali konformità għad-deċiżjoni tal-kawża li tagħha hija adita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045">
Sentenza tal‑15 ta’ April 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grupa Warzywna</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑935/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:287">EU:C:2021:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
Huwa dan l-istess mudell li għażel il-leġiżlatur Ewropew f’diversi standards, b’mod partikolari fid-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 255, p. 11</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="033" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 33, p. 87</REF.DOC.OJ>, u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 65</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Ottubru 2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="280" PAGE.FIRST="52" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 280, p. 52</REF.DOC.OJ>) u d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="101" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 101, p. 1</REF.DOC.OJ>)
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ta’ natura kontradittorja, il-persuna ġuridika għandha l-possibbiltà li tikkonfuta din il-preżunzjoni ta’ imputazzjoni tal-ksur, u b’hekk tirrileva n-natura konfutabbli tagħha meħtieġa mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047">
Sentenza tat‑23 ta’ Diċembru 2009, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spector Photo Group u Van Raemdonck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:806">EU:C:2009:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Il-Qorti EDB ikkunsidrat li, f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ preżunzjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi fil-qasam kriminali, l-Istati ma għandhomx jeċċedu ċertu limitu, f’dan il-każ inqabeż meta preżunzjoni jkollha l-effett li ċċaħħad lil persuna minn kull possibbiltà li tinħeba fir-rigward tal-fatti imposti fuqha, u b’hekk iċaħħduha mill-benefiċċju tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048">
Qorti EDB, 28 ta’ Ġunju 2018, G.I.E.M s.r.l <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L‑Italja, CE:ECHR:2018:0628JUD000182806, punt 243 u l-ġurisprudenza ċċitata.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-proposta ta’ sanzjoni ppreżentata mill-prosekutur pubbliku għandha tinkludi ċertu numru ta’ elementi, iddefiniti fl-Artikolu 83(2) taż-ZANN, li juru l-oneru tal-prova li għandu l-Uffiċċju tal-Prosekutur, fir-rigward b’mod partikolari tan-natura u tal-valur tal-vantaġġ, kif ukoll tal-eżistenza ta’ rabta diretta bejn ir-reat u dan il-vantaġġ. Il-persuna ġuridika kkonċernata, li għandha tissejjaħ għas-seduta pubblika ta’ eżami ta’ din il-proposta, għandha l-possibbiltà li tikkontesta din tal-aħħar fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tagħha. Il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, kif iddefinita fl-Artikolu 83(5) taż-ZANN, turi fil-fatt in-natura konfutabbli tal-preżunzjoni ta’ imputazzjoni tal-ksur, peress li l-qorti għandha tevalwa, fost elementi oħra u abbażi tal-provi miġbura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba<?PAGE NO="16"?> tal-partijiet, l-eżistenza ta’ rabta bejn l-awtur tal-ksur u l-persuna ġuridika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049">
Barra minn hekk, id-deċiżjoni li permezz tagħha l-qorti timponi sanzjoni pekunjarja fuq il-persuna ġuridika tista’ tkun is-suġġett ta’ appell f’terminu ta’ erbatax‑il jum min-notifika tagħha lill-partijiet. Il-qorti tal-appell kompetenti għandha l-possibbiltà li temenda jew tannulla tali deċiżjoni.
</NOTE>. Għalhekk jidher li l-qorti adita għandha ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi li huma rilevanti <HT TYPE="ITALIC">għall-kawża li jkollha quddiemha</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050">
Sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Adler Real Estate <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:711">EU:C:2021:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
Ara, rispettivament, il-punt 5 tal-Artikolu 83b(2) u l-Artikolu 83a(4) taż-ZANN. F’dan il-każ, huwa stabbilit li, fid-data tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari, il-proċeduri kriminali mibdija kontra l-persuna li tmexxi u li tirrappreżenta l-kumpannija Delta Stroy għal ħabi fid-dikjarazzjonijiet fil-qasam tal-VAT kienu għadhom pendenti.
