<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0200067701.case.xml"><NO.CASE>C-11/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0011</NO.CELEX><NO.SEQ>0011.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-679</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-689</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20110217">17.2.2011</DATE> — KAWŻA C-11/10</LEFT><RIGHT>MARISHIPPING AND TRANSPORT</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-11/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20091218">18 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20100108">8 ta’ Jannar 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Marishipping and Transport BV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J.-J. Kasel (Relatur), President tal-Awla, E. Levits u M. Berger, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-680"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. M. Wissels u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u L. Bouyon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa<?PAGE NO="I-681"?> Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 2031/2001, tas-<DATE ISO="20010806">6 ta’ Awwissu 2001</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="279" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2001">ĠU L 279, p. 1</REF.DOC.OJ>), u 1832/2002, tal-<DATE ISO="20020801">1 ta’ Awwissu 2002</DATE>, rispettivament (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2002">ĠU L 290, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 2658/87<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn id-domandi tressqu fil-kuntest ta’ kawża bejn l-iStaatssecretaris van Financiën à Marishipping and Transport BV (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Marishipping<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-eżenzjoni mid-dazji doganali mogħtija lill-prodotti farmaċewtiċi tapplikax biss għall-prodotti komposti minn sustanzi farmaċewtiċi puri jew jekk hija tapplikax ukoll għall-prodotti li kienu ġew miżjuda b’sustanzi oħra.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, li jinkludi r-regoli applikabbli għall-eżenzjoni mid-dazji doganali mogħtija lill-prodotti farmaċewtiċi li jaqgħu taħt ċerti kategoriji, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ħelsien [eżenzjoni] minn dazju tad-dwana huwa maħsub għal prodotti farmaċewtiċi tal-kategoriji li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>sustanzi farmaċewtiċi koperti mill-CAS RN (chemical abstracts service registry numbers) u mill-international non-proprietary names (INNs) elenkati fl-Anness 3<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-682"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 2(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Każijiet speċjali:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>INNs ikopru biss dawk is-sustanzi mfissra fil-listi ta’ INNs rakkomandati u proposti ppublikati mill-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO). Fejn in-numru ta’ sustanzi koperti minn INN huwa inqas minn dak kopert miċ-CAS RN, dawk is-sustanzi koperti mill-INN biss għandhom ikunu suġġetti għal trattament mingħajr dazju<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fost is-sustanzi elenkati fil-listsa ta’ sustanzi farmaċewtiċi li jistgħu jiġu inklużi sabiex jibbenefikaw minn eżenzjoni mid-dazji hija inkluża, b’mod partikolari, iċ-chitosan (poligonum).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Kemm iċ-chitosan kif ukoll l-aċidu assorbiku għandhom l-isem internazzjonali komuni u numru CAS individwali, rispettivament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Matul is-snin 2002 u 2003, Marishipping ippreżentat diversi dikjarazzjonijiet għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ prodotti deskritt fid-dikjarazzjonijiet bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>trab assorbenti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Il-merkanzija kienet iddikjarata taħt l-Intestatura Tariffarja <FT TYPE="CN">39139080</FT> tan-Nomenklatura Magħquda. Fl-2002 u fl-2003, l-importazzjoni ta’ merkanzija taħt din l-intestatura kienet suġġetta għal dazji doganali ta’ 7.6 % u<?PAGE NO="I-683"?> 7.1 % rispettivament. Fid-dikjarazzjonijiet tagħha, Marishipping ibbażat ruħha fuq eżenzjoni mid-dazji doganali għall-merkanzija u rreferiet f’dan ir-rigward għall-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara li kkontrolla l-merkanzija, l-ispettur tad-dwana qies li din il-merkanzija, li kienet komposta minn 96 % chitosan, minn 3 % aċidu assorbiku, minn 1 % aċidu tartariku, ma setgħetx tibbenefika mill-imsemmija eżenzjoni. Huwa kkunsidra li l-eżenzjoni mid-dazji doganali għaċ-chitosan hija limitata għas-sustanza pura u ma tistax tiġi applikata għal merkanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant, huwa pproċeda għal irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dazji doganali dovuti fuq l-imsemmija importazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, is-sustanzi l-oħra li jinsabu fil-merkanzija, jiġifieri l-aċidu assorbiku u l-aċidu tartariku, jipproteġu ċ-chitosan kontra l-ossidazzjoni u kienu ġew miżjuda maċ-chitosan sabiex jiżdied id-dewmien ta’ konservazzjoni tiegħu. Dawn iż-żewġ aċidi ma influwenzawx l-effikaċja taċ-chitosan. Id-dewmien ta’ konservazzjoni taċ-chitosan fil-forma pura tiegħu jista’ wkoll jiżdied permezz ta’ imballaġġ vakwu tas-sustanza. Il-merkanzija hija intiża sabiex tintuża bħala l-komponent ewlieni għall-manifattura ta’ prodott li jinbiegħ bħala prodott biex jgħin fit-tnaqqis tal-piż.