20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/157


P9_TA(2021)0450

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Awstralja: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inlużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Commonwealth tal-Awstralja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06102/2021 – C9-0376/2021 – 2021/0029(NLE)))

(Approvazzjoni)

(2022/C 205/13)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06102/2021),

—

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Commonwealth tal-Awstralja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06103/2021),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0376/2021),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0306/2021),

1.   

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Commonwealth tal-Awstralja.