</NOTE>. Għalhekk, jidher li l-persuna ġuridika tista’ tiġi ssanzjonata kriminalment għal allegat reat imwettaq mill-persuna fiżika li kapaċi tadixxih, mingħajr ma l-imħallef kompetenti, fl-ewwel istanza jew fl-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052">
Ebda element tal-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-qorti tal-appell għandha kompetenzi usa’ minn dik tal-ewwel istanza f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tar-responsabbiltà tal-persuna ġuridika.
</NOTE>, ikun jista’ jevalwa l-attwalità ta’ dan il-ksur, bil-mistoqsija rriżervata għas-sentenza ta’ din it-tieni persuna, u lanqas jissospendi l-proċeduri sakemm tingħata din is-sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053">
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-persuna fiżika u l-persuna ġuridika kkonċernati huma s-suġġett ta’ trattament proċedurali distint u ma jistax jitqies li tal-ewwel tista’ teżerċita, fil-kuntest tal-proċeduri li tagħhom hija suġġett għall-istess ksur, id-drittijiet tad-difiża tat-tieni waħda. Fil-fatt, dawn id-drittijiet għandhom natura suġġettiva, tant li huma l-partijiet ikkonċernati stess li għandhom ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitawhom effettivament, indipendentement min-natura tal-proċedura li huma s-suġġett tagħha (sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Adler Real Estate <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:711">EU:C:2021:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ċertament, jista’ jiġi rrilevat li l-proposta tal-prosekutur għandu jkun fiha deskrizzjoni tar-reat li tispeċifika ċ-ċirkustanzi li fihom twettaq u lista ta’ dokumenti bil-miktub li jistabbilixxu dawn iċ-ċirkustanzi, li tkun tista’ tipprovdi prova ta’ fatti li, mill-impressjoni tagħhom, irendu l-imputabbiltà raġonevolment veritiera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054">
Infakkru li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, li, bla ħsara għall-osservanza tad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-Karta, l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali, sabiex tikkonstata l-eżistenza ta’ frodi tal-VAT, għandha tkun tista’ tibbaża ruħha fuq provi miksuba fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mhux magħluqa li ma jikkonċernawx lill-persuna taxxabbli (sentenzi tas‑16 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Glencore Agriculture Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:861">EU:C:2019:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑24 ta’ Frar 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Cridar Cons</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑582/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:114">EU:C:2022:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).
</NOTE>. Barra minn hekk u fuq kollox, l-Artikolu 83f taż-ZANN jipprevedi l-possibbiltà li jinfetħu l-proċeduri mill-ġdid, b’mod partikolari fuq inizjattiva tal-persuna ġuridika ssanzjonata, fil-każ li l-Uffiċċju tal-Prosekutur jabbanduna l-proċeduri kontra din il-persuna fiżika, meta l-att ma jkunx twettaq jew ma jikkostitwixxix reat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055">
Ara l-punt 2 tad-deċiżjoni tar-rinviju.
</NOTE>, jew liberazzjoni minnu permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056">
L-Artikolu 4(2) tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB jipprevedi l-possibbiltà li jinfetħu mill-ġdid, jekk ikun il-każ, il-proċeduri kriminali meta fatti ġodda jew li jkunu għadhom kif ġew żvelati jew jekk ikun hemm difett fundamentali fil-proċedura preċedenti jkunu ta’ natura li jaffettwaw is-sentenza kriminali mogħtija.
</NOTE>. Il-qorti hekk adita tista’, fi tmiem proċedura kontradittorja u jekk tqis li t-talba għal ftuħ mill-ġdid hija fondata, tannulla d-deċiżjoni ta’ sanzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057">
L-okkorrenza ta’ waħda mis-sitwazzjonijiet ikkonċernati, abbandun mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-proċeduri diretti kontra din il-persuna fiżika, meta l-att ma jkunx twettaq jew ma jikkostitwixxix ksur, jew il-liberazzjoni tiegħu, ma tħalli l-ebda dubju dwar l-eżitu ta’ dan l-eżami ġdid tal-kawża fid-dawl tal-mekkaniżmu ta’ imputazzjoni tal-ksur permezz ta’ rappreżentanza kkunsidrat bħala bażi għar-responsabbiltà tal-persuna ġuridika.