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Rechtbank te Haarlem, adita bir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza minn Marishipping kontra l-avviżi għal irkupru tad-dazji doganali nnotifikati mill-ispettur tad-dwana, iddeċidiet li dan ir-rikors kien infondat. Din il-kumpannija appellat kontra din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam li ddeċidiet, f’sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li ż-żieda ta’ kwantitajiet baxxi ħafna ta’ aċidu assorbiku u ta’ aċidu tartariku bil-għan li jiżguraw konservazzjoni aħjar tas-sustanza ewlenija ma tostakolatx l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija lill-prodotti farmaċewtiċi. Konsegwentement, il-qorti tal-appell annullat l-imsemmija sentenza u l-avviżi għal irkupru nnotifikati lil Marishipping.</TXT></NP><?PAGE NO="I-684"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha fil-kassazzjoni, l-iStaatssecretaris van Financiën issostni li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 ma jippermettux li l-eżenzjoni pprovduta minnhom tiġi applikata għal prodott farmaċewtiku kompost minn sustanza farmaċewtika ta’ bażi li kienet ġiet miżjuda b’sustanzi farmaċewtiċi oħra, u dan irrispettivament mill-proporzjon tas-sustanzi miżjuda.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-imsemmija dispożizzjonijiet rilevanti ma jipprovdux espliċitament li, sabiex ikun jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mid-dazji doganali pprovduti fil-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, is-sustanzi msemmija għandhom ikun fil-forma pura tagħhom. Madankollu, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’mod iktar partikolari tal-punt 13 tas-sentenza tat-<DATE ISO="19860318">18 ta’ Marzu 1986</DATE>, Ethicon (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="58/85" PAGE.ECR="1131" YEAR="1986">58/85, Ġabra p. 1131</REF.DOC.ECR>), hija tistaqsi jekk huwiex possibbli li jiżdiedu sustanzi oħra mas-sustanza farmaċewtika attiva u, jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, liema huwa l-limiti li għandhom għalhekk jiġu osservati sabiex il-merkanzija tista’ tibqa’ tibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazji dogonali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1)</NO.P><TXT>L-eżenzjoni mid-dazju tas-sustanzi farmaċewtiċi msemmija [fil-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti] tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [..] moqri flimkien mal-lista ta’ sustanzi farmaċewtiċi li jinsabu [fl-Anness 3 tat-Taqsima II tat-Tielet Parti (annessi) tal-Anness I], hija limitata għas-sustanzi (kimiċi) imsemmija fil-forma pura tagħhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk sustanzi oħra jistgħu jiżdiedu mas-sustanza farmaċewtika indikata, liema huma r-restrizzjonijiet applikabbli f’dan ir-rigward?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-685"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 għandux jiġi interpretata fis-sens li sustanza farmaċewtika, li tinsab fil-lista ta’ sustanzi msemmija fl-Anness 3 tat-Tielet Parti ta’ dan l-Anness 1, li kienet ġiet miżjuda b’sustanzi oħra, b’mod partikolari farmaċewtiċi, tistax tibqa’ tibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazji doganali li kienet tkun applikabbli fil-każ li tali sustanza kienet fil-forma pura tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi rrilevat li la l-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regoalment Nru 2648/87 u lanqas l-Anness 3 tat-Tielet Parti tal-istess Anness ma jipprovdu espliċitament li, sabiex tkun tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazji doganali pprovduta fir-rigward tal-prodotti farmaċewtiċi elenkati fl-imsemmi Anness 3, dawn il-prodotti għandhom ikunu fil-forma pura tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li d-dispożizzjoni li tirregola l-applikazzjoni ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-prinċipju li jipprovdi li l-prodotti importati fl-Unjoni Ewropea huma, bħala regola ġenerali, suġġetti għad-dazji doganali u, peress li hija tikkostitwixxi deroga, għandha għalhekk tiġi interpretatat b’mod strett.</TXT></NP><?PAGE NO="I-686"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni espressa jew ta’ fattur ieħor li jippermetti li jiġi konkluż li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħti l-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazji doganali lis-sustanzi farmaċewtiċi elenkati fl-imsemmi Anness 3 li, suġġett għal eventwali impuritajiet residwali li jinsabu f’dawn is-sustanzi, ir-Regolament Nru 2658/87 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li sustanzi farmaċewtiċi li kienu ġew miżjuda b’sustanzi oħra ma jistgħux jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Sustanzi, bħala dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li kienu ġew miżjuda, fi kwantitajiet varjabbli, mas-sustanza ta’ bażi u li ma jifformawx parti, bħala tali, minn din is-sustanza jew mill-prodott li minnu din is-sustanzja kienet inkisbet, ma jistgħux jitqiesu bħala li jikkostitwixxu tali impuritajiet residwali.