European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5163

22.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2025

li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-Slovenja

(C/2025/5163)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2025 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2028.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Pia AŽMAN KLUKOVIČ sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

(3)

Il-Gvern tas-Slovenja nnomina kandidata għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Jasna JERAM hija maħtura membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi minflok is-Sa Pia AŽMAN KLUKOVIČ għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2028.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2025 li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, (ĠU C, C/2025/2802, 19.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2802/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5163/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)