</NOTE>. Il-preżunzjoni tat-twettiq tar-reat tista’ għalhekk tiġi kkonfutata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-persuna ġuridika kkonċernata tista’ tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ kundanna definittiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058">
Fl-assenza ta’ appell jew rifjut ta’ dan tal-aħħar (ara l-Artikoli 83e(5) u l-Artikolu 83f taż-ZANN).
</NOTE>, segwita minn eżekuzzjoni, mingħajr ma jkollha l-possibbiltà li ssostni l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tat-twettiq tar-reat fiskali imputat lilha qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni oġġettivament dannuża, li huwa ta’ natura li jostakola r-rispett tad-drittijiet tad-difiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059">
Ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑16 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Glencore Agriculture Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:861">EU:C:2019:861</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑4 ta’ Ġunju 2020.<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>C.F. (Contrôle fiscal</NAME.CASE>) (<NO.CASE>C‑430/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:429">EU:C:2020:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar proċeduri amministrattivi ta’ kontroll fiskali fil-qasam tal-VAT għandha tiġi applikata <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fil-kuntest ta’ proċedura li tista’ twassal, fl-istess qasam, għall-adozzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja li għandha natura kriminali.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura msemmija iktar ’il fuq jikkostitwixxi implimentazzjoni ta’ rimedju straordinarju, li jirrappreżenta kontinwazzjoni tal-ewwel proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑398/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1057">EU:C:2014:1057</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>, li l-bidu tagħha huwa marbut ma’ avveniment każwali fir-rigward tal-okkorrenza tagħha minn perspettiva <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Huwa konċepibbli li d-deċiżjoni ta’ liberazzjoni tal-persuna fiżika akkużata tista’ sseħħ biss wara li jiġu eżerċitati rimedji ġudizzjarji, li jtawwal b’mod partikolari t-tul ta’ din il-proċedura. Sakemm iddum il-proċedura kriminali kontra r-rappreżentant tal-kumpannija, bħal f’dan il-każ, din tal-aħħar tinsab effettivament imċaħħda mill-possibbiltà li tressaq talba għal ftuħ mill-ġdid quddiem qorti li għandha l-kompetenza tikkonstata l-assenza tat-twettiq tal-ksur imputat lilha u, bl-istess mod, in-natura infondata tas-sanzjoni kriminali imposta. Issa, l-aċċess għal tali qorti ma għandux jiġi suġġett għal kundizzjonijiet li jagħmluha eċċessivament diffiċli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>, peress li l-persuna ġuridika kkonċernata ma tistax tiġi mċaħħda mill-possibbiltà msemmija iktar ’il fuq lil hinn minn terminu raġonevoli. Tali sitwazzjoni hija ta’ natura li tmur kontra d-dritt ta’ aċċess għal qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062">
Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑24 ta’ Frar 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Cridar Cons</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑582/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:114">EU:C:2022:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li d-dritt ta’ aċċess għal qorti u l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jikkostitwixxux prerogattivi assoluti, iżda jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jinkludu restrizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063">
Sentenzi tal‑24 ta’ Frar 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Cridar Cons</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑582/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:114">EU:C:2022:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑16 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Glencore Agriculture Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:861">EU:C:2019:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>État luxembourgeois (Dritt għal azzjoni ġudizzjarja kontra talba għal informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/19 u C‑246/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:795">EU:C:2020:795</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. F’dan ir-rigward, infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ li r-rikors għal preżunzjonijiet ta’ fatt jew ta’ dritt fil-qasam kriminali jkun ċirkoskritt f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>limiti raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, filwaqt li titqies il-gravità tal-kwistjoni u li jiġu mħarsa d-drittijiet tad-difiża. Skont il-Qorti EDB, l-Istati għandhom jibbilanċjaw dawn iż-żewġ elementi; fi kliem ieħor, il-mezzi użati għandhom ikunu raġonevolment proporzjonati għall-għan leġittimu mfittex<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065">
Sentenza tal-Qorti EDB, 23 ta’ Lulju 2002, Janosevic vs L‑Isvezja, CE:ECHR:2002:0723JUD003461997, punt 101.