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-Regolament Nru 2658/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li merkanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija komposta minn sustanza farmaċewtika ta’ bażi, f’dan il-każ iċ-chitosan, li kienet ġiet miżjuda b’sustanzi oħra (farmaċewtiċi) ma tistax tibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazji doganali pprovduta mill-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi speċifikat li din l-interpretazzjoni hija kkorroborata, kif irrilevat b’mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea, bid-direttivi dwar l-użu ta’ INNs għal dak li jikkonċerna s-sustanzi farmaċewtiċi. Fil-fatt, skont dawn id-direttivi, l-INNs huma, bħala prinċipju, magħżula għal sustanzi individwali ddefiniti sew li jistgħu jiġu identifikati mingħajr ambigwità permezz ta’ isem (jew formula) kimiku/a, peress li l-prinċipju wara l-programm INN huwa li ma jingħatawx ismijiet għal taħlit ta’ sustanzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-687"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, f’din il-kawża, mill-proċess jirriżulta li l-INN attribwit liċ-chitosan ma jkoprix il-merkanzija peress li din tinkludi proporzjon għoli ħafna ta’ sustanzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-numri CAS li jirreferi għalihom ukoll il-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, hemm lok li jiġi speċifikat li huwa stabbilit, kif irrilevaw il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni, li ċ-chitosan (CAS 9012-76-4), l-aċidu assorbiku (CAS 5081-7), u l-aċidu tartariku (CAS 8769-4), kull wieħed minnhom għandu numru ta’ identifikazzjoni CAS indiwidwali u li t-taħlita tagħhom ma tistax tiġi identifikata permezz ta’ numru CAS wieħed.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-interpretazzjoni mogħtija fil-punt 19 ta’ din is-sentenza hija konformi mal-prinċipju li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-, u l-eżenzjonijiet mid-dazji doganali għandhom jikkorrispondu mar-rekwiżiti taċ-ċertezza legali u jieħdu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali minħabba l-firxa wiesgħa u l-komplessità tal-kompitu li huma għandhom iwettqu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Ethicon, iċċitata iktar’il fuq, punt 12, u tat-<DATE ISO="19981203">3 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Schoonbroodt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-247/97" PAGE.ECR="I-8095" YEAR="1998">C-247/97, Ġabra p. I-8095</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm ir-rekwiżit li, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mid-dazji doganali pprovduta mill-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, is-sustanzi farmaċewtiċi għandhom bħala prinċipju jkunu fil-forma pura tagħhom ċertament ma jeżentax lill-awtoritajiet doganali milli jwettqu, skont il-każ, analiżi kimika ta’ kampjun ta’ merkanzija importata, xorta jibqa’ l-fatt li, waqt din l-analiżi, l-imsemmija awtoritajiet jistgħu jillimitaw ruħhom li jirriċerkaw jekk din il-merkanzija hijiex effettivament komposta b’mod esklużiv minn sustanza li tinsab fil-lista ta’ sustanzi farmaċewtiċi li tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni inkwistjoni, mingħajr ma jkunu meħtieġa li jidentifikaw is-sustanzi l-oħra li jinsabu f’din il-merkanzija jew li jiddeterminaw il-proporzjon tagħhom fil-kompożizzjoni ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-688"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-imsemmija interpretazzjoni hija l-iktar adatta sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijeit tar-Regolament Nru 2658/87 sa fejn hija tħalli marġni diskrezzjonali limitat lill-awtoritajiet doganali nazzjonali sabiex jiddeterminaw jekk sustanza hijiex jew le fil-forma pura tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanza farmaċewtika, li tinsab fil-lista ta’ sustanzi msemmija fl-Anness 3 tat-Tielet Parti tal-istess Anness I, li kienet ġiet miżjuda b’sustanzi oħra, b’mod partikolari farmaċewtiċi, ma tistax tibbenefika iktar mill-eżenzjoni mid-dazji doganali li kienet tkun applikabbli li kieku tali sustanza kienet fil-forma pura tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda preliminari, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-689"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1(i) tat-Taqsima II(Ċ) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 2031/2001, tas-<DATE ISO="20010806">6 ta’ Awwissu 2001</DATE>, u 1832/2002, tal-<DATE ISO="20020801">1 ta’ Awwissu 2002</DATE> rispettivament, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanza farmaċewtika, li tinsab fil-lista ta’ sustanzi msemmija fl-Anness 3 tat-Tielet Parti tal-istess Anness I, li kienet ġiet miżjuda b’sustanzi oħra, b’mod partikolari farmaċewtiċi, ma tistax tibbenefika iktar mill-eżenzjoni mid-dazji doganali li kienet tkun applikabbli li kieku tali sustanza kienet fil-forma pura tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>