European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2351

22.10.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2351

tad-9 ta’ Ottubru 2026

dwar il-konklużjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għas-servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal--Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/434 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għas-servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura (il-“Ftehim”) (3) ġie ffirmat fis-26 ta’ Marzu 2026, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Minn perspettiva ġeopolitika, il-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u l-aċċess tal-Iżlanda għas-servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, ser jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa bħala attur globali u jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali kif definit fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa. Ftehim mal-Iżlanda jsaħħaħ il-postura strateġika tal-Unjoni, li hija objettiv tal-Istrateġija Spazjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża.

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għas-servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura huwa b’dan approvat (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fiL-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

S. HARRIS


(1)  Approvazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/434 tas-17 ta’ Frar 2026 dwar l-iffirmar, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jistabbilixxi r-regoli tal-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm għal Konnettività Sigura tal-Unjoni, u għall-aċċess għas-servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm għal Konnettività Sigura tal-Unjoni (ĠU L, 2026/434, 23.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/434/oj).

(3)   ĠU L, 2026/2350, 22.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/2350/oj.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2351/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)