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, nirrileva li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-bażi legali tas-sistema ta’ responsabbiltà tal-persuna ġuridika għar-reat fiskali inkwistjoni hija stabbilita fl-Artikoli 83a <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. taż-ZANN, b’tali mod li għandha titqies li hija prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fit-tieni lok, din is-sistema tosserva, fil-fehma tiegħi, il-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fir-rigward taż-żewġ elementi kostituttivi tagħha li huma r-rispett tad-drittijiet tad-difiża u r-rispett tad-dritt ta’ aċċess għal qorti. Fil-fatt, l-imsemmija skema ma tikkontestax dawn id-drittijiet bħala tali. Huwa biss kuntest proċedurali li jinkludi l-implimentazzjoni ta’ rimedju straordinarju li huwa impost sabiex dawn jiġu eżerċitati b’mod sħiħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066">
Ara, b’analoġija, s-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, is-sistema ta’ responsabbiltà tal-persuna ġuridika prevista fl-Artikoli 83a <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. taż-ZANN jidhirli li tissodisfa għan ta’ interess ġenerali. Minkejja l-assenza ta’ preċiżazzjonijiet fid-deċiżjoni tar-rinviju, huwa fil-fatt possibbli li jiġi kkunsidrat li tali sistema taqa’ taħt l-implimentazzjoni tal-obbligu impost fuq kull Stat Membru li jadotta l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha xierqa sabiex jiggarantixxu l-ġbir tal-VAT kollha dovuta fit-territorju tiegħu u għall-ġlieda kontra l-frodi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑26 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. L-Artikolu 325(1) TFUE jobbliga għalhekk lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri effettivi u dissważivi. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li peress li r-riżorsi proprji tal-Unjoni jinkludu b’mod partikolari, skont l-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068">
Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE tas‑7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="163" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 163, p. 17</REF.DOC.OJ>).
</NOTE>, id-dħul provenjenti mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-bażi armonizzata tal-VAT iddeterminata skont ir-regoli tal-Unjoni, teżisti rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul mill-VAT b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni applikabbli u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni tar-riżorsi mill-VAT korrispondenti, peress li kull lakuna fil-ġbir tal-ewwel tinsab potenzjalment fl-oriġini ta’ tnaqqis tat-tieni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069">
Sentenza tas‑17 ta’ Jannar 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dzivev <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑310/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:30">EU:C:2019:30</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi żgurat li dan id-dħul jinġabar kollu u sabiex għalhekk tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom libertà fl-għażla tas-sanzjonijiet applikabbli, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ sanzjonijiet amministrattivi, ta’ sanzjonijiet kriminali jew ta’ taħlita tat-tnejn. Madankollu, sanzjonijiet kriminali jistgħu jkunu indispensabbli sabiex ċerti każijiet ta’ frodi gravi tal-VAT jiġu miġġielda b’mod effettiv u dissważiv, kif jeżiġi l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni stabbilita abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, iffirmata fi Brussell fis‑26 ta’ Lulju 1995<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070">
<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="49" DATE.PUB="1995">ĠU 1995, C 316, p. 49</REF.DOC.OJ>.
</NOTE>, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li r-regoli tal-proċedura kriminali, previsti mid-dritt nazzjonali, jippermettu repressjoni effettiva tal-ksur marbut ma’ tali aġir. F’dan il-kuntest, fl-ewwel lok, huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jieħu l-miżuri meħtieġa. Huwa għandu, jekk ikun il-każ, jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu u jiggarantixxi li s-sistema proċedurali applikabbli għall-prosekuzzjoni ta’ reati li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma tkunx maħsuba b’tali mod li tippreżenta, għal raġunijiet inerenti għaliha, riskju sistematiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu tali reati, kif ukoll li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni mħarrka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Jannar 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dzivev <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑310/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:30">EU:C:2019:30</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti tal-kawża prinċipali, jekk ir-restrizzjonijiet stabbiliti mis-sistema ta’ responsabbiltà Bulgara humiex manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-għan imfittex<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Trade Agency</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:531">EU:C:2012:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>, huwa possibbli li jiġi rrilevat li, bħala prinċipju, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali għall-ksur ta’ obbligi ta’ dikjarazzjoni fil-qasam tal-VAT hija ta’ natura li tiggarantixxi l-osservanza tal-leġiżlazzjoni fil-qasam u, għaldaqstant, li hija xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex f’dan ir-rigward<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073">
Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑14 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Landespolizeidirektion Steiermark (Magni tal-logħob)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:845">EU:C:2021:845</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fid-dispożittiv inkwistjoni, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sanzjoni pekunjarja tal-persuna ġuridika mill-qorti tal-ewwel istanza għandha l-għan li tiggarantixxi żvolġiment rapidu tal-proċeduri mwettqa għall-istabbiliment u t-tneħħija ta’ reati fiskali bbażati fuq probabbiltà raġonevoli tal-fatti allegati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074">
L-istabbiliment, f’dan il-każ, ta’ frodi tal-VAT marbuta ma’ nuqqasijiet tal-amministratur u tar-rappreżentant tal-persuna ġuridika tal-obbligi ta’ dikjarazzjoni tagħha fil-qasam ma jidhirlix li huwa ta’ natura li jqajjem diffikultajiet probatorji sinjifikattivi.
