|
15.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 304/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta' Novembru 2007
lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta
(BĊE/2007/17)
(2007/C 304/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2008 (1), Malta issa tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro, u d-deroga favur ta' Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. |
|
(3) |
Bis-saħħa ta' l-Artikolu 20 ta' l-Att kif emendat dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, l-istqarrijiet finanzjarji annwali tal-Bank Ċentrali ta' Malta huma vverifikati skond l-Artikolu 27 ta' l-Istatut tas-SEBĊ. |
|
(4) |
Il-Bank Ċentrali ta' Malta għażel lil PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young bħala l-awdituri esterni indipendenti konġunti għas-sena finanzjarja 2008, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat li PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni konġunti tal-Bank Ċentrali ta' Malta għas-sena finanzjarja 2008.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fid-29 ta' Novembru 2007.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.