</NOTE> u l-imputabbiltà tagħhom, lill-persuna ġuridika u lill-persuna fiżika li tista’ tirreklutaha. Din tal-aħħar ġiet direttament akkużata bl-aġir kriminali tagħha, ħaġa li tevita kull evitar ta’ responsabbiltà, u taf li hija tesponi lill-persuna ġuridika għall-ftuħ simultanju ta’ proċeduri u għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ta’ natura kriminali minħabba l-aġir tagħha. Il-possibbiltà li l-persuna ġuridika tiġi ssanzjonata fi stadju bikri tal-proċedura tillimita r-riskju ta’ impunità, li jista’, b’mod partikolari, ikun marbut ma’ organizzazzjoni frawdolenti ta’ insolvenza. Hija tippermetti li teżerċita pressjoni fuq il-kumpannija sabiex tobbligaha tosserva l-obbligi fiskali tagħha. F’dan ir-rigward, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tista’, fil-fehma tiegħi, titqies bħala strument effikaċi ta’ prevenzjoni u ta’ repressjoni tad-delinkwenza tal-impriżi suġġetti għall-VAT. Strument iktar u iktar neċessarju fil-kuntest ta’ sistema ta’ tassazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-persuni taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma tidher li għandha tiġi imposta ebda miżura inqas restrittiva minn din id-dispożizzjoni u adatta sabiex jintlaħqu b’mod daqstant effettiv l-għanijiet tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. F’dan ir-rigward, nirrileva li l-verżjoni preċedenti taż-ZANN, li tikkundizzjona s-sanzjoni tal-persuna ġuridika għall-kundanna definittiva tal-persuna fiżika li għandha l-kapaċità li tinvolviha, ma jidhirlix li tippreżenta l-istess garanziji ta’ effikaċja fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskju ta’ impunità u tan-neċessità li tiġi mneħħija, fl-iqsar żmien possibbli, forma gravi ta’ delinkwenza ekonomika, li tippreġudika l-interess pubbliku iżda wkoll għall-interessi tal-impriżi kompetituri li josservaw il-leġiżlazzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jidhirx li jeżisti sproporzjon manifest bejn l-għanijiet imfittxija u l-inkonvenjenzi kkawżati minn kuntest proċedurali li jikkombina l-ewwel proċedura suġġetta għal żewġ istanzi ta’ qorti u rikors għal reviżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fi kliem ieħor, l-inkonvenjenzi kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.
</NOTE>, bla ħsara, madankollu, għal verifika mill-qorti tar-rinviju ta’ żewġ elementi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-ewwel, huwa stabbilit li jekk hija tqis fondata t-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura mressqa mill-persuna ġuridika, il-qorti adita tannulla d-deċiżjoni ta’ sanzjoni u tirrinvija l-kawża sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077">
Fil-każ ta’ abbandun tal-proċeduri kontra l-persuna fiżika jew ta’ liberazzjoni tagħha, wieħed jista’ jistaqsi dwar is-suġġett u għalhekk is-sens ta’ eżami ġdid tal-kawża f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà tal-persuna ġuridika fil-kuntest ta’ sistema bbażata fuq l-imputazzjoni tagħha ta’ ksur preżunt imwettaq minn din il-persuna fiżika u, apparentement, fuq kumulu ta’ responsabbiltajiet li jipprojbixxu l-prosekuzzjoni tal-persuna ġuridika biss għal att li jikkostitwixxi ksur tar-rappreżentant tagħha, mingħajr ma tkun imfittxija u stabbilita l-ħtija ta’ dan tal-aħħar.
</NOTE>. Minbarra l-fatt li din it-talba ma twassalx awtomatikament għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni, id-deskrizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali pprovduta ma tinkludix indikazzjoni dwar l-eventwali tip ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni u fuq rimbors possibbli tal-penalità imposta wara l-annullament tad-deċiżjoni ta’ sanzjoni, li jidhirli li huwa indispensabbli. Infakkar li, fil-kuntest ta’ kwistjoni relatata, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri huma obbligati, bħala prinċipju, li jħallsu lura t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u li t-talba għal rimbors tal-VAT indebitament imħallsa taqa’ taħt id-dritt li jiġi rkuprat l-ammont mhux dovut, li għandu l-għan li jirrimedja l-konsegwenzi tal-inkompatibbiltà tat-taxxa mad-dritt tal-Unjoni billi jinnewtralizza l-piż ekonomiku li poġġiet indebitament fuq l-operatur li, fl-aħħar mill-aħħar, fil-fatt ġie sostnut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078">
Sentenza tal‑24 ta’ Frar 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Cridar Cons</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑582/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:114">EU:C:2022:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni tal-limiti raġonevoli li fihom l-Istati jistgħu jirrikorru għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ żidiet ta’ taxxa, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors intiż għal tali żidiet, il-Qorti EDB qieset li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li tmur lura għas-sitwazzjoni legali preċedenti fil-każ li jintlaqa’ tali rikors u għalhekk tar-rimbors ta’ kull somma mħallsa indebitament mill-persuna taxxabbli (ara wkoll Qorti EDB, 23 ta’ Lulju 2002, Janosevic vs L‑Isvezja, CE:ECHR:2002:0723JUD003461997, punti 105 sa 109).
</NOTE>. Barra minn hekk, il-modalitajiet għar-rimbors ta’ VAT żejjed għandhom jippermettu lill-persuna taxxabbli li tirkupra, taħt kundizzjonijiet adegwati, id-dejn kollu li jirriżulta minn dan l-eċċess, li jimplika li r-rimbors isir fi żmien raġonevoli u li, fi kwalunkwe każ, il-mod ta’ rimbors adottat ma joħloq l-ebda riskju finanzjarju għall-persuna taxxabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Lulju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Glencore Agriculture Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑254/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:522">EU:C:2017:522</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>It-tieni, mid-deċiżjoni tar-rinviju jidher li jirriżulta li, sat-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura, il-persuna ġuridika ssanzjonata ma tistax topponi l-eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni li timponi konsegwenzi serji fir-rigward tas-saħħa finanzjarja tagħha, inkluż riskju ta’ falliment. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju għandha, fil-fehma tiegħi, tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tippermettix jew tipprekludix l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji, bħas-sospensjoni tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, fil-każijiet eċċezzjonali fejn l-urġenza tas-sitwazzjoni timponiha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Marzu 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Alassini <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/08 sa C‑320/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:146">EU:C:2010:146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑14 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Menini u Rampanelli</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:457">EU:C:2017:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas‑27 ta’ Settembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Puškár</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:725">EU:C:2017:725</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dawn id-deċiżjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, affermat mill-ġdid fl-Artikolu 47 tal-Karta, ma jipprekludix leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jissuġġettaw il-preżentata ta’ rimedju ġudizzjarju għall-implimentazzjoni minn qabel ta’ proċeduri ta’ konċiljazzjoni u ta’ medjazzjoni extraġudizzjarji jew għall-obbligu li jiġu eżawriti r-rimedji amministrattivi disponibbli, bil-kundizzjoni, b’mod partikolari, li dawn il-proċeduri ma jwasslux għal dewmien sostanzjali għall-preżentata ta’ azzjoni ġudizzjarja u li miżuri provviżorji huma possibbli fil-każijiet eċċezzjonali fejn l-urġenza tas-sitwazzjoni timponi dan.
Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ECOTEX BULGARIA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:803">EU:C:2021:803</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk l-ammont tas-sanzjoni jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, għandhom jiġu indikati lil din il-qorti ċerti elementi tal-kawża prinċipali li huma ta’ natura li jippermettulha tiddetermina jekk is-sanzjoni imposta hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082">
Sentenza tal‑15 ta’ April 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grupa Warzywna</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑935/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:287">EU:C:2021:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Kif ġie espost, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tfittex, għan leġittimu jekk dan ikun il-każ, li tissanzjona l-frodi fiskali, li ZK eżentat b’mod frawdolenti lill-kumpannija Delta Stroy li tagħha hija l-amministratriċi u r-rappreżentanta għall-istabbiliment u għall-ħlas tal-VAT, u b’hekk tat vantaġġ lil din il-kumpannija għall-ammont ta’ BGN 11 388.98. Fir-rigward tal-modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-ammont tas-sanzjoni pekunjarja, din il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-possibbiltà għall-qorti li timponi fuq il-kumpannija multa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>tal-inqas ugwali għall-valur tal-vantaġġ, sa massimu ta’ BGN <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Għalhekk, id-dispożittiv jawtorizza penalitajiet ta’ livelli differenti fi skala, b’piena ta’ limitu massimu jew piena massima espressa b’rata fissa u piena ta’ limitu minimu jew piena minima li tikkorrispondi għat-teħid mekkaniku tal-ammont tal-vantaġġ illegali, peress li l-qorti ddeċidiet li tikkundanna lill-persuna ġuridika akkużata li hija marbuta minn dawn il-kwantum. Minn dan, jista’ jiġi kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tħalli f’idejn il-qorti l-kompitu li taġġusta, bejn iż-żewġ limiti previsti, is-sanzjoni fid-dawl tal-gravità tal-ksur u tas-sitwazzjoni tal-awtur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Is-sempliċi eżistenza ta’ piena minima hija, madankollu, tali li tiġġustifika l-konklużjoni ta’ ksur tal-individwalizzazzjoni neċessarja tas-sanzjoni espressa mill-prinċipju ta’ proporzjonalità? Ninnota li, fir-rigward ta’ sanzjoni amministrattiva imposta f’każ ta’ sopravalutazzjoni tal-ammont żejjed ta’ VAT, ġiet stabbilita n-natura sproporzjonata ta’ tali sanzjoni, sa fejn l-ammont minimu tagħha ma setax jitnaqqas skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi ħafna tal-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083">
Fis-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grupa Warzywna</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑935/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:287">EU:C:2021:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din is-sanzjoni tapplika bl-istess mod għal sitwazzjoni fejn l-irregolarità tirriżulta minn żball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-partijiet fit-tranżazzjoni fir-rigward tan-natura taxxabbli ta’ din tal-aħħar, li hija kkaratterizzata minn assenza ta’ indizju ta’ frodi u ta’ telf ta’ dħul għat-Teżor pubbliku, u għal sitwazzjoni li fiha tali ċirkustanzi partikolari huma nieqsa.
</NOTE>. Fil-qasam tal-offerti illegali ta’ logħob tal-ażżard permezz ta’ magni tal-logħob, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-impożizzjoni ta’ multa minima għal kull magna tal-logħob mhux awtorizzata ma tidhirx, fiha nnifisha, li hija sproporzjonata fid-dawl tal-gravità tar-reati inkwistjoni. Madankollu, hija żiedet li, fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>ammont ta’ din il-multa minima<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, hija l-qorti nazzjonali, sabiex tevalwa l-proporzjonalità tagħha, li għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn l-ammont tal-multa li tista’ tiġi imposta u l-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta<?PAGE NO="22"?> mill-ksur imwettaq, sabiex tiskoraġġixxi lil dawk li wettqu l-ksur milli jwettqu tali ksur, filwaqt li tiżgura ruħha, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, li l-ammont minimu hekk impost ma huwiex sproporzjonat meta mqabbel ma’ dan il-vantaġġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084">
Sentenza tal‑14 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Landespolizeidirektion Steiermark (Magni tal-logħob)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:845">EU:C:2021:845</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa importanti li jiġi enfasizzat li dawn is-soluzzjonijiet u formulazzjonijiet huma manifestament meħuda miċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawżi kkonċernati, li huma distinti b’mod ċar minn din il-kawża dwar il-ksur tal-obbligi ta’ dikjarazzjoni fil-qasam tal-VAT. Barra minn hekk, jista’ jidher paradossali, sabiex ma jiġix iddikjarat kontradittorju, minn naħa, li tiġi aċċettata l-proporzjonalità ta’ sistema ta’ sanzjoni li tinkludi multa minima li, mid-definizzjoni tagħha, għandha l-effett li ġġiegħel lill-qorti fl-evalwazzjoni tagħha tal-ammont tal-multa u, min-naħa l-oħra, li titlobha tevadi fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod ġenerali, indikat li r-rigorożità tas-sanzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-gravità tal-ksur li huma jissanzjonaw, b’mod partikolari billi jiżguraw effett realment dissważiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ECOTEX BULGARIA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:803">EU:C:2021:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), filwaqt li għandu jitfakkar li n-neċessità ta’ miżuri dissważivi hija espressament prevista mill-Artikolu 325 TFUE.
</NOTE>, li jimplika t-teħid inkunsiderazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mill-aġir li jikkostitwixxi ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0086">
Fis-sentenza tal‑24 ta’ Frar 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Agenzia delle dogane e dei monopoli u Ministero dell’Economia e delle Finanze</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:111">EU:C:2022:111</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma jidhirx li sistema ta’ sanzjonijiet li, <HT TYPE="ITALIC">sabiex il-persuni li jwettqu l-ksur jiġu mċaħħda mill-vantaġġi ekonomiċi</HT> li jirriżultaw mill-ksur tal-projbizzjoni tal-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk lill-minorenni u li jiddiswaduhom milli jiksru din il-projbizzjoni, tipprevedi kumulu ta’ sanzjonijiet, multa u sospensjoni ta’ liċenzja għall-użu ta’ kummerċ, li teċċedi l-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat l-għan li tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u li titnaqqas, b’mod partikolari, il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.
</NOTE>. F’dan il-kuntest u fid-dawl tal-importanza li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti, għall-finijiet tat-twettiq tal-għan relatat mal-ġbir tal-VAT kollha, lill-ġlieda kontra r-reati fil-qasam tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0087">
Sentenza tal‑20 ta’ Marzu 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Menci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑524/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:197">EU:C:2018:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).
</NOTE>, l-eżistenza ta’ limitu minimu, għal dan it-tip ta’ piena li tikkostitwixxi l-multa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0088">
Is-sitwazzjoni tkun differenti għal pieni li jċaħħdu l-libertà.
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 47 sa 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bil-għan li tiġġieled kontra l-frodi fiskali, tipprevedi preżunzjoni ta’ imputazzjoni lil persuna ġuridika ta’ ksur kriminali preżunt imwettaq f’isimha minn persuna fiżika li tista’ tirreklutaha u sanzjoni pekunjarja f’dan ir-rigward ta’ din il-persuna ġuridika, bla ħsara għad-dritt tagħha li tkun tista’ taqleb dawn il-preżunzjonijiet fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni ta’ sanzjoni u bil-kundizzjoni li l-modalitajiet konkreti sabiex jiġi eżerċitat dan l-appell ma jaffettwawx b’mod sproporzjonat id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti u r-rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="23"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex tirrispondi għal ksur tal-persuna taxxabbli għall-obbligi ta’ dikjarazzjoni tagħha fil-qasam tal-VAT, tipprevedi sistema ta’ sanzjonijiet li fil-kuntest tagħha tista’ tiġi imposta multa li l-ammont minimu tagħha jikkorrispondi għall-vantaġġ ekonomiku illegali miksub jew li jista’ jiġi impost, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.</TXT></NP></ITEM></LIST>
